Illum previous editions

illum 12 April 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/494413

Contents of this Issue

Navigation

Page 16 of 35

Il-Ħadd 12 ta' April 2015 | illum 17 NHAR l-24 t' April ta' din is-sena se nkunu qegħdin nikkommemoraw il-mitt sena tal-ġenoċidju Armen. Avveniment li tappan l-umanità, u l-Imperu Ottoman fl-aħħar ta' żminijietu. Għaldaqstant dan l-avveniment ma jiġix imfakkar u lanqas huwa rikonoxxut bħala ġenoċidju mit-Turkija. Huwa maħsub li fil-ġenoċidju Armen mietu madwar 1.5 miljun individwu. Iżda anke fuq din iċ-ċifra, it-Turkija ma tidhirx li taqbel. Illum il-ġenoċidju Armen huwa rikonoxxut minn 21 pajjiż minn madwar id-dinja, fosthom mill-Greċja, Ċipru, l-Italja, ir-Russja, l-Istati Uniti, fost oħrajn. Il-poplu Armen Meta nitkellmu fuq l-Armeni nkunu qed nirreferu għal poplu li ġej mir-reġjun tal-Kawkażu. Il- lingwa Armena hi maqsumha bejn l-Armen tal-punent u l-Armen tal-Lvant. Illum fl-Armenja huwa mitkellem l-Armen tal-lvant. L-alfabett Armen ġie maħluq fl-405 AD. Fis-seklu 15 l-Armen modern beda jiġi miktub u mitkellem. L-Armeni għandhom il- Knisja tagħhom wara li fl-451 AD l-ekklesjastiċi Armeni sseparaw minn mal- Knisja Ortodossa. Fl-1921 l-Armenja ġiet parti mill- Unjoni Sovjetika. Il-pajjiż ma tantx għandu rabtiet tajba mal-Ażerbajġan minħabba l-kwistjoni fuq it-territorju ta' Nagorno Karabakh, kwistjoni li intensifikat sew fl-1988. Din hi biss introduzzjoni ħafifa dwar min huma l-Armeni. Issa nipproċedu dwar l-argumenti ewlenija marbutin mal-ġenoċidju Armen ta' mitt sena ilu. Snin qabel Il-poplu Armen kien taħt il-ħakma tal-imperu Ottoman. Flimkien ma' popli oħra li kienu jagħmlu parti minn dan l-imperu, fosthom il-Griegi, is-Serbi u oħrajn, soffrew fl-istorja tagħhom f 'xi perjodu jew ieħor taħt din il-ħakma. Minkejja li dis-sena nikkommemoraw il-mitt sena tal-ġenoċidju, ta' min wieħed jirrimarka li fiż-żminijiet preċedenti kien hemm massakri oħra. Pereżempju fl-1895 kien seħħ massakru fejn inqatlu bejn 200,000 u 300,000 Armen. Dak iż-żmien il-ħakkiem Ottoman kien is- Sultan Abdul Hamid it-Tieni, u kien ħareġ bil-programm biex l-imperu jkollu iktar integrità territorjali bil-Pan Iżlamiżmu fiċ-ċentru tal- ideoloġija. Fl-istess sena wkoll kienu seħħew massakri fin-naħa t' isfel tat-Turkija fejn inqatlu madwar 25,000 Assirjan. Il-massakri kienu ġew ikkundannati mill-komunità internazzjonali. L-argument ewlieni tal-Ottomani dwar dawn l-avvenimenti kien biex jiddgħajfu r-rewwixti li bdew iseħħu f ' diversi partijiet tal- imperu. 24 t'April 1915. L-avveniment tal-1915 huwa simili. Fl-ewwel ftit xhur tas- sena kien hemm protesti kbar fil-belt ta' Van, belt Armena li kellha popolazzjoni mdaqqsa u li kienet tinsab fil-lvant tal-imperu. Il-forzi Ottomani bdew jarrestaw lill-Armeni nhar l-24 t'April, l-istess jum li huwa mfakkar il-ġenoċidju Armen illum. Sa Mejju ta' dik l-istess sena l-Armeni ħadu kontroll tal-belt ta' Van. Il-massakri fuq l-Armeni damu sal-1917. Għadd ta' Armeni kienu deportati minn darhom f 'dawn iż-żminijiet filwaqt li sofrew ħruxijiet kbar bħal stupri u ġuħ. L-Armeni li kienu jservu fl-armata Ottomana kienu diskriminati ħafna, filwaqt li anke Armeni li kkonvertew għall-Iżlam ma kinux meħlusha mill- atroċitajiet. L-ambaxxatur Awstro- Ungeriż Johann Von Pallavicini ddeskriva l-ġenoċidju Armen bħala metodu biex jinħoloq stat nazzjon ibbażat fuq l-esterminazzjoni ta' kull element barrani. Għalfejn it-Turkija ma tirrikonoxix il-ġenoċidju? It-Turkija tirrikonoxxi li kien hemm minoritajiet li nqatlu, fosthom Armeni fl-Imperu Ottoman. Li t-Turkija ma tirrikonoxix hu li kien hemm ġenoċidju. Dan għas-sempliċi fatt li l-azzjonijiet li saru ma kinux sistematikament organizzati biex jesterminaw grupp etniku. Skont l-awtoritajiet Torok dak li seħħ fil-każ tal-Armeni kien parti mill- kunflitt li kien hemm f 'dak il-perjodu meta l-Armeni rribellaw kontra l-awtoritajiet Ottomani u ngħaqdu mal- forzi Russi. It-Turkija ma taqbilx ukoll maċ-ċifra eżaġerata li 1.5 miljuni Armen inqatlu. Skont l-istatistiċi tal-gvern Tork ma kienx hemm 1.5 miljun Armen joqogħdu fl-imperu. Dawn iċ-ċifri ma jaqblux maċ-ċifri tal-Knisja Armena fejn saħqet li fl-imperu Ottoman kien hemm madwar 2.1 miljun Armen. Meta fil-bidu tas-Snin 20 Mustafa Kemal Ataturk ħa t-tmexxija tat-Turkija f 'idejh, il-pajjiż beda t-triq tas-sekularizzazzjoni. Huwa magħruf li Ataturk ried jibni pajjiż mill-ġdid b'sisien differenti mis-sistemi qodma tal-imperu Ottoman. Waħda mir-raġunijiet għaliex Ataturk ried jaqta' l-eredità tal-Imperu Ottoman kien minħabba l-ġenoċidju Armen. Ma kinitx tixhed dawl sabiħ fuq pajjiż li ried jibda t-triq tas- sekularizzazzjoni jekk baqa' ankrat ma' sistema li kienet ħatja ta' ġenoċidju orribbli. Il-kwistjoni llum Taner Akçam, Tork li studja fil-Ġermanja u speċjalizza fuq il-ġenoċidju Armen, jisħaq li mhux biżżejjed li t-Turkija tirrikonoxxi l-ġenoċidju. Għal Akçam mhux daqstant importanti jekk ġenoċidju hux rikonoxxut jew le. L-akkademiku jistqarr li minkejja l-fatt li l-kwistjoni tal-ġenoċidju Lhudi mill- Ġermanja Nażista illum huwa solvut bejn il-Ġermanja u Iżrael, xorta jibqa' l-fatt li r-riċerka marbuta mal-avveniment għadha għaddejja. Skont Akçam l-iktar ħaġa importanti hi li l-ġenoċidju ma jkunx biss rikonoxxut mill-gvern Tork, iżda wkoll mis-soċjetà Torka. Skont l-istudjuż Tork, rikonoxximent ma jfissirx biss li jkun hemm kumpens finanzjarju imma wkoll rispett mis-soċjetà Torka lejn il-minorità Armena li għadha tgħix fit-Turkija u s-sens ġdid li tħoss il-komunità Armena li hi aċċettata. Huwa jżid ukoll li t-Turkija għandha tibda taħdidiet minnufih mal-gvern Armen fuq dak li ġara mitt sena ilu. Akçam jisħaq ukoll li nies prominenti fit-Turkija għandhom iħarsu lejn il-passat b'mod differenti u mhux jibqgħu jaħbu l-atroċitajiet li saru. Il-kotba tal-istorja fit-Turkija hemm bżonn li jinbidlu. Fil-kotba tal-istorja Torok l-Armeni huma mpinġija bħala theddida għas-sigurtà nazzjonali tal-pajjiż. Fatt ieħor li Akçam ma jaqbilx miegħu hi d-data li t-Turkija għażlet biex tfakkar il-gwerra tal-Gallippoli. Id-data hi l-24 t' April; l-istess data meta hu mfakkar il-ġenoċidju Armen. Il- kwistjoni Kurda fit-Turkija tista' tingħeleb la darba l-awtoritajiet Torok jiddeċidu bis-serjetà fuq il-ġenoċidju Armen skont Taner Akçam. Karl Littlejohn kiseb Masters fl-istudji tal-Baħar l-Iswed minn Università f ' Tessalonika, il-Greċja. Ir-riċerka li hu jispeċjalizza fiha hi marbutha mal-istorja u l-iżvilupp politiku kontemporanju tal- Balkani u l-Baħar l-Iswed. Kif Naħsibha KARL LITTLEJOHN Mitt sena mill-ġeniċidju Armen AĦBARIJIET ONLINE .cOm.mT

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 12 April 2015