Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/494413
Il-Ħadd 12 ta' April 2015 | illum 29 SPORTSillum "Dan it-tournament kien l-isbaħ esperjenza li qatt kelli l-logħba tal-isnooker " – Brian Cini JEKK kien hawn sportiv li għamel isem għall-pajjiżna f 'dawn l-aħħar jiem m'hemmx dubju li dan ma kien ħadd ħlief il-plejer tal-isnooker, iż-żagħżugħ Brian Cini li għad għandu biss 18-il sena iżda mir- riżultati li rnexxielu jikseb s'issa f 'dan l-isport ta x'jifhem li se jkun tabilħaqq wieħed mill- aqwa plejers tal-isnooker li qatt ipproduċa pajjiżna f 'dan l-isport li dejjem għamel unur u ġab suċċess partikolari lil pajjiżna speċjalment permezz ta' plejers mill-aqwa bħalma huma Tony Drago, Alex Borg u Duncan Bezzina. Brian Cini beda jittrenja dan l-isport fil-Każin ta' San Ġużepp f 'Ħaż-Żebbug iżda, minn hemm għamel passi ta' ġgant 'il quddiem fejn illum il-ġurnata jgħix Londra fejn qed jikkowċjah il-leġġenda Maltija f 'dan l-isport, Tony Drago. Huwa qed jaspira li fix-xhur li ġejjin jaqleb professjonali fejn kollox qed jindika li dan tabilħaqq se jkun qed isir realtà fil-futur mhux imbiegħed. Dan il-ġurnal iltaqa' ma' Brian Cini ftit ġimgħat qabel dan il-plejer iħalli xtutna biex ikompi l-karriera tiegħu tal-isnooker f 'Londra. Huwa tana dawn il-kummenti rigward il-parteċipazzjoni tiegħu fit-Tournament tat-Timijiet tal-isnooker li sar f 'pajjiżna ftit tal-jiem ilu fejn flimkien ma' Tony Drago wasal sal-finali, kif ukoll rigward kif qed iħares lejn il-futur tiegħu f 'dan l-isport. "Nista' ngħid b'wiċċi minn quddiem li dan it- tournament kien l-isbaħ esperjenza li qatt kelli fil-logħba tal-isnooker. Fil-bidu kont naqra nervuż minħabba li kienet l-ewwel darba li kont qed nilgħab quddiem il-kameras, kif ukoll quddiem pubbliku Malti daqshekk numeruż. Kelli iżjed pressjoni wkoll minħabba li qiegħed inqatta' ħafna żmien barra minn Malta, u nilgħab mal-aqwa plejers tad-dinja. Għalhekk iktar ma jgħaddi ż-żmien, in-nies iktar qed jistennew prestazzjonijiet tajbin mingħandi. Min-naħa tal- organizzaturi u l-MBSA nixtieq ngħidilhom grazzi kbira, għax fl-opinjoni tiegħi kien wieħed mill-isbaħ tournaments li qatt lgħabt fih. Nigu issa għall-esperjenza tiegħi f 'Londra fejn jien noqgħod f 'post jiemu Tooting ma' Malti, Spiru Mangion, filwaqt li Tony Drago joqgħod Balham, xi kwarta 'l bogħod minn xulxin. Tista' tgħid li sitt ijiem f 'ġimgħa jkunu rutina. Inqumu għall-ħabta tal- 10am, nieħdu kolazzjon tajjeb flimkien, u naslu l-klabb għall-ħabta ta' nofsinhar. Aħna nittrenjaw f 'Epsom fuq il-mejda ta' Jimmy White (6 darbiet finalist tal-Kampjonati Dinjija tal-isnooker). Kuljum nittrenjaw kważi bejn 4 u 5 sigħat, u nerġgħu naslu d-dar għall-ħabta tas-6pm / 7pm u noqogħdu d-dar naraw xi film jew xi sport u nieklu xi ħaġa. Imbagħad nieħdu ġurnata mistrieħ fil-ġimgħa, jew is- Sibt inkella l-Ħadd. It-tragward tiegħi din is-sena huwa dak li naqleb professjonali. F'Mejju li ġej għandi tournament kbir bl-isem ta' Q School, fejn fih minn madwar 100 player madwar id-dinja, 4 plejers jaqilbu profesjonali. B'hekk tista' tgħid trid tirbaħ bejn 4 u 5 logħbiet biex taqleb professjonali. Imbagħad hemm il-World Under 21s Championship f 'Lulju li ġej fir-Rumanija, fejn ir-rebbieħ ta' dan it-tournament ukoll jaqleb professjonali. Hemm ukoll il-European Men's Championship fi Praga, ir-Repubblika Ċeka, fejn ukoll ir-rebbieħ jaqleb professjonali. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas nixtieq nieħu din l-opportunità biex nirringrazzja minn qalbi lil dawk in-nies kollha li tawni s-sapport meħtieġ matul il- karriera tiegħi, speċjalment lil Spiru Mangion li noqgħod miegħu Londra, lil Tony Drago li jieħu ħsiebi u nittrenjaw flimkien, lill- familja tiegħi u lill-għarusa tiegħi, Kimberly. Nixtieq ngħid grazzi wkoll lil Fracht Malta u KSS Events tal- għajnuna tagħhom. Li kieku ma kinux dawn in-nies jien m'iniex qiegħed nilgħab illum," temm jgħid Brian Cini. Brian Cini fl-azzjoni fil-Polonja Filli f 'ħalq il-mewt, u filli jilħaq 100 logħba ma' Gudja United JEKK hemm ġurnata li l-plejer ta' 23 sena ta' Gudja United Peter Sammut se jibqa' jiftakar b'ittri tad- deheb matul il-karriera tiegħu fil-futbol m'hemmx dubju li din se tkun il- ġurnata tas-Sibt 4 ta' April fejn huwa laħaq it-tragward tal-100 logħba propju mat- tim li jirrapreżenta lir-raħal fejn jgħix - Gudja. Dan wasal fid-draw ta' mingħajr gowls kontra St Andrews, liema tragward ifisser ħafna għal Sammut mhux biss għax irnexxielu jilgħab bil-flokk tal-Gudjani għall-100 darba iżda wkoll għax irnexxielu jagħmel dan propju wara li ftit taż-żmein ilu kien involut f 'inċident tat-traffiku li seta' sfortunatament ħallih mejjet. Dan il-ġurnal iltaqa' ma' Peter Sammut fejn tana dawn il-kummenti rigward dak li għadda minnu tul dawn l-aħħar ħames staġuni ma' Gudja United. "Bażikament fl-istaġun 2010/2011 ġietni l-ħajra li nilgħab għar-raħal tiegħi, Gudja, u ċċaqlaqt b'self mingħand Hibernians għal ma' Gudja United fit-Tielet Diviżjoni. F'dik is-sena kont lgħabt 19-il partita u skurjajt 9 gowls fejn spiċċajna fit-3 post, 3 punti taħt tal-ewwel u konna promossi għat-Tieni Diviżjoni. Kien staġun ferm memorabbli għalija minħabba l-fatt li kienet l-ewwel promozzjoni ta' ħajti u l-ewwel promozzjoni mat- tim li jirrapreżenta r-raħal li ngħix fih. L-istaġun ta' wara, 2011/2012 erġajt iddeċidejt li nqatta' sena oħra mat-tim ta' Gudja United fejn komplejt nakkwista aktar esperjenza f 'diviżjonijiet ogħla u dik is-sena kontra kull mistenni ġejna promossi għall-Ewwel Diviżjoni wara xejn inqas minn 20 sena. Minn hawnhekk qatt ma ħarist lura fejn għadna nikkompetu f 'din id-diviżjoni sal-ġurnata tal-lum. Kienu 3 staġuni li għallmuni kemm m'għandekx għalxiex tieħu l-affarijiet b'ovvju, u li fil- karriera tal-futbol mhux se jiġik kollox ward u żahar. Wara staġun pożittiv fl- ewwel sena tagħna fl-Ewwel Diviżjoni, fit-tieni sena tagħna sfortunatament qabel beda l-istaġun kelli inċident tat-traffiku li seta' ġab fit- tmiem il-karriera tiegħi tal-futbol imma għall-grazzja t'Alla, ħallieni barra għal nofs staġun u fi Frar għelibt kull biża' u dħalt lura għall-futbol fejn lgħabt 12-il partita. Fatt ferm pożittiv u ta' kuraġġ f 'dan l-istaġun kien l-ewwel gowl li skurjajt fejn lanqas stajt nemmen li rnexxieli nagħmel dan, minħabba l-fatt li filli sa 6 xhur qabel lanqas flaħt nimxi u imbagħad kont qiegħed hemm narmi s-saħħa. Iżda kif jgħidu, wara l-maltemp jiġi l-bnazzi u wara dak l-istaġun naqra iebes, il-Bambin ippremjani bi staġun ferm pożittiv fejn apparti li konna wieħed mill- isfidanti li niġu promossi għall-Premier, ilħaqt it- tragward tal-100 logħba tiegħi mal-klabb ta' Gudja United. Ngħidlek id-dritt, meta nħares lura, kien tragward ferm sodisfaċenti għalija u biex inkun sinċier miegħek kienet logħba emozzjonali ħafna għalija għax meta tiftakar li stajt nitlef kollox fl-istaġun ta' qabel, u rnexxieli nasal s'hawn, inħossni grat ħafna. Esperjenzi bħal dawn lanqas temmen li tkun għaddejt minnhom u vera tapprezzahom aktar. Imma minn banda, vera ninsab sodisfatt minħabba l-fatt li l-ħajja taf ittik bis-sieq imma trid tkun int li tegħleb it-tumbati li ttik il-ħajja u kif jgħidu 'it ain't how hard you're hit, it's about how hard you can get hit and keep moving forward.' Rigward il-futur tiegħi ma' Gudja United, ma tantx nista ngħid, hekk kif matul is-sajf li ġej, se ninħall mill-kuntratt tiegħi minn magħhom, jiġifieri għad irridu naraw x'se jkun qed jiġri," temm jgħid Peter Sammut. Plejers ta' Gudja United jifirħu ma' Peter Sammut fl-okkażjoni tal-100 logħba tiegħu ma' Gudja United