Illum previous editions

illum 12 April 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/494413

Contents of this Issue

Navigation

Page 22 of 35

Il-Ħadd 12 ta' April 2015 | illum 23 Bijografiji Ġużè Ellul Mercer B IN Salvu Ellul u Jane imwielda Mercer, imma tista' tgħid li huwa wkoll iben żmien ta' taqlib politiku f 'Malta li nissel bżonn li Malta tesperjenza bidla soċjali u fl-aħħar issir l-emanċipazzjoni tal-individwu Malti – liema bżonn dejjem esprimih tul ħidmitu kemm bħala politiku, imma wkoll bħala kittieb u ġurnalist. Bosta drabi wera din l-ħtieġa li l-poplu jibda' jitgħallem sabiex ma jħallix lil min iqarraq bih. Fil-kitba tiegħu bl-isem ta' "Tagħlim" fil-gazzetta Il Cotra tas- 17 ta' April, 1930, huwa kiteb: "Jekk wieħed jitgħallem u jinzerta minn dawk li ma jkunux iridu jisservew bit-tagħlim biex iqarrqu bil- kotra li ma taf xejn, isib ruħu mfixkel meta jiġi biex jitħaddet mal-kotra għaliex din ma tifhmux. Mhux hekk biss imma, waqtiet il-kotra bla tagħlim temmen lil min iqarraq biha u ma temminx lill-ħaddiem bħalha li jkun tgħallem" Il-bidu tal-karriera politika Ellul Mercer ħalla impatt f 'kull qasam li miss miegħu. Il-karriera politika tiegħu bdiet qabel it-twaqqif tal-partit li fih qatta' l-karriera politika tiegħu – il-Partit Laburista, hekk kif kien ilu midħla tal-politika sa' mill-1919. Fl-1924 imbagħad daħal fil-Kumitat tal-Każin Laburista tal-Imsida. Magħruf ukoll bħala ġurnalist, huwa nħatar assistent editur tal-ġurnal Laburista Il Cotra fl-1928 – liema ġurnal sar editur tiegħu sentejn wara. Minkejja li fl-1929 kiteb lis- Segretarju Ġenerali tal-Partit Laburista biex jagħti r-riżenja tiegħu mill-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit, minħabba problemi b'qalbu, fl-1931 inħatar President tal-Każin Laburista tal-Imsida. Ħidmietu daħħlitu f 'kunflitt mal- Knisja, fejn aktar tard naraw lil Ellul Mercer jingħata l-interdett minħabba t-twemmin politiku tiegħu. Forsi l-ewwel kunflitt iżda kien fl-1928 kiteb sensiela ta' stejjer bl-isem Il-Ħrejjef ta' Barraminau fil-gazzetta Il-Ħmar - liema kitbiet ġew ikkundannati mill- awtoritajiet tal-Knisja. Kemm hu, kif ukoll id-direttur C. Satariano, l-editur propjetarju tal-gazzetta, Ġużeppi Arena ttellgħu l-qorti mill-Pulizija – fejn kienu ammoniti iżda appellaw sakemm fl-aħħar rebħu l-każ. Din il- gazzetta kellha affiljazzjoni mal-Partit tal-Ħaddiema f 'Malta. Wara t-Tieni Gwerra Dinjija It-Tieni Gwerra Dinjija f 'Malta ħalliet ħerba liema bħalha – liema ħerba inħasset mhux biss fuq livell infrastrutturali, imma wkoll fuq dak soċjali. Beda jinħass il-bżonn aktar minn qatt qabel li qabel kollox ssir ukoll riforma politika. Fl-1945 Ellul Mercer ta sehem kbir fl-abbozz tal-Kostituzzjoni l-Ġdida tal-1947. Eventwalment id-dħul fis-seħħ ta' din il-kostituzzjoni kien ifisser fost l-oħrajn li l-Parlament sar magħmul minn 40 membru, li kull ċittadin Malti raġel u mara 'l fuq minn 21 sena kellu dritt tal-vot kif ukoll li l-Malti u l-Ingliż saru l-lingwi uffiċjali ta' Malta. Flimkien ma' Pawlu Boffa, Reġġie Miller, Mosè Gatt, Indri Cilia, Leli Tabone, Nestu Laiviera u Turu Colombo, Ellul Mercer kien wieħed mill-kelliema prinċipali tal-Labour Front – jiġifieri l-General Workers' Union u l-Partit Laburista. Sentejn wara li l-Partit Laburista rebaħ l-elezzjonijiet tal-1947, il-Partit ra l-qasma bejn dawk li baqgħu mal- Mexxej Pawlu Boffa, u dawk li minflok marru mal-Perit Dom Mintoff. Minkejja li Ellul Mercer kien qrib tat-tabib Boffa, li kien ilu jmexxi l-Partit Laburista mill-1928, huwa żamm mal-Perit Mintoff. Lejn ir-riforma soċjali L-elezzjoni tal-1950 kienet l-ewwel sena li fiha Ellul Mercer kkontesta l-Elezzjoni Ġenerali – iżda ma telax – liema elezzjoni ntrebħet mill-Partit Nazzjonalista hekk kif għalkemm il-partit ta' Mintoff, kif ukoll dak ta' Boffa flimkien ġabu aktar voti u siġġijiet, ma kienx hemm ftehim bejn iż-żewġ partiti politiċi tax-xellug u b'hekk il-PN kellu jifforma partit ta' minoranza. Dan il-gvern ma kienx wieħed b'saħħtu, tant li sena wara tħabbret elezzjoni ġenerali oħra. Ellul Mercer din id-darba tela' – kif ukoll fiż-żewġ elezzjonijiet ġenerali li segwew – dik tal-1953 kif ukoll tal-1955. Huwa kkontesta dejjem fuq il-ħames distrett, jiġifieri l-Gżira, l-Imsida, Tas-Sliema u San Ġiljan. Fl-1955 Mintoff ħatar lil Ellul Mercer Ministru tax-Xogħol u Rikostruzzjoni u fid-9 ta' Marzu tal-istess sena inħatar Deputat Mexxej tal-Partit waa li rreżenja mill-istess pożizzjoni Ġużè Flores li leħaq Speaker tal-Assemblea Leġislattiva. Tul il-ħajja politika tiegħu Ellul Mercer kien ifittex li jimplimenta dak li kien jisħaq fuqu anke fil- ħajja letterarja tiegħu. Lejlet l-Ewwel tas-Sena 1956 Ellul Mercer, f 'messaġġ lill-Poplu Malti saħaq kemm l-Maltin setgħu jħarsu lura u b'sodisfazzjon. Fost l-oħrajn il-ħajja soċjali u ekonomika ta' Malta bdiet tiġi riorganizzata. B'hekk l-poplu seta' jasallu l-għerf, is-sigurtà u kundizzjonijiet għal ħajja aħjar. Ellul Mercer kien qal ukoll li dak kien l-ewwel darba fl-istorja Maltija li t-tfal kollha kienu qed jirċievu edukazzjoni full time –dan hekk kif din kienet parti mir-riforma kbira li wettaq il-Gvern Laburista fl-edukazzjoni bejn l-1955 u l-1958. Permezz ta' din ir-riforma, id- Dipartiment tal-Edukazzjoni beda joffri edukazzjoni full time lit-tfal tal-iskola. L-iskola kienet saret b'xejn u b'hekk ħfief il-piż minn fuq dahar il-ġenituri. Id-difna fil-"miżbla" Wara 13-il sena mir-riżenja tal- Partit Laburista mill-gvern fl-1958, faqqas il-kunflitt politiku-reliġjuż li eventwalment wassal sabiex fil-24 ta' Mejju 1961 l-Arċisqof Gonzi ħarġet direttiva lill-Kleru, li fosthom inqtal li ħa jiġi kkundannat bil-qawwa kollha possibbli: "L-appoġġ lill-mexxejja tal-M.L.P., sakemm dawn jibqgħu fi stat ta' gwerra mal-Knisja, u f 'kuntatt mas-soċjalisti, il-komunisti u l-AAPSO; Il-kitba, il-qari u l-bejgħ ta' "Il- Ħelsien" u l-"Voice of Malta" sakemm dawn ikomplu jimxu fuq il-linja li mixjin biha fil-preżent, minkejja li dawn diġà kienu pubblikament imwiddba mill-awtoritajiet ekklesjatiċi; l-istess jgħodd għal "The Whip"" Fl-istess sena, fl-età ta' 64 sena Ġuże Ellul Mercer miet f 'Tas-Sliema – u billi kien interedettjat mill-Knisja għax kien membru tal-eżekuttiv tal-Partit Laburista huwa ndifen fil- "miżbla" taċ-Ċimiterju tal-Addolorata – jiġifieri l-parti mhux ikkonsagrata. 22 ta' Marzu 1897 – 22 ta' Settembru 1961 • Miżżewweġ lil Maria Tereża Brockdorff • Għex l-Imsida • Missier ta' Martin – kandidat tal-PL fl-2013 • PROFIL: Ġużè Ellul Mercer jindifen fil-"miżbla" wara li kien interdettjat

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 12 April 2015