Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/494413
ILMÉDECINS Sans Frontières – tobba mingħajr fruntieri (MSF) ħabbru li l-operazzjoni tagħhom ma' MOAS, li permezz tagħha ħa jsalvaw eluf ta' ħajjiet ta' dawk li jpoġġu ħajjithom f 'riskju sabiex ifittxu tama għall-futur fl- Ewropa, ħa tkun għaddejja minn Mejju sa Ottubru. L-organizzazzjoni qalet li s-sena l-oħra kienet l-agħar sena fejn fiha kien hemm l-akbar numru ta' mwiet fil- Mediterran – fejn aktar minn 3,400 persuna tilfu ħajjithom waqt il-vjaġġ tagħhom. Fuq is-sit tagħha, l-MSF ddikjarat li "din is-sena qed nistennew li jkun hemm numru akbar ta' imwiet, għax hemm inqas assistenza għal dgħajjes li jitolbu għall- għajnuna." "L-operazzjoni tat-tiftix u salvataġġ tan-navy Taljana, il-Mare Nostrum, twaqqaf f 'Novembru tal- 2014 minħabba nuqqas ta' ffinanzjar mill-gvernijiet Ewropej u s'issa għad m'hemm xejn minfloku." Żiedet tgħid l-MSF. "L-Ewropa tat dahra lil dawk in-nies li qed jaħarbu mill-agħar kriżijiet umanitarji tal-era tagħna," qal Arjan Hehenkamp, id-direttur ġenerali tal-MSF. Hu żied jgħid li meta ingħalqu l-bibien, dawn l-irġiel, in-nisa u t-tfal huma mġiegħla jpoġġu ħajjithom f 'riskju u jaqsmu l-baħar Mediterran f 'vjaġġ perikoluż. "Dis-sitwazzjoni mhux ħa tisparixxi sempliċiment għax ninjorawha," wissa, waqt li żied jgħid li l-Ewropa għandha kemm ir-riżorsi imma wkoll ir-risponsabilità li tara li ma jkunx hemm aktar imwiet fuq l-għatba tal-bieb tagħha stess – u li għandha tara x'ħa tagħmel biex twaqqaf dan kollu. "Fix-xhur li ġejjin, il-MSF u MOAS flimkien ħa jkunu stazzjonati fiċ-ċentru tal- Mediterran abbord il-MY Phoeniz – bastiment ta' salvataġġ ta' 40 metru," iddikjara Hehenkamp. Il-MY Phoenix huwa mgħammar b'dinghy riġidu li jiflaħ għall-qawwa tal- baħar, kif ukoll drones ta' sorvelljanza, u li jġorr crew ta' 20 li jagħtu l-għajnuna biex isalvaw il-ħajja ta' dawk li jitolbu l-għajnuna. "Il-motivazzjoni tagħna hija sempliċi," wal Martin Xuereb, id-direttur tal-MOAS. "Ħadd ma ħaqqu jmut, u aħna ħa nagħmlu dak kollu li nistgħu biex niżguraw li dawk li jaqsmu dan il-baħar f 'dgħajjes li ma jifilħux għal dawn it-tip ta' vjaġġi ma jegħrqux." "Meta nedejna l-operazzjonijiet tagħna s-sena l-oħra, salvajna 3,000 persuna f '60 jum. Nittamaw li din is-sena jkollna aktar suċċess u noperaw għal sitt xhur flimkien mal-MSF." Xuereb spjega kif sakemm ikun hemm bidla fil-politika, in-nuqqas ta' ħeġġa biex jingħataw alternattivi siguri min-naħa Ewropea qed jiswa l-ħajja tan-nies. Huwa żied jgħid li ħa jkun hemm żewġ tobba u infermiera abbord. "Ħa jkunu mgħammra b'kura ta' emerġenza li tista' ssalva l-ħajjiet, kif ukoll biex jingħata trattament għal diżidratazzjoni, ħruq minn fuel, ħruq mix-xemx u ipotermja – li huma fost l-aktar problemi komuni li jaffaċċjaw nies li jkunu qattgħu jiem fuq il-baħar," żied jgħid. "Aħna ma nistgħux intemmu l-gwerer jew il-miżerja li ġġiegħel lin-nies jitilqu minn pajjiżhom, imma nistgħu nnaqsu n-numru ta' imwiet u nagħtu assistenza kritika għal dawk l-eluf ta' bnedmin li ħa jaqsmu l-Mediterran dan is- sajf " temm jgħid. Hehenkamp qal li l-gvernijiet Ewropej ippreferew jagħtu importanza għas-sorveljanza u t-tħaris tal-fruntieri, milli għal li jsalvaw l-ħajja tan-nies. illum | Il-Ħadd 12 ta' April 2015 Antique Musical Instruments in Malta EXHIBITION ENTRIES Fondazzjoni Patrimonju Malti is currently working on an exhibition of antique musical instruments from the earliest times through to the 19 th century. is exhibition will form part of a major project entitled 'A Musical Journey through the Mediterranean' which will take place throughout 2018, the year that Valletta will hold the title European Capital of Culture. We would like to appeal to anyone who would consider lending items for this exhibition. We are looking for all kinds of musical instruments from woodwind to string and keyboard instruments, brass and percussion including clappers, drums, bells, rattles and whistles as well as music boxes, folkloristic and home-made instruments. We are also interested in items related to music, including music scores and paintings with a music theme. Interested parties should contact Angela Ghirxi on 21231515 or at info@patrimonju.org. All communication will be treated with the strictest condentiality. ank you www.patrimonju.org Imħabbra operazzjoni konġunta fiċ-ċentru tal-Mediterran