Illum previous editions

illum 12 April 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/494413

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 35

12 illum | Il-Ħadd 12 ta' April 2015 Ħames snin ngħix f 'Għawdex għallmuni li....... Għawdex mhux estensjoni ERBA' kilometri ta' baħar jagħmlu differenza kbira . Dan esperjenzajtu jien stess f 'dawn il-ħames snin li ilni ngħix Għawdex fejn l-Għawdxin iqisuni bħala 'Għawdxi adottat'. Ikun żball kbir jekk wieħed jaħseb li Għawdex hu estensjoni ta' Malta għax hu mmexxi minn Gvern Malti, tperper fuqu l-istess bandiera u tiġi mitkellma l-lingwa Maltija, anke jekk bi djalett qawwi. Għawdex hu uniku, b'kultura unika, b'mentalità unika u bi djalett uniku u ċertu kliem uniċi wkoll. F'ħames snin tgħallimt ukoll li l-Għawdxin għandhom stil ta' ħajja differenti filwaqt li hemm qasma kbira f 'dik li hi edukazzjoni. Hemm dawk li ma jinteressahomx mill-iskola u ma baqgħux jistudjaw u minflok għażlu li jintefgħu fuq xogħol manwali ta' biedja u kostruzzjoni li kultant jrendilhom finanzi aktar minn dawk li għażlu l-ħajja akkademika. Imbagħad hemm oħrajn li huma ġenji fl-iskola - triq tan-nofs f 'Għawdex kważi ineżistenti. Hi gżira ta' kuntrasti għalkemm fl-Għawdxin hemm ħaġa komuni li tagħmilhom uniċi. Huma nies li kapaċi b'għaqal kbir dak li jaqilgħu jgawduh sew, ikattruh u jieħdu l-aħjar użu minnu. Dan il-fattur minħabba fih jista' jkun li xi Maltin isejħulhom "qammelin". Iżda meta tgħix magħhom tinduna li huma ferm 'il bogħod minn qammelin. Huma nies bil-għaqal u mill- flus li jaqilgħu kapaċi jieħdu l-aħjar mingħajr ma jaħlu xejn. Jaraw li għalxejn tixtri erba' qliezet għax ikunu irħas, meta jkollok bżonn wieħed biss. Għalhekk jagħżlu qalziet wieħed ta' kwalità għolja milli erba' ta' kwalità baxxa. Hekk jew b'hekk iservihom aktar. Imorru għal kwalità aktar milli għal kwantità. Huma nies li kapaċi jgawdu ħafna l-flus li jaqilgħu iżda ftit jew xejn jaqsmuhom ma' ħaddieħor. Din hi l-mentalità Għawdxija fejn il-kelma 'ħela' mhix fil- vokabularju tagħhom. L-għaqal fl-Għawdxi nbena minħabba l-fatt li jrid ibati iżjed biex jasal fejn irid. L-opportunitajiet huma inqas minn dawk tal-Malti, għalhekk irid jistinka minn kmieni u dan iħallih jagħraf iżjed x'jiġifieri taqla' fwiedek biex taqla' l-flus. L-istudent Għawdxi jinqata' minn mal-ġenituri kmieni fil- ħajja biex imur Malta jkompli l-istudji tiegħu. Il-ġenituri jridu jaħsbu biex uliedhom ikollhom fejn joqogħdu meta jkunu jistudjaw Malta. Barra hekk ħafna minnhom jitilfuhom għal illum@mediatoday.com.mt John Busuttil Ikun żball jekk wieħed jaħseb li Għawdex hu estensjoni ta' Malta għax hu mmexxi minn Gvern Malti, tperper fuqu l-istess bandiera u tiġi mitkellma l-istess lingwa Maltija, anke jekk bi djalett qawwi. Wied il-Mielaħ Ta' Pinu

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 12 April 2015