Illum previous editions

illum 17 May 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/513063

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 35

PULIZIJA li tkellmu mal-ILLUM qalu li hu impossibli li Giovanna Debono ma kinitx taf bl-azzjonijiet ta' żewġha li ġie mressaq il-Qorti wara storja xokkanti li tiżvela korruzzjoni kbira li dehret fil-gazzetta oħt, MaltaToday f 'Marzu li għadda. Il-Pulizija qalu li jekk irid, il-kummissarju jista' faċilment iressaq lil Giovanna Debono għax il- liġi tippermettih. Ir-raġel ta' Giovanna, Tony Debono li kien works manager fl-istess ministeru tal-mara tiegħu, kien jirranġa biex isiru xogħlijiet għal kostitwenti Għawdxin minn kuntratturi privati u li dawn kienu jitħallsu minn fondi għal proġetti tal- Gvern. Ix-xogħolijiet saru anke fil-ġurnata tal-elezzjoni. Giovanna Debono, li rrifjutajt li tirriżenja minn deputat, kienet ilha tissemma' minn żmien Fenech Adami u Lawrence Gonzi li kienet allegatment ħolqot sistema ta' nepotiżmu sfrenat. Kien is-segretarju permanenti Frank Psaila li kien wissa' lill-Prim Ministru Lawrence Gonzi dwar abbużi, iżda l-istess Psaila kien ġie infurmat li l-kuntratt tiegħu ma kienx ser jiġi estiż. Fost l-affarijiet li kien qal Psaila, kien li l-Ministru kienet tassisti biex persuni jiġi appuntati f 'karigi li ma kinux bżonnjużi jew fejn ma kienx hemm xogħol. Intant, il-Partit Nazzjonalista wara li rriżenjat Giovanna Debono faħħar u irringrazzja lill-eks Ministru Għawdxija għal dak kollu li għamlet għal Għawdex! €1.00 www.illum.com.mt NEWSPAPER POST hamiltontravel.com.mt MSC MUSICA Gruppi bejn LULJU & SETTEMBRU 2015 MSC POESIA INŻURU Venice - Bari - Katakolon - Izmir - Istanbul - Dubrovnik Gruppi bejn LULJU & SETTEMBRU 2015 INŻURU Venice - Bari - Katakolon - Santorini - Piraeus - Corfu - Kotor BAQA' BISS FTIT KABINI BI PREZZIJIET FANTASTIĊI! CRUISE TAL-GŻEJJER GRIEGI FUQ CRUISE FIL-MEDITERRAN (EAST) FUQ Nr 448 • 17 ta' Mejju 2015 Impossibli li Giovanna Debono ma kinitx taf bl-azzjonijiet ta' żewġha - Il-Pulizija Mgħaddba għall-MEA li tkellmu kontra l-għażla ta' Żonqor Point Giovanna Debono kienet dejjem appoġġjata minn Lawrence Gonzi (inset) Tony Debono Giovanna rrifjutajt li tirriżenja minn deputat, kienet ilha tissemma' minn żmien Fenech Adami u Lawrence Gonzi li kienet allegatment ħolqot sistema ta' nepotiżmu sfrenat. Kien is-segretarju żewġha - Il-Pulizija Membri tal-Assoċjażjoni ta' Min Iħaddem jitolbu għal laqgħa urġenti WARA li l-l-Awtorità Maltija ta' Min Iħaddem (MEA) ħargu jikkritikaw l-għażla ta' Żonqor Point bħala proposta ta' sit għall- Università Amerikana numru mdaqqas ta' membri tal-MEA ilmentaw li ma kinux konsultati wara din l-istqarrija, u li ma jaqblux ma dak li intqal. Tant hu hekk li membri talbu għal laqgħa biex jaraw għalfejn ħarġet din l-istqarrija. Membru attiv fl-MEA qal li kieku Joe Farrugia, il-kap eżekuttiv tal-MEA, kien magħruf bħala wieħed li jitkellem hekk kull meta jkun hemm żvilupp barra minn żoni ta' żvilupp kieku ma kienx ikun bżonn li nitolbu għal laqgħa. "Kieku Farrugia jitkellem kull darba li jkun hemm żvilupp propost li mhux skedat għall- iżvilupp, kieku jibda jkollu problema ma' ħafna mill- membri tiegħu. Aħjar iżomm mal-għanijiet tal-MEA. L-istess linja ta' kritika seħħet mill-Kamra tal-Kummerċ li issa taħt tmexxija differenti jiġifieri ta' Anton Borg li riċentament ġie elett president tal-Kamra tal-Kummerċ. Qabel Borg kien hemm David Curmi. Il-MEPA skwalifikat lilha nnifisha milli tkun awtorità indipendenti – Simon Busuttil ILKAP tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil ikkritika bl-aħrax l-Awtorità tal- Ambjent u l-Ippjanar talli pproponiet l-iżvilupp tal-Università Amerikana f 'żona barra l-iżvilupp. Busuttil, li kien qed jitkellem waqt laqgħa ma' numru ta' Għaqdiet Ambjentali, qal li jinsab ferm iddizappuntat bil-MEPA. "Ir- rwol tal-MEPA hu li tħares u tipproteġi l-ambjent u mhux li tkun hi stess li tipproponi l-bini f 'żoni meqjusa bħala ODZ – barra l-iżvilupp. B'dan l-atteġġjament, il-MEPA skwalifikat lilha nnifisha milli tkun awtorità indipendenti." Il-Kap tal-Oppożizzjoni staqsa jekk id-90,000 metru kwadru ta' art hux se tkun qed tiġi regalata lill-Ġordaniżi u jekk din fil-verità hux se tkun qed tintuża għal skopijiet edukattivi meta issa jidher ċar li din mhux se tkun università amerikana. "Għalkemm aħna favur kull investiment fl-edukazzjoni, din l-università għandha tinbena post ieħor fejn ma ssir ebda ħsara lill-ambjent." Kellhom imutu eluf ta' immigranti qabel ma l-Unjoni Ewropea ndunat li l-ħajja tan-nies tiswa' ħafna iktar mill-flus –Carmelo Abela PAĠNA 16

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 17 May 2015