Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/494413
4 illum | Il-Ħadd 12 ta' April 2015 Mill-Mistoqsijiet Parlamentari Il-Korp tal-Pulizija għandu bżonn ta' aktar riżorsi umani JOHN PISANI FILĠIMGĦAT li għaddew saru diversi Mistoqsijiet Parlamentari dwar il-Korp tal-Pulizija fosthom kemm huwa l-compliment, dwar żoni turistiċi kif ukoll dwar pjanċi tal-vetturi rreġġistrati barra minn Malta. Id-Deputat Nazzjonalista Ċensu Galea staqsa lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, Carmelo Abela, dwar kemm hu n-numru ta' Pulizija li jitqies li jkun ideali għal ħtiġijiet ta' pajjiżna u b'kemm hu nieqes il-compliment li jista' jitqies li hu meħtieġ biex il-Korp ikollu full compliment. Il-Ministru Abela qal li l-compliment approvat tal-Korp, bħalissa huwa ta' 2,237 filwaqt llum il-ġurnata, il-compliment attwali hu ta' 2,158. Huwa qal li biex ikun hemm il-full compliment, jonqos 79 persuna oħra li jridu jiġu reklutati, kif ukoll promossi fid-diversi gradi fejn hemm in-nieqes. Fi snin li għaddew il- compliment tal-Pulizija kien dejjem tħalla b'nuqqas. Għaldaqstant dan il-Gvern beda billi daħħal 113-il rekluta u sakemm il-compliment jiġi infurzat uża il-Police Constabulary u reinstatements ta' Pulizija b'esperjenza. Il-Ministru Abela qal li dan il- Gvern jemmen li hemm bżonn demm ġdid fil-Korp tal-Pulizija. L-ingaġġ tal-Pulizija waħdu iżda ma jista' qatt jikseb riżultati, jekk il-Pulizija ġodda ma jingħatawx taħriġ avvanzat u relevanti. L-istess Deputat Nazzjonalista, Ċensu Galea, staqsa wkoll lill- Ministru Carmelo Abela jekk matul is-sajf li ġej hux mistenni li jkun hemm Pulizija on patrol fl-inħawi taż-żoni turistiċi bħal San Pawl il-Baħar, San Ġiljan u Marsaxlokk. Il-Ministru Abela qal li bħalma sar fis-snin ta' qabel, anke matul ix-xhur tas-sajf li ġej, il-Pulizija se ssaħħaħ il-preżenza tagħha f 'lokalitajiet turistiċi u ta' villeġġatura. Mistoqsija oħra li saret u b'xi mod ukoll b'rabta mal-Pulizija, kienet mingħand id-Deputat Nazzjonalista Marthese Portelli li staqsiet lill-Ministru għat- Trasport u l-Infrastruttura, Joe Mizzi, kemm hawn vetturi fit-toroq Maltin bil-pjanċi tan- numru ta' barra minn Malta. Il-Ministru Joe Mizzi qal li vetturi rreġistrati f 'pajjiż ieħor u li jkunu ġejjin minn barra minn Malta jistgħu jintużaw fit-triq mingħajr restrizzjonijiet jew limitazzjonijiet preskritti b'regolamenti, temporanjament għal perjodu, konsekuttiv jew mod ieħor, li ma jkunx jaqbeż seba' xhur f 'perjodu ta' 12-il xahar minn persuna li jkollha r-residenza normali tagħha barra minn Malta. Fil-każ ta' residenti Maltin li jkollhom vettura b'numru tar-reġistrazzjoni ta' barra, iridu jirreġistraw din il-vettura fi żmien 30 ġurnata, u matul dan iż-żmien l-istess vettura ma tistax tinstaq fit-toroq. Fir-rigward ta' road side checks, Transport Malta permezz tas-sezzjoni ta' Infurzar tagħmel dawn ir-road side checks fuq numru ta' vetturi bi pjanċi barranin li jkunu qegħdin jinstaqu f 'Malta. Waqt dawn l-ispezzjonijiet jiġu vverifikati ċ-ċertifikat tar- Reġistrazzjoni kif ukoll il-polza tal-assigurazzjoni. Transport Malta hija mpenjata biex iżżid l-isforzi tagħha f 'dan il-qasam, anki permezz ta' kollaborazzjoni sħiħa mal-Pulizija, temm jgħid il-Ministru Mizzi. Malta membru fundatur tal- Bank Ażjatiku Tal-Investiment Fl-Infrastruttura MALTA ngħaqdet mal- Ġermanja, Franza, l-Italja, ir- Renju Unit, il-Lussemburgu, l-Iżvizzera u 30 pajjiż ieħor minn madwar id-dinja kollha bħala membru fundatur prospettiv tal-Bank Ażjatiku tal-Investiment fl- Infrastruttura (AIIB). Nhar il-Ħamis, 9 ta' April 2015, il- Ministeru tal-Finanzi taċ-Ċina ħabbar li l-applikazzjoni ta' Malta biex issir Stat membru mhux reġjonali fundatur kienet ġiet aċċettata. Huwa mistenni li dan il-bank multilaterali tal-iżvilupp, li l-azzjonist prinċipali tiegħu se jkun iċ-Ċina, jiġi stabbilit sa tmiem din is-sena b'kapital inizjali ta' $50 biljun. Is-sħubija fih, li tippermetti sa 25% parteċipazzjoni azzjonarja minn barra l-Ażja, se tagħlaq fil-15 ta' April. Il-membri fundaturi tal- AIIB se jkollhom il-jedd li jistabbilixxu r-regoli tal- bank, li se jipprovdi aċċess għall-finanzjament għal proġetti infrastrutturali fil- pajjiżi Ażjatiċi li qegħdin jiżviluppaw f 'oqsma bħat- trasport, l-enerġija, il-biedja, it-telekomunikazzjonijiet, u l-iżvilupp urban. Dan se jsir permezz ta' diversi miżuri ta' sostenn bħal self, investimenti azzjonarji, u garanziji. Fil-ġimgħat li ġejjin, Malta se tingħaqad mal-membri fundaturi prospettivi l-oħrajn biex tiddiskuti u tapprova l-Artikoli ta' Ftehim, li se jiffissaw ir-regoli tal-governanza u tal-obbligu ta' rendikont li se jirregolaw il-mod kif se jkun qed jaħdem il-bank. Il-Ministru tal-Finanzi, Edward Scicluna, qal: "Din is-sħubija tirrifletti l-ħidma tal-gvern Malti biex jibni rabtiet eqreb mas-suq Ażjatiku bħala parti mill-pjan tiegħu għal tkabbir ekonomiku." Kompla jgħid li s-sħubija ta' Malta fl-AIIB se tkompli ssaħħaħ il-ħbiberija u l-kooperazzjoni ta' Malta ma' pajjiżi Ażjatiċi, u partikolarment maċ-Ċina, li qed tmexxi 'il quddiem din l-inizjattiva, fejn"inservu ta' pajjiż li jibni l-pontijiet bejn iż- żewġ kontinenti."