Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/494413
WAQT ċerimonja ta' premjazzjoni tal-ħames edizzjoni ta' żewġ inizjattivi imtella' mid-Dipartiment tal-Kummerċ, 'Premju Ġieħ l-Artiġjanat Malti 2014' u 'Premju Innovazzjoni Malta 2014', tħabbru r-rebbieħa u tqassmu il-premijiet li ammontaw għal €56,000. Il-'Premju Innovazzjoni Malta 2014', li għalih kienu allokati €50,000 fil-Baġit 2014, iservi bħala inċentiv għal aktar investiment fil- kreattività u l-innovazzjoni f 'setturi tal-edukazzjoni, arti, teknoloġija u manifattura u biex jingħata għarfien lill- imprendituri kreattivi. Waqt din iċ-ċerimonja tqassmu lir-rebbieħa tal- 'Premju Innovazzjoni Malta', rikonoxximent ta' preġju kbir permezz ta' ċertifikati u medalja, li ngħataw mill-organizzazzjoni tal- Nazzjonijiet Uniti ddedikata għall- promozzjoni tal- innovazzjoni u kreattività il-World Intellectual Property Organisation (WIPO). Waqt iċ-ċerimonja ngħataw ukoll il-premjijiet tal- edizzjoni 2014 tal-"Premju Ġieħ l-Artiġjanat Malti". F'din l-edizzjoni d-Dipartiment tal-Kummerċ irċieva 103 applikazzjoni minn artiġjani u entitajiet oħra u ġew premjati tnejn u għoxrin prodott jew proġett - żieda ta' 3 premjijiet fuq l-edizzjoni tas-sena preċedenti. Is-Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru tal- Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar, Nancy Caruana, spjegat kif l-iskop tal-'Premju Innovazzjoni Malta 2014' huwa biex niċċelebraw it-tkattir ta' kultura ta' innovazzjoni u kreattività – kultura li jeħtieġ nieħdu kull opportunità li nippromwovuha u li qed tinfirex f 'diversi oqsma ta' intrapriża Maltija, ta' kull tip u daqs. "Illum il-ġurnata kull ma mmorru qed jiġi rikonoxxut li biex intrapriza tibqa' tirrendi u sabiex jitkattar żvilupp teknoloġiku wieħed irid jiġġedded u jkun innovattiv fl-operat tiegħu kemm f 'dak li huwa l-prodott innifsu, il-makkinarju li jintuża u l-proċess ta' produzzjoni u kemm fil-mod ta' preżentazzjoni tal-prodotti jew servizzi u kif dawn jilħqu lill-konsumatur" saħqet is- Segretarju Permanenti. Indirizza wkoll lil dawk preżenti Godwin Warr, Direttur Ġenerali tal- Kummerċ. Preżenti kien hemm ukoll Michelle Bonello, Direttur Industrial Property Registrations u Noel Bartolo, Viċi Chairman, Kunsill Malti tal-Artiġjanat. 6 illum | Il-Ħadd 12 ta' April 2015 .com.mt AĦBARIJIET ONLINE TECHNICAL ATTACHE' "#$!%&'()*+,-.!*//)&0*11%2'&%(!,-*))3/24&11%2'&!(*5!!"#$%'()*++'#$",)652+78*!9*:%&!(*5! -.(/!6&!-$*'!&)3;&'&7(#:.!,-*))3<66*:&%(!=>:2/#%!.!?>#((&+!(*)3;*'&6#7(!=)#((2:*)&@!A)3 0*'$&$*(&!8*,-4.)*!7#!%0.'.!8&7(#''&%*!)&!%*+$.!$8&:&%(B28!6&!-$*'!&:3C*//:#4#'(*'1*! D#:8*'#'(&!(*)3E'%2'&!=>:2/#*!6&!F:.77#))@! G3*//)&0*11%2'&%(!6)&80'!8*5!HI!&$$#(*)%*(*!%:&$.!%&'(J*,-(.!6)3E66&KK%.!(*73L#,:#(*:%.! D#:8*'#'(&M!;&'&7(#:.!,-*))3<66*:&%(!=>:2/#%!.!?>#((&+!(*)3;*'&6#7(!=)#((2:*)&M!?*)3 D&)*:M!NOFM!?:&+!;*:7*8P#((M!I*))#((*M!IG?!OQRS!%#>!%&'(J*,-(.!/#:8#11!(*)30%(&%") 1.2"3%4"%+)5.3+'()6.+!B((/TUU:#V:.&(8#'(@,29@8(!7*!8B.P!*0(*:!(*:$!8&''!!"#$%!&'(! (*(3)*%+,'-./-,012(%*-.3/45!! <0(*:!$#((*)%&!%&7(,-.!%&W.!8&07.J*!!8&))3X*11#((*!(*)3X9#:'!(*(3NS!(*5!;*:1.!YSOR@! G3*//)&0*11%2'&%(!%&7(,-.!%&W.!8'&44)*!8&''T!B((/TUU>>>@/*B:2@,29@8(U6&)#@*7/PZ6[OY\@! Rikonoxximent lill-artiġjana u innovaturi Maltin Aktar korsijiet akkademiċi għall-uffiċjali pubbliċi "MINN Ottubru li ġej, l-Università ta' Malta kif ukoll l-MCAST se jkunu qed joffru iktar korsijiet għal uffiċċjali pubbliċi. Dan hekk kif kompliet tissaħħaħ is-sħubija bejn is-Servizz Pubbliku u l-Università ta' Malta u l-MCAST tul dawn l-aħħar xhur. Sħubija li tissarraf f 'aktar uffiċjali pubbliċi mħarrġa u professjonali f 'xogħolhom li effettivament jissarraf f 'Servizz Pubbliku aħjar." Dan qalu Mario Cutajar, Segretarju Permanenti Ewlieni waqt ċerimonja ta' gradwazzjoni li rat 'il fuq minn mitt uffiċjal pubbliku jirċievi kwalifika rikonoxxuta. Cutajar qal li l-korsijiet akkademiċi li se jibdew jiġu offruti minn Ottubru 2015 huma kemm f 'livell ta' degree kif ukoll ta' masters. Fost dawn il-korsijiet se jkun hemm degrees ġodda fl-Amministrazzjoni Pubblika, Public Policy kif ukoll korsijiet ta' Project Managers. "Iċ-Ċentru għall-Iżvilupp, Riċerka u t-Taħriġ, is-CDRT se jkun qed jipprovdi placements għall-istudenti Universitarji li qed isegwu korsijiet relatati mas-Servizz Pubbliku, biex jagħmlu r-riċerka u xogħol ieħor li jistgħu jużaw għat- teżijiet tagħhom. B'hekk, jiggwadanjaw kemm l-istudenti nfushom kif ukoll is-Servizz Pubbliku." Matul din iċ-ċerimonja, 56 uffiċjal pubbliku rċieva kwalifika talli temm b'suċċess Diploma fil-Public Management filwaqt li 52 oħra temmew Foundation Course in Customer Care. Iċ- ċertifikati ġew ippreżentati mis-Segretarju Permanenti Ewlieni. L-għan tad-Diploma huwa li tikkonsolida l-programmi ta' taħriġ mogħti mis- CDRT lill-uffiċjali pubbliċi tul is-snin u tagħtihom kwalifika rikonoxxuta. Min- naħa l-oħra, il-Foundation Course huwa mmirat biex jintroduċi prattiki ġodda fost uffiċjali pubbliċi fil- Customer Care filwaqt li jtejjeb il-ħiliet ta' dawk li ilhom jaħdmu f 'dan il- qasam. Waqt iċ-ċerimonja ta' premjazzjoni L-istudenti waqt iċ-ċerimonja