Illum previous editions

illum 12 April 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/494413

Contents of this Issue

Navigation

Page 24 of 35

Il-Ħadd 12 ta' April 2015 | illum 25 Bond's jieħdu l-isem tad-ditta Colombini Casa @ Bond's ITTIŻJIN ta' ġewwa tad- dar mhux limitat biss għall- kuluri tal-ħitan u l-purtieri. Dan għandu jkopri wkoll oġġetti bħal għamara, l-istil tagħha, il-kuluri, id-disinn u ħafna affarijiet oħra. Fir-verità, l-għamara tħoll u torbot dak li int tixtieq tesprimi bl-istil li tati lid-dar tiegħek. Għalhekk għal dawn l-aħħar 10 snin, Bond's ta' Notabile Road, Attard irrappreżentaw lil Colombini Casa, ditta Ewropea tal-manifattura tal-għamara b'turnover ta' madwar €1,000,000 kuljum. Iż-żewġ kumpaniji issa saħħew ir-relazzjoni tagħhom u Bond's, formalment, issa se jkunu magħrufin bħala Colombini Casa @ Bond's. Biex jiċċelebraw din l-amalgamazzjoni, is- sidien ta' Bond's stiednu lir-rappreżentanti Taljani għat-tnedija tax-showroom tagħhom f 'Ħ'Attard. José Herrera, is-Segretarju Parlamentari għall- Kompetittività u t-Tkabbir tal-Ekonomija, kien preżenti għal din l-okkażjoni u faħħar l-impenn pożittiv li l-familja Aquilina qed tagħmel biex tkabbar in-negozju tagħha. Is-Sur Lee Aquilina, rappreżentant ta' Bond's, spjega l-viżjoni tal- kumpanija għall-futur u l-affiljazzjoni ma' Colombini Casa għal dawn l-aħħar snin. "Illum hawn madwar 80 showroom ta' Colombini Casa li jinsabu f 'ibliet ewlenin fl-Ewropa u f 'numru ta' bliet oħra madwar il-kontinenti fid- dinja. Ma setax jonqos li Bond's isiru wkoll parti minn din il-katina. Aħna kburin li naħdmu mill-qrib ma' waħda mit-tliet manifatturi ikbar fl- Ewropa," qal is-Sur Aquilina. Ix-showroom, li hi kbira 1,200 metru kwadru, mifruxa fuq tliet sulari, hi waħda mill-akbar showrooms ta' Colombini Casa fid-dinja u tkopri l-kollezzjoni kollha tal- għamara Colombini Casa. Din tinkludi master bedrooms, kmamar għat- tfal, kċejjen moderni u klassiċi, sufani u uffiċji. Colombini Casa @ Bond's se tkun dedikata biss għal din il-kollezzjoni u l-għamara loħra kollha ttieħdet fix- Showroom Choices fi Gwardamangia. Colombini Casa @ Bond's se tkompli toffri l-istess servizz u distribuzzjoni fil-ħin li għalihom ilhom magħrufin Bond's. Ix- showroom tkun miftuħa mit-Tnejn sal-Ġimgħa mid-9.00am san12.30pm u mis-14.30pm sas-18.30pm u s-Sibt mid- 9.00am san- 12.30pm. Vodafone Malta tħabbar bidliet fl-iskema tal-maternità VODAFONE Malta ħabbret aktar biddliet fl-iskema tal- maternità f 'konformità mal- impenn tagħha li tipprovdi l-aqwa bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata tal-impjegati tagħha. M'ilux il-kumpanija introduċiet skema ġdida li tati l-opportunità lill- impjegati li jidħlu lura x-xogħol wara l-leave tal- maternità li jaħdmu anqas sigħat, iġifieri tletin siegħa fil-ġimgħa għal sena u bl- ewwel sitt xhur jitħalsu l-paga kollha. Il-leave tal-ġenituri żdied ukoll minn erbat ijiem għal ħamest ijiem. Dawn il-bidliet ikomplu jinfurzaw l-iskemi stabbiliti ta' Vodafone Malta favur il- promozzjoni ta' ħajja pożittiva u aktar bilanċjata għall- impjegati kollha. Infatti diġà toffri lill-impjegati sbatax-il ġimgħa leave tal-maternità b'paga sħiħa, tliet ġimgħat aktar mill-14 il-ġimgħa stipulati bil-liġi, flimkien ma' erba' ġimgħat oħra ta' leave mhux imħallas li jkun imħallas mis-Sigurtà Soċjali b'rata mnaqqsa. Minbarra dan, Vodafone Malta għandha wkoll sistema stabbilità ta' xogħol flessibli u tagħti l-opportunità lill- impjegati jaħdmu mid-dar jew f 'ħinijiet differenti meta hu possibli. KARRIERA U MHUX SEMPLIĊI MPJIEG IL-MITA TIPPROVDI AKTAR MINN SEMPLIĊI MPJIEG. IL-MITA HIJA L-AKBAR ENTITÀ TAL-ICT F'MALTA B'TIM PROFESSJONALI TA' AKTAR MINN 330 IMPJEGAT. AĦNA NINVESTU FIK BIEX TILĦAQ IL-POTENZJAL PROFESSJONALI TIEGĦEK U NASSIGURAW LI L-IMPJIEG TIEGĦEK MAL-MITA JIŻVILUPPA F'KARRIERA LI TTIK SODISFAZZJON. JEKK QIEGĦED/A TFITTEX KARRIERA U MHUX SEMPLIĊI IMPJIEG, IRRIDU NISIMGĦU MINN GĦANDEK. SOFTWARE DEVELOPER PERMESS TAL-ETC: 14/2015 Il-kandidati magħżula ser ikunu qed jaħdmu f 'ambjent ta' xogħol dinamiku ukat fuq li jbiddel l-operat ħdan il-Gvern permezz ta' soluzzjonijiet tekniċi tal-aqwa kwalita. Għaldaqstant, il-kandidati ser ikunu esposti għal sezzjonijiet dierenti -operat tal-Gvern u permezz ta' dan se jiżviluppaw jew jimplimentaw/jappoġjaw soluzzjonijiet li jittrasformaw il-mod ta' kif jopera il-Gvern għall-beneċċju taċ-ċittadini. Il-kandidati magħżula jrid ikollhom wieħed minn dawn is-settijiet ta' kwaliċi u/jew esperjenzi meħtieġa: i) Grad akkademiku relatat mal-ICT (livell tal-MQF ta' 6 jew ogħla), f 'liema każ esperjenza preċedenti mhijiex neċessarja; JEW ii) Diploma relatata mal-ICT (livell tal-MQF ta' 5) imkien ma' sena esperjenza ta' xogħol f 'qasam relatat; JEW iii) Diploma relatata mal-ICT (livell tal-MQF ta' 4) imkien ma' sentejn esperjenza f 'software development; JEW iv) tlett snin esperjenza f 'software development. Preferenza tingħata lil kandidati li għandhom ġabra ta' ħiliet kurrenti -ICT, li jinkludu business analysis jew immudellar intraprenditorjali, għaren ta' mudelli ta' disinn, kif ukoll l-abbiltà li jiżviluppaw u jimplimentaw jew isostnu soluzzjonijiet permezz tal-aktar teknoloġiji avvanzati. Il-kandidati huma mitluba li jissottomettu ċertikat ekwivalenti għal MQF għal kwalsiasi Diploma jew Degree li mhux imnilzha d-database tal-NCFHE. Għal aktar dettalji żur: www.mita.gov.mt/careers Ibgħat CV dettaljat, imkien ma' ittra sa mhux aktar tard mill-Erbgħa, 22 ta' April 2015 fuq: careers.mita@gov.mt, Human Resources Manager, Malta Information Technology Agency, Gattard House, Triq Nazzjonali, Blata l-Bajda ĦMR 9010 Il-MITA tapplika l-prinċipju ta' opportunitajiet ugwali għal kulħadd WWaqt it-tnedija tax-showroom f'Ħ'Attard - fejn kien preżenti wkoll is-Segretarju Parlamentari Josè Herrera ied il-Mielaħ Vodafone żżid mal-iskemi biex tgħin lin-nisa wara l-leave tal-maternitàil

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 12 April 2015