Illum previous editions

illum 12 April 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/494413

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 35

28 illum Il-Ħadd 12 ta' April 2015 SPORTSillum Lewis Hamilton jikseb it-tielet pole konsekuttiva ċ-Ċina Is-sewwieq champion tad-dinja fuq Mercedes, Lewis Hamilton, kiseb it-tielet pole position tiegħu matul dan l-istaġun fiċ-ċirkiwt ta' Shangai fiċ-Ċina, li tajjeb ngħidu li kienet ukoll il-ħames waħda tiegħu f 'dan iċ- ċirkwit. Huwa assigura din il-pole meta għeleb lil sieħbu fuq Mercedes Nico Rosberg bi frazzjoni żgħira ta' sekonda, eżattament b'0.042 sekondi. Kif mistenni, Ferrari, li jidher li se jkollhom staġun ferm tajjeb u kollox qed jindika li se jkunu l-isfidanti ewlenin ta' Mercedes biex jirbħu t-titlu finali, kienu l-ikbar rivali ta' Mercedes f 'din il-pole position. Dan hekk kif Sebastian Vettel irnexxielu jisraq it-tielet post mingħand is-sewwieq ta' Williams, il-Brażiljan Felipe Massa fl-aħħar mumenti tal-pole. Ferrari kienu l-aktar veloċi fl-ewwel fażi ta' kwalifikazzjoni b'Vettel jirreġistra ħin ta' minuta, 37.502 sekonda waqt li sieħbu fuq l-istess karozza, il-Fillandiż, Kimi Raikkonen, irreġistra ħin ta' minuta, 37.790 sekonda iżda huma użaw soft tyres. Min-naħa l-oħra, Lewis Hamilton, fl-ewwel fażi ta' kwalifikazzjoni temm fil-ħames post b'ħin ta' minuta, 38.285 sekonda, iżda uża dawk li huma msejħin 'medium compound rubber tyres', fejn baqa' bihom sal- aħħar u li rriżultaw bħala fundamentali biex ikun jista' jikseb l-aħjar ħin f 'din il-pole position f 'Shangai, fiċ-Ċina. Intant, dawn huma l-pożizzjonijiet li minnhom se jkunu qed jibdew is-sewwieqa rispettivi llum fiċ-ċirkiwt ta' Shangai, fiċ-Ċina: Lewis Hamilton fl-azzjoni fiċ-ċirkwit ta' Shangai, fiċ-Ċina 1 Lewis Hamilton Mercedes 2 Nico Rosberg Mercedes 3 Sebastian Vettel Ferrari 4 Felipe Massa Williams 5 Valtteri Bottas Williams 6 Kimi Raikkonen Ferrari 7 Daniel Ricciardo Red Bull Racing 8 Romain Grosjean Lotus 9 Felipe Nasr Sauber 10 Marcus Ericsson Sauber 11 Pastor Maldonado Lotus 12 Daniil Kvyat Red Bull Racing 13 Max Verstappen Toro Rosso 14 Carlos Sainz Toro Rosso 15 Sergio Perez Force India 16 Nico Hulkenberg Force India 17 Jenson Button McLaren 18 Fernando Alonso McLaren 19 Will Stevens Marussia 20 Roberto Merhi Marussia Malta tikseb ir-raba' post fil-kompetizzjoni tal-Weightlifting għall-pajjiżi tal-Mediterran FI tmiem il-ġimgħa li għadda, l-Assoċjazzjoni Weightlifting Malta organizzat b'suċċess id-disa' edizzjoni tal-kompetizzjoni tal-weightlifting għall-pajjiżi tal-Mediterran. Ħdax-il pajjiż ħadu sehem f 'dan l-avveniment magħmul minn timijiet. Tim Tuneżija rebaħ din il-kompetizzjoni b'1,891 punt, segwit minn Franza b'1754 punti u l-Italja b'1607 punti. Tim Malta kiseb ir-raba' post b'1,482 punt segwiti mit- Turkija b'1321 punt, Spanja, l-Iżrael, is-Slovenja, il-Greċja, il-Bosnija-Ħerzegovina u San Marino. It-tim uffiċjali ta' Malta kien jikkonsisti minn sitt atleti, erba' irġiel u żewġ nisa. Kyle Micallef kien l-aħjar mill-irġiel fl-iskwadra Maltija u kiseb 306 punt wara li refa' t-total ta' 256 kilo, Ryan Agius b'292 punt, Rodmar Pulis b'274 punt, Jovan Reljic b'266 punt, waqt li fuq in-naħa femminili Pamela Psaila kisbet 173 punt u Krista Camilleri kisbet 171 punt. Minbarra t-tim uffiċjali, lifters Maltin oħra pparteċipaw f 'dan l-avveniment internazzjonali biex jiksbu aktar esperjenza. Dawn il-lifters kienu Hayley Mizzi, Sarah Grixti, Dorianne Attard, Natalie Borg, Noel Coleiro, Owen Bugeja, Matthew Camillieri u Daryl Psaila, li kull wieħed minnhom ħadem bil-kbir biex għamlu lil Malta kburija bir-riżultati tagħhom. Dan l-avveniment żgur li se jiġi mfakkar matul l-istorja peress li diversi rekords tal- Mediterran kienu miksura. Ħdax-il rekord ġodda ġew milħuqa fis-sezzjoni tan-nisa filwaqt li seba' ġew milħuqa fit-taqsima maskili. L-aħjar riżultat fis- sezzjoni taż-żgħażagħ f 'dan l-avveniment kien miksub minn Malti, Owen Bugeja, filwaqt li l-aħjar riżultat fis-sezzjoni tal-kbar kien ta' Karem Ben Hnia tat-Tuneżija, li wkoll huwa ċ-champion tad-dinja fil-kategorija tas-77kg. Għall-aħjar mara din kienet ukoll meħuda mit-Tuneżina, Yosra Dhieb. Dan l-avveniment kien preparazzjoni tajba għal Tim Malta li se jkunu qed jikkompetu fl-avveniment internazzjonali ieħor – dak tan-Nazzjonijiet Żgħar f 'Monaco f 'April, bit-tama għal riżultat kbir ieħor. Team Malta li kiseb ir-raba' post

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 12 April 2015