Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/494413
10 illum | Il-Ħadd 12 ta' April 2015 Referendum dwar il-kaċċa fir-rebbiegħa... It-triq minn hawn WARA li l-bieraħ il-poplu tefa' l-ġudizzju tiegħu dwar il-kaċċa fir-rebbiegħa, dalgħodu kulħadd jinsab fuq ix-xwiek jistenna r-riżultat dwar x'kienet l-għażla tal-poplu. Għażla li saret wara kampanja pjuttost twila fejn matulha rajna l-kamp favur u dak kontra għaddejjin b'attivitajiet sabiex iwasslu l-messaġġi rispettivi tagħhom. Ikun xi jkun ir-riżultat li mistenni jkun imħabbar għall-ħabta ta' nofsinhar, wieħed għandu jirrispetta d-deċiżjoni li jkun ħa l-poplu. Intant, dwar dan, din il-gazzetta tellmet ma' numru ta' personalitajiet u x'jemmnu li għandu jsir u x'inhi t-triq 'il quddiem, kemm jekk jirbaħ l-IVA u kemm jekk jirbaħ il-LE. Arnold Cassola – Chairperson Alternattiva Demokratika Is- sostenibbilità għandha tkun prijorità dejjem indipendentement minn kollox, u mhux biss fil- kaċċa għaliex hija importanti għall-bilanċ fil-ħajja tal- bniedem. Ir-riżultat tal-elezzjoni għandu jkun rispettat u ovvjament il-kaċċa fl- istaġuni l-oħra tibqa l-istess għaliex dan kien referendum dwar il-kaċċa fir- rebbiegħa. Chris Said – Segretarju Ġenerali PN u Kelliem tal- Oppożizzjoni Ovvjament, ikollna nbaxxu rasna għar-rieda tal-poplu u l-appell huwa li kulħadd jaċċetta r-riżultat li joħroġ minn dan ir- referendum li huwa l-aqwa għodda ta' demokrazija li għandna. Importanti wkoll li ż-żewġ movimenti, kemm tal-IVA kif ukoll tal-LE jkunu jaċċettaw id-deċiżjoni li jkun ħa l-poplu u nuru li aħna poplu demokratiku kif dejjem konna u naċċettaw ir-riżultati kif ikunu. Ian Borg – Segretarju Parlamentari għall- Presidenza 2017 u l-Fondi Ewropej Il-Gvern u l-Prim Ministru kemm-il darba esprimew li tkun xi tkun id-deċiżjoni, din se tiġi rrispettata. Dan fl-istess waqt li kull deputat Laburista esprima kif jaħsiha dwar dan għaliex il-Partit Laburista ma ntervjeniex fid-deċiżjonijiet individwali. Wieħed naturalment jistenna li jkun imħares ir-riżultat u nkomplu ngħixu flimkien bħala soċjetà kif dejjem għamilna. Partikolarment, fl-ewwel sigħat għandna nkunu responsabbli u nimxu b'rispett u tolleranza fiż- żewġ movimenti, b'mod speċjali kif nilqgħu din id- deċiżjoni. Alex Saliba – President FZL Il-poplu nhar is-Sibt, ikun tkellem u għażel bl-aktar mod demokratiku jekk jaqbilx li tiġi abolita l-kaċċa fir-rebbiegħa u għalhekk għandna nimxu mad-deċiżjoni tal- maġġoranza tal-poplu. Żgur li nistenna maturità miż-żewġ naħat, ħadd m'għandu jkun 'il fuq mill-liġi u d-deċiżjoni tal- maġġoranza għandha tigi dejjem rrispettata. Nemmen li kemm il-kaċċaturi u kif ukoll l-ambjentalisti huma nies responsabbli u maturi biżżejed sabiex jirispettaw dan ir-riżultat u għalhekk ma narax li għandu jkun hemm problemi wara dan ir-riżultat. Għanda dejjem inkomplu naħdmu sabiex inwaqqfu l-illegalitajiet fejn għandu x' jaqsam mal-prattika ta' kaċċa illegali u poaching però fl-istess ħin, m'għandniex "Importanti wkoll li ż-żewġ movimenti, kemm tal-IVA kif ukoll tal-LE jkunu jaċċettaw id-deċiżjoni li jkun ħa l-poplu u n uru li aħna poplu demokratiku kif dejjem konna u naċċettaw ir-riżultati kif ikunu" - Arnold Cassola