Illum previous editions

illum 12 April 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/494413

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 35

€1.00 Nr 443 • 12 ta' April 2015 www.illum.com.mt NEWSPAPER POST Republic Street, Valletta next to the Courts MATUL il-jum tal-bieraħ il-poplu Malti u Għawdxi kien imsejjaħ biex jivvota fir- referendum dwar jekk Malta għandiex iżżomm il-kaċċa fl-istaġun tar-rebbiegħa. Ma dawn kien hemm ukoll 34 lokalità li fihom saru l-elezzjonijiet biex ikunu eletti r-rappreżentati fil-Kunsilli Lokali rispettivi. L-ewwel indikazzjonijiet kienu juru biċ-ċar li l-kaċċaturi ħarġu jivvutaw bi ħġarhom. Il-votazzjoni fetħet fis-7am u ntemmet fl-10pm. Kollox jidher li mexa ħarir għajr għal xi kummenti fejn tqassmu xi fuljetti ta' kandidati relatati mal-elezzjoni tal-kunsilli lokali u kif ukoll kien kemm xi lmenti minn xi nies li kienu avviċinati qabel ma' daħlu fil-post tal-votazzjoni dwar kif għandom jivvutaw fir-referendum. Kien hemm ukoll xi assistenti kummissjonarji li ġew mibdula f 'Għawdex u xi ġlied ħafif f 'Raħal Ġdid li kien ikkontrollat fi ftit ħin. Intant, statistika maħruġa mill-Kumissjoni Elettorali uriet li sal-ħin tas-2pm kienu vvutaw b'kollox medja ta 34%. B'kollox 94% ta' dawk kollha li kienu eliġibbli biex jivvutaw f 'dan ir-referendum ġabru l-vot tagħhom sal-Ħamis f 'nofs il-lejl. Il-President ta' Malta Marie Louise Coliero Preca flimkien ma' żewġha Edgar ivvutaw fid-9.30am f 'Ħal Balzan. Il- Prim Ministru Joseph Muscat flimkien martu Michelle ivvutaw f 'Burmarrad fil- 11am filwaqt li l-Kap tal- Opożizzjoni Simon Busuttil, akkumpanjat minn ibnu Greg ivvutaw f 'Ħal Lija ftit wara 12.30pm. Il-kampanjatriċi tax-SHout Moira Delia ivvutat f 'San Ġiljan fl-10am. L-Għadd tal-voti tar- referendum mistenni jibda dalgħodu ftit wara d-9am u hu mifhum li malli jingħaddu l-ewwel tlett kampjuni għandu jkun hemm indikazzjoni ċara ta' fejn hu sejjer ir-riżultat. Il- voti tal-elezzjoni tal-Kunsilli Lokali se jingħaddu s-Sibt 18 t'April. Referendum Kaċċa fir-Rebbiegħa . . . Eddie Fenech Adami ma kellux fiduċja fit-tobba fil-kabinett – Joe Psaila Savona INTERVISTA PAĠNI 1415 Total 24179 2012 68% 24721 1554 69% 26011 1659 68% 24489 1260 74% 26962 963 81% 25505 883 81% 26754 1069 76% 25944 1397 72% 25546 1932 71% 24969 2151 70% 27747 1067 80% 27320 3433 69% 28299 1557 81% 338446 20937 24179 2012 68% Distrett Votanti Reġistrati Voti mhux miġbura Ivvutaw 75% Ara wkoll paġna 3 Joħorġu jivvutaw 75% Kaċċaturi ħarġu jivvutaw bi ħġarhom 1 2 3 4 5 6 7 8 9 10 11 12 13

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 12 April 2015