Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/494413
Il-Ħadd 12 ta' April 2015 | illum 21 Editorjal ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IRRIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Imejl: illum@mediatoday.com.mt F orsi wieħed mill-aktar jiem mistennija mill- elettorat qabel kull tip ta' elezzjoni jew referendum huwa propjament dak il-jum li h, bħal donnu t-talb ta' kulħadd isir realtà u tieqaf ħesrem il-propaganda biex tivvota hekk, ma tivvotax hekk, tivvota lil dak u lill-oħrajn le – il-Jum tar-Riessjoni. Dan huwa jum, mitqies anke xi it imbierek minn uħud, fejn h kulħadd jikkontempla fuq dak li kien ibbumbardjat bih għal xhur sħaħ, biex l-għada jmur jixħet dak il-vot, u b'hekk ikun jista' jitniehed u jgħid li dmiru "ħelsu" u li issa jista' joqgħod bi kwietu. Bi kwietu nsomma, sakemm jgħaddu l-enneżimu programm ta' dibattitu li fih it-tellief jagħmilha tat-tifel iż-żgħir li għax ma rebaħx hu, ikisser il-logħba. Imbagħad x'jiġri? Jiġri li fil-Gżejjer Maltin jaqa' silenzju, kważi kważi anke ftit imbarazzanti – għax issa fuqxiex se titkellem in-nies? L-aħbarijiet biex ser jintlew? Il-Jum tar- Riflessjoni forsi huwa sinjal ċar ħafna ta' kemm in-nies tfittex li ma tisma' xejn dwar il-politika – imma kemm mingħajrha jaqa' l-istess silenzju ta' wara li jkun għadda l-marċ u kulma fadal xi erba' fanatiċi jagħtu fil-vojt. Dan jista' joħloq sitwazzjoni li ta' min wieħed jaħseb fuqha – kemm dak li jiddominalna pajjiżna, li dejjem sawwar kważi kull deċiżjoni li ttieħdet f 'dan il-pajjiż hija l-istess ħaġa li l-istess nies ifittxu li jgħaddu ftit mingħajrha – sakemm forsi jindunaw li mingħajrha ma jkun fadal kważi xejn f 'dan il- pajjiż. U n-nies fil-Jum tar-Riflessjoni fuqiex jirriflettu? Id-deċiżjoni diffiċli li ssir lejliet – min verament irid jivvota jkun ilu li għamilha d-deċiżjoni – anke jekk forsi ma tkunx l-aktar waħda informata. Jista' jkun li f 'dan il-jum, bosta jaħsbu fuq kemm dejjaqhom kulħadd u jaħsbu li l-messaġġ tagħhom jistgħu jibgħatuh billi ma jmorrux jivvutaw – għax l-apatija fl-istorja dejjem rebħet fuq min minn rajh iddeċieda li jagħmel xi ħaġa biex ibiddel l-istatus quo. Mhux hekk! Il- messaġġ aħjar jintbagħat billi fil-Jum tar-Riflessjoni naħsbu ftit fuq kif nistgħu nbiddlu kif inħarsu lejn il-politika – li forsi ma nibqgħux inħarsu lejha bħala xi ħaġa li tgħaddilna l-ħin – forsi nistgħu ngħidulha passatemp ukoll – għax issa saret moda li kollox ngħidulu passatemp. Neqirdu għax dejqitna – imma mingħajrha ma noqgħodux; mhux aħjar kieku naraw xi jdejjaqna u nipprovaw inbiddluh? Mhux aħjar kieku kulħadd jinvolvi ruħu xi ftit iżjed f 'dak li teknikament hija l-għan tal-politika – li mmexxu l-pajjiż 'il quddiem. L-involviment ma jarax lil kulħadd politiku? – l-involviment jara li kulħadd konxju ta' xi rwol importanti għandha l-politika fil-ħajja ta' kulħadd – imma x'importanza għandu jkun hemm għal affarijiet oħra fl-istess pajjiż. L-involviment jara l-artisti, il-pitturi, kittieba, mużiċisti – joħolqu atmosfera li poplu li forsi għandu jitgħallem japprezza l-kultura daqs il-politika – imqar ftit inqas. Il-kittieb Anton Chekov kien qal li l-irwol tal-artist huwa li jistaqsi l-mistoqsijiet, u mhux li jweġibhom. Il-politiċi jwieġbu, jew tal-anqas iduru mal-mistoqsijiet. Kulma qed jistennew huma mistoqsijiet – li wasal iż-żmien li jibdew isiru minn min fela sew dak li qed jingħatalu bl-imgħarrfa – u ma rax biss x'kulur kienet is- sustanza qabel qabad u bela' kollox. Fil-Jum tar-Riflessjoni fuqiex nirriflettu?