Illum previous editions

illum 17 May 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/513063

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 35

Il-Ħadd 17 ta' Mejju 2015 | illum 13 Jekk tara xi ħaġa interessanti ibgħatuhieli. Jekk tara lil xi ħadd interessanti ibgħatli ritratt bil- mowbajl. Ibgħat lil illum@mediatoday.com.mt Il-poodle isejjaħ … tal-ħin nagħmillu intervista qasira fejn bdejtlu billi tlabtu jgħidli x'inhi d-differenza bejn il-Parlament Ewropew u dak Malti, "F'dan il- parlament l-ewwel jippruvaw il-kompromess, kulħadd imissu biċċa għax hekk huwa magħmul dan il-parlament. F'Malta bil-maqlub - il- maġġoranza tiddeċiedi fuq il-minoranza. Hawn nitkellmu ħafna u ma tantx naħdmu. Għax dan hu parlament li m'għandux poteri speċjalment dwar budgets u fondi. Il- Parlament ikun irid iżid il- fondi iżda l-ministri tal-pajjiżi ma jridux. Dan mhux bħal parlament tal-pajjiż, fejn ikun il-parlament li jkollu l-Istat li jgħaddilu l-budget." Ħafna jqisu lil Alfred Sant li hu ewroxettiku, "X'inhu ewroxettiku?" staqsieni, "Jien ewro-realista. Jien ma naqbilx li l-Ewropa tista' ssir l-Istati Uniti tal-Ewropa, Ewropa tan-Nazzjonijiet, fejn ikollok politiki 'one size fits all'. Dak li jgħodd għall-Ġermanja ma jgħoddx għal Malta. Per eżempju l-Ingliżi jaqblu mas- Suq Waħdieni. Jien anke hawn ma naqbilx. Hemm bżonn Unjoni Bankarja fejn kulħadd ikollu l-konvinzjoni tiegħu." Mistoqsi jekk jaħsibx li Malta qed tieħu biżżejjed mill-Ewropa, Sant wieġeb li kien hemm żmien li ħadet inqas milli tat u ieħor li ħadet iżjed milli tat, "iżda Malta għandha defiċit fejn tidħol immigrazzjoni, biedja, sajd u anke Għawdex. Għawdex ma ħax biżżejjed għax mhux meqjus reġjun għalih u mhux se jitqies hekk mill-Ewropa." Iżda lil Alfred Sant x'jinkwetah mill-Ewropa? "Li dħalna f 'sistema ta' kompettitività li qed tnaqqar il-qafas soċjali. Is-sistema qegħda li biex insibu postna, irridu naqtgħu mill-għajnuna soċjali u dan lili jinkwetani." Darba fix-xahar il-Parlament Ewropew jiltaqa' fi Strassburgu – u b'hekk stajt nara, barra kull-uffiċċju, kaxxi kbar biex ikunu jistgħu jpoġġu dak kollu li għandhom jieħdu magħhom. Il-vjaġġ minn Brussell għal Strasburgu jdejjaq mhux biss lil ħaddiema li jaħdmu Brussell, li tismagħhom kollha jilmentaw għal dan l-iskariġġ, iżda anke lil Membri Parlamentari stess. Alfred Sant wieħed minnhom, li qalli li l-belt ta' Strasburgu kienet intagħżlet meta l-membri kienu sitta, fosthom il-Ġermanja u Franza u għamlu l-Parlament Strasburgu għax din il-belt matul l-istorja tagħha kienet ġieli meqjusa Ġermaniża u ġieli Franċiża. Il-membri l-oħra, ħlief l-Italja, kienu viċin. "Iżda issa ma tagħmilx sens – speċjalment minħabba li din il-belt mhix konnessa tajba. Il-Parlamentari kollha vvutajna biex ma jibqgħux isiru sessjonijiet hemm iżda l-parlament mhux sovran u ma jistax ineħħi dak li ġie ffirmat fit-trattat meta ingħaqdet l-Ewropa." Fil-fatt ħafna mill-Membri Parlamentari u l-assistenti tagħhom iridu jivjaġġaw sigħat sħaħ bit-tren jew karozzi biex jaslu s'hemm għaliex ajruport fi Strasburgu m'hemmx. Kien sar il-ħin għal-laqgħa tal-Grupp Parlametari Soċjalista, b'temi interessanti bħall-Immigrazzjoni u l-elezzjoni tal-Ingilterra. Hawn Daniel Buhagiar kiteb lil KPA tal-media soċjalista biex tħallini nidħol għal din is-sessjoni, iżda qaltlu li kulma stajt nagħmel nidħol niġbed ritratt u noħroġ, għax dik kienet ir-regola. Sellimt lil Alfred Sant fejn meta staqsejtu jekk jinkwetahx il-fatt li l-Konservattivi rebħu l-Ingilterra u jekk jarax lill- Ingliżi joħorġu mill-Ewropa. Huwa qalli li "fil-politika titgħallem ma tinkwieta b'xejn. Iżda ninsab ċert li l-Ingliżi joħorġu mill-Ewropa. Nammetti li mhux tajjeb għall-Ewropa għax l-Ewropa għandha bżonn l-Ingilterra." Staqsejtu jekk jarax xi tip ta' effett tad-domino fiha, jiġifieri li warajhom jkun hemm oħrajn li jagħżlu li joħorġu. Sant kemmex ftit ħalqu u qalli li ma jaħsibx, għalkemm semmieli li l-Iżvezja ma jidhrux kuntenti bħala membri Ewropej." Ħadna b'idejn xulxin, ritratt tal-okkażżjoni u qabel telaq qalli "fil-laqgħa ta' issa se niddiskutu l-evażjoni tat-taxxa li tista' taffettwa lil Malta." Irringrazzjajtu tal-esperjenza li offrieli u ħallejtu jmur għal-laqgħa li kellha twasslu sas-7.30pm, filwaqt li billi kienu saru s-6pm tlaqt bil- kwiet lejn il-lukanda tiegħi ftit aktar għaref milli ħriġt minnha, akkumpanjat minn persuna mill-aktar fabbli, l-gwida personali tiegħu u l-assistent ta' Alfred Sant, Daniel Buhagiar. F'dan il-parlament l-ewwel nipprovaw nilħqu kompromess, kulħadd imissu biċċa għax hekk huwa magħmul il-parlament Tridu l-elmu? Kemm intom ħelwin. Issa importanti li tibqgħu hekk ħa nispikka fostkom għax ma tantx inħobb nidher. Le ta, jien ma tantx nieħu deċiżjonijiet u għalhekk m'għandix ċans niżloq! Ara vera ġabitni qisni pastizz il-mara li għandi. Kieku nista' din il-qasrija npoġġiha fuq ras Joseph! Prosit kap! prosit kap! Kompli għaffeġ forsi xi darba noħodlok postok.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 17 May 2015