Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/494413
34 illum | Il-Ħadd 12 ta' April 2015 Kif għażilt il-waterpolo fost numru ta' sports oħra? Jiena meta kont tifel żgħir kont goalkeeper tal-futbol man-Nursery tas-Sliema Wanderers. Is-sajf kont dejjem ngħaddih l-Exiles WaterPolo Club. Hawn li jiena bdejt ninteressa ruħi f 'dan l-isport. Fil-waterpolo spiċċajt goalkeeper ukoll. Niftakar li l-ewwel darba li lgħabt il-waterpolo bis-serjetà kien meta t-tim tal-youths tal-Exiles kienu bla goalkeeper u talbuni biex nidħol jien bejn il-lasti. Minn bejn dawn il-lasti jiena ma ċċaqlaqtx u bqajt navvanza. Bdejt il-karriera tiegħek ma' Exiles. X'kienet l-esperjenza tiegħek ma' dan it-tim relattivament żgħir? Qabel xejn nibda billi nirringrazzja lill-Kumitat tal-Exiles u l-plejers kollha li jiena lgħabt magħhom l-Exiles għall-opportunitajiet li huma tawni u l-memorji sbieħ li ħadt miegħi. Kieku ma kienx hekk ma kontx nibqa' nilgħab għaliex il-waterpolo mhux xi sport faċli li tilgħabu u jirrikjedi ħafna ħin u impenn. Fl-età ta' 16–il sena jiena sibt ruħi nilgħab mal-kbar u għalhekk l-opportunitajiet ma kinux żgħar. Fil-fatt bis-saħħa tal- Exiles fit-tieni sena tiegħi spiċċajt nilgħab bħala second goalkeeper man-nazzjonal Malti tal-kbar. Għal dan jiena nixtieq nirringrazzja lil Andrew Paris, il-President tal Exiles u lil Joseph Caruana Dingli, eks goalkeeper tat-tim nazzjonali tal- waterpolo li kien il-kowċ tal-Exiles f 'dawk iż-żminijiet li tawni l-fiduċja. Għaliex kont tlaqt lil Exiles biex tingħaqad ma' Neptunes? Wara l-esperjenzi tiegħi mal- Exiles l-ewwel fis-Second Division u aktar tard fil-First Division ġietni l-opportunità li nibda nilgħab man- Neptunes, iċ-Champions ta' Malta. Dan tani l-opportunità li jiena nibda nilgħab għar-rebħ tal-kampjonat. Din l-opportunità man-Neptunes żgur ħadtha. Kif tħossok meta tilgħab kontra l-eks tim tiegħek? Tħoss xi emozzjoni partikolari? Iva, nostalġija għax insib ruħi nilgħab kontra sħabi. Fl-istess ħin naf ukoll kif ukoll jixxuttjaw. Fis-sajf li għadda kellek staġun mill-aqwa ma' Neptunes - fl- opinjoni tiegħi l-aqwa fil-karriera tiegħek fejn ħafna drabi kont fost l-aqwa players ta' Neptunes. Taqbel miegħi jew fadal lok fejn ittejjeb il-wirjiet tiegħek? Kien hemm xi logħbiet fejn jiena ħassejt li kont determinanti. Però jiena mdawwar b'tim mill-aqwa. Tinsiex li ħafna mill-plejers ta' Neptunes jiffurmaw parti mit-tim nazzjonali tal-waterpolo. Nispera li l-kapaċitajiet tiegħi jmorru dejjem għall-aħjar. Plejer tal-kalibru tiegħek ġieli qies li jmur jilgħab barra minn Malta? Jiena diġà kelli esperjenza barra minn Malta għax għamilt staġun tax- xitwa mat-tim Franċiż ta' Strasbourg. Jekk tiġi opportunità naħseb nikkunsidraha. Kif jirnexxielek tlaħħaq mal- istudju u xogħol tiegħek u mat- taħriġ u l-logħob tal-waterpolo? It-taħriġ isir dejjem wara l-ħinijiet tax-xogħol. Meta jkolli xi logħob matul il-ġimgħa jew logħob barra minn Malta jiena nieħu mil-leave tiegħi. It-tqassim tal-ħin huwa importanti. X'tikkummenta fuq ir-riżultati mill-aqwa li kellkom bħala tim nazzjonali fl-aħħar xhur? Iva, huwa ta' sodisfazzjon kbir ir- riżultati pożittivi u l-logħob li aħna qed nagħtu fuq livell internazzjonali. Aħna bħala tim kollha ħbieb u ningwalawha ħafna bejnietna. Hemm rispett reċiproku u nippruvaw dejjem inġibu l-aħjar riżultati. Madanakollu kien hemm kritika li l-avversarji li lgħabtu kontrihom f 'dawn it-tournaments ma kinux tal-ogħla livell? Kif tirribatti din il-kritika sa ċertu punt kostruttiva? Irbaħna kontra pajjiżi bħall-Afrika ta' Isfel, New Zealand, id-Danimarka u oħrajn. Dawn huma pajjiżi ħafna akbar minna. Riżultati tajbin qed ingibu. Li ġġib fidda fil-Logħob tal- Commonwealth naħseb li huwa unur kbir għal Malta. X'inhi r-relazzjoni tiegħek mal- kowċ tat-tim nazzjonali Karl Izzo u dan kif għenek matul il-karriera tiegħek fil-waterpolo? Jiena dejjem kelli relazzjoni tajba mal-kowċ li għandi rispett kbir lejh. Napprezza ħafna l-fiduċja li huwa dejjem tani. U dik mal-President ta' Neptunes Matthew Bonello? Is-Sur Bonello huwa ġentlom u ddixxiplinat. Napprezzah ħafna. Dan ukoll tani fiduċja u għalhekk jien nagħmel l-almu tiegħi li nagħti lill-klabb ta' Neptunes lura l-aħjar li nista'. Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil-logħba tal-waterpolo? Jien nieħu l-affarijiet staġun wara staġun. Nispera li nibqa' fuq quddiem għal aktar snin. Għaddi messaġġ lil dawk it-tfal u/ jew żgħażagħ li bħalek jixtiequ jagħmlu karriera fil-waterpolo. Jiena liż-żgħażagħ kollha ngħidilhom li jekk jistinkaw għandhom jaslu. Trid taħdem biex tieħu l-frott. Il-waterpolo huwa sport iebes imma ta' sodisfazzjon kbir. Nawguralhom u lest li ngħinhom! SPORTSillum Il-goalkeeper prolifiku ta' Neptunes Cristian Antony Muscat Alan Borg Cole – bla dubju wieħed mill-aqwa goalkeepers li pproduċa l-waterpolo lokali f'dawn l-aħħar snin u li huwa fundamentali u essenzjali kemm għal Neptunes, kif ukoll għat-tim nazzjonali tal- waterpolo. "Niftakar li l-ewwel darba li lgħabt il- waterpolo bis-serjetà kien meta t-tim tal-youths tal-Exiles kienu bla goalkeeper u talbuni biex nidħol jien bejn il-lasti. Minn bejn dawn il-lasti jiena ma ċċaqlaqtx u bqajt navvanza." Ritratt: Ian Noel Pace