Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/494413
Il-Ħadd 12 ta' April 2015 | illum 5 L-Għaren Sesswali ġewwa l-Familja u l-Iskola Konferenza dwar: Bis-Sehem ta' Evarist Bartolo Ministru Tal-Edukazzjoni Franklin Barbara Segretarju Generali MUT Claudette Buttigieg Shadow Minister PN Gabi Calleja Koordinatur MGRM Nicholas Briffa Sesswologu-trainee Nickie Vella de Fremeaux Avukat Reġistrazzjoni fuq www.hrconsulta.com jew email: info@hrconsulta.com Il-Hamis 23 ta' April Victoria Hotel Sliema 18:00 Hrs Dhul : €20 Parkeġġ u coffee break inkluż Ċentru tas-saħħa ta' eċċellenza flok grawnd tal-futbol mitluq QATT daqs bħal issa mhu qiegħed jissemma' n-naħa t'isfel ta' Malta b'referenza ma' proġetti kbar imħabbra mill-Gvern. Tnejn minn dawn il- proġetti huma relatati mas-saħħa fejn proprju ftit tal-ġranet ilu fil-fatt ġie mħabbar investiment privat li se jwassal għall-bini ta' sptar ġdid ġewwa Smart City. Dan l-investiment ġej mill-kumpanija ta' fama internazzjonali Johnson & Johnson b'kollaborazzjoni mal-Università La Sapienza, waħda mill-aktar universitajiet famużi fl- Italja. Dan l-investiment ta' €100 miljun se jissaraf ukoll f '500 impjieg ġdid fi Smart City. Proġett ieħor li kien isemma' fil-baġit li għadda u li issa qegħdin nerġgħu nisimgħu dwaru huwa dak tal-ground ta' Pace Grasso f 'Raħal Ġdid. Għal min mhux magħruf mal- akkwati, Pace Grasso huwa grawnd li fih madwar 40 tomna art. Għalkemm fi żminijiet mgħoddija kien wieħed mill-grounds li kienu jintuża, issa ilu għal snin twal f 'telqa u abbandun totali. Fil-baġit tħabbar li f 'dan il-ground se jsir proġett sħiħ bejn il-gvern u l-privat li fost affarijiet oħra se jinkludi ċentru tas-saħħa. Meta kkuntatjat biex jikkumenta, is-Segretarju Parlamentari għas-Saħħa Chris Fearne qal li dan iċ- ċentru se jkun qiegħed joffri sensiela sħiħa ta' servizzi u se jkollu numru ta' kliniċi speċjalizzati. "Se jkun hemm kliniċi għat-tabib tal-familja l-bażi tal-kura primarja, iżda mhux biss se jkun hemm ukoll diversi kliniċi speċjalizzati fosthom klinika għad-dijabete, għad- dimensja, anticoagulant clinic fejn isir it-test tal- warfarina, kif ukoll klinika tad-dentistrija." Fearne kompla jgħid "Aħna gvern li nemmnu li barra l-kura minnha nnifisha li hija kruċjali fil-qasam tas- saħħa, nemmnu li ma rridux ninsew il-prevenzjoni. Nafu li ċertu mard u kundizzjonijiet li għandna madwarna jkunu ġejjin minħabba deċiżjonijiet ħżiena li nieħdu matul ħajjitna fosthom l-għażla ta' dak li nieklu jew in-nuqqas ta' eżerċizzju, għaldaqstant f 'dan iċ-ċentru tas-saħħa se jkun hemm ukoll lifestyle clinic." Is-Segrertarju Parlamentari qal li dan iċ-ċentru fil- qalba ta' Raħal Ġdid se jkun qiegħed joffri wkoll servizi fl-oftamoloġija, fiżjoterapija u rijabilitazzjoni, u servizzi ta' speech u language pathology. "Se jkun ċentru li minnu noffru wkoll servizzi ta' emerġenza u se jkun hemm ukoll teatru tal-operazzjonijiet għal operazzjonijiet minuri u servizz ta' ambulanza." Chris Fearne temm jgħid li s-saħħa primarja hija kruċjali meta nitkellmu fuq is-settur tas-saħħa. "Għal snin sħaħ, aministrazzjonijiet preċedenti ffukkaw fuq il- kura fl-isptarijiet, li huwa tajjeb imma ma tistax tieqaf hemm. Trid tagħmilhom it-tnejn u huwa dak li qegħdin nagħmlu aħna. Fix- Schrieber se nibnu ċentru li se jwassal biex ħafna persuni min-naħa t'isfel ta' Malta lanqas ikollhom għalfejn jersqu lejn Mater Dei għax diversi servizzi jibdew ikunu offruti minn dan iċ-ċentru. Se niftħu wkoll ċentru tas-saħħa ġdid f 'Ħal Kirkop, li wkoll se jkun qiegħed joffri diversi servizzi għan-nies ta' dawk l-inħawi li qabel lanqas kellhom ċentru tas-saħħa." Chris Fearne saħaq fuq kemm hemm bżonn li mmorru pass oltre fis-saħħa