Illum previous editions

illum 12 April 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/494413

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 35

30 illum Il-Ħadd 12 ta' April 2015 SPORTSillum Josann Attard Pulis ittejjeb l-aħjar ħin tagħha l-Unesco Cities Marathon ISEM Josann Attard Pulis qed isir sinonimu mat- tlielaq tat-42.195km. Din kienet ir-raba' esperjenza tagħha u bħas-sena li għaddiet, il-Unesco Cities Marathon tiġi xahar wara l-Maratona ta' Malta. Wara dak il-maltemp kollu li kellna fil-maratona ta' Frar kien importanti li Josann tara eżattament fejn waslet fil-preparazjoni tagħha. Bħal kull atleta tal- maratona, dawn it-tlielaq jagħtu ħjiel lilha flimkien mal-kowċ dwar x'progress sar jew jista' jsir mis-sena ta' qabel. Il-preparazjoni trid tkun mentali u emozzjonali wkoll barra fiżika. Għalkemm Josann ma tantx kellha xewqa li tieħu sehem f 'din f 'din it-tellieqa, kienet taf li din hija opportunità oħra li tiġri din id-distanza f 'inqas minn 3 sigħat. L-aħjar ħin tagħha kien dak ta' 3 sigħat u 19-il sekonda sena ilu. Fil-jumejn ta' qabel it- tellieqa t-temp ma kienx tajjeb u seta' jaffetwalha saħħitha. Imma għalkemm bdiet tinkwieta li se jiġrilha bħalma ġralha fil-Maratona ta' Malta, fl-aħħar it-temp ħareġ sabiħ. Il-kowċ tagħha baqa' jinsisti li tiġri bir-ritmu miftiehem minħabba li fil- Maratona ta' Malta kienet għafset iżed mill-pass li tiflaħ. Avolja id-dubju jibqa' jberren, finalment, ħasset li kien importanti li tobdi, għax kowċ ikun jaf lill-atleta minn perspettiva differenti u żgur li jkun irid ġid lill- atleta B'hekk, malajr sabet ruħha fil-bidu tat-tellieqa u kien importanti li tibqa' ffukata fuq il-pass ta' 5 kilometri kull 20 minuta. Fil-kilometri tal-bidu ħassitha vera komda tiġri bil-pass u kien ħsiebha biss li tiġri t-tellieqa tagħha. Għalkemm ma tatx kas il-pożizzjoni tagħha, il-kummentatur Taljan beda jsemmi isimha ta' spiss. Fil-bidu kienet ir-raba' mara u malajr sabet ruħha fit-tielet post. Meta waslet fil-25 kilometru, in-nies bdew jgħidulha "la terza femmina" imma għalkemm indunat bil-progess, moħħha kien biss fir-ritmu tal-ġirja. Mill-għajjat kollu tan- nies, kumment wieħed baqa' jidwi f 'moħħha - "sei fortissima". Dak il-ħin ftakret kemm irsistiet fit- taħriġ, għalhekk issa kien il-mument tagħha u ma kinitx se ċċedi allavolja l-għejja mal-muskoli kollha bdiet tagħmel tagħha. Mal-35 km bdiet se taqta' qalbha iżda ftit wara rat il-marka tad-39 kilometru u reġgħet żiedet fil-pass sakemm ftit wara spiċċat it-tellieqa. Kif indunat li naqqset il-ħin tagħha b'erba' minuti għal sagħtejn u 56 minuta, tgħidx kemm kienet sodisfatta, għalkemm kienet għajjiena. Josann spjegat ma' dan il-ġurnal li dan is-suċċess mhux tagħha biss, iżda ta' grupp li qiegħed warajha biex ikollha l-aħjar prestazzjoni possibli. Ma naqsitx issemmi fosthom lill-kowċ, is-Sur Mark Farrugia li ilu jmexxiha mill-bidu u għena temmen fit-talent tagħha, l-isponsor tagħha GARMIN, il-kumitat Malti tal-atletika, il-kumitat, l-atleti u l-kowċis tal-grupp STARMAX fosthom is-Sur Leonard Xuereb, xi kollegi tax-xogħol u l-qraba tagħha, partikolarment żewġha tal- paċenzja kbira. Kompliet tispjega li kien privileġġ għaliha li tiltaqa' ma' atleti oħra fosthom il-Kenjana Sarah Kerubo Kebaso li rebħet din it- tellieqa. Li hu żgur hu li din l-esperjenza se tkun qed tgħinha għall-preparazzjoni ta' tlielaq futuri. Josann Attard Pulis tippoża bil-medalja li rebħet f'Udine, fl-Italja Keith Galea jiddomina u jirbaħ id-'Dingli 10 miles' WARA prestazzjoni tajba fin-nofs maratona fejn kiseb is-sitt post overall u t-tielet Malti, iċ- champion ta' Malta tat-Triathlon, Duathlon u Aquathlon, Keith Galea, rebaħ id-Dingli 10 miles li ġiet organizzata minn St Patrick AC nhar id-19 ta' Marzu. Id-Dingli 10 miles hija waħda mill-iktar tlielaq importanti u iebsin fil-kalendarju tal-atletika Maltija. Galea mar fuq quddiem mill-bidu tat-tellieqa u beda jżomm pass tajjeb u kostanti. Tliet atleti biss irnexxielhom iżommu l-pass ma' Keith Galea biex b'hekk ġie ffurmat grupp ta' erbgħa li kien qiegħed fuq quddiem tat- tellieqa. Wara ħames mili, Galea attakka lir-rivali tiegħu. Dan l-attakk kien ta' sorpriża għall-avversarji tiegħu hekk kif kien għadu kmieni wisq biex iżid il- pass peress li kien fadal ħames mili oħra u t-tieni nofs tat-tellieqa kien kollu għat- telgħa. Għalkemm kien għadu kmieni wisq għall-attakk, Galea, beda jiġri b'saħħtu ħafna u beda jżomm dan il-pass kostanti ħafna. L-avversarji tiegħu ndunaw li Galea kien qed jiġri tajjeb u ppruvaw minn kollox biex inaqqsu d-distakk imma kien kollu ta' xejn. Galea rnexxielu jirbaħ waħda mill- aktar tlielaq importanti f 'ħin impressjonanti ta' 57.42. Fit- tieni post spiċċa Charles Cilia ta' Agones SFC f 'ħin ta' 58.05 u fit-tielet post spiċċa Charlton Debono ta' Athletix Gozo. Ikkuntattjat minn dan il- ġurnal, l-atleta tan-nazzjonal tat-triathlon u ta' Birkirkara St Joseph saħaq li jinsab veru kuntent b'din ir-rebħa għax ma kienx qed jistennieha u kien ġej minn training camp iebes ġewwa Għawdex il-ġimgħa ta' qabel. Beda jħossu b'saħħtu u kien kunfidenti. Galea kompla li m'għamilx l-iżball tas-soltu - dak li jżomm il-pass ta' ħaddieħor, iżda għażel li jiffoka fuqu nnifsu u jżomm il-pass tiegħu. Galea, qal li hu jħobb ħafna t-tlajja u rnexxielu jattakka fil-mument opportun biex kiseb din ir-rebħa vera sabiħa. Keith Galea li qiegħed fl-iskema tal-Flexi Training Scheme ntagħżel biex jirrapreżenta lil Malta fl- ewwel logħob tal-Ewropa li se jsiru ġewwa Baku, l-Ażerbajġan f 'Ġunju li ġej. Huwa xtaq jirringrazzja lill-isponsors tiegħu, Garmin Malta, BBB Bike Parts Malta, Jaycee Malta, Starbene 24.7, Mochika Outdoor Life u Challenge Malta Marathon, lill-klabb tiegħu Birkirkara St Joseph, lill-Malta Triathlon Federation, lill-Kunsill Malti għall-iSport (KMS) u lill- Kumitat Olimpiku Malti (MOC), tas-sapport kontinwu li jagħtuh. Keith Galea jifraħ wara li rebaħ it-tellieqa msejħa Dingli 10 miles

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 12 April 2015