Illum previous editions

illum 17 May 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/513063

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 35

28 illum Il-Ħadd 17 ta' Mejju 2015 SPORTSillum KLASSIFIKA KAMPJONAT BARCLAYS PREMIER Tim L PTI Chelsea 36 84 Man City 36 73 Arsenal 35 70 Man United 36 68 Liverpool 37 62 Tottenham 37 61 Southampton 37 60 Swansea City 36 56 Stoke City 37 51 Everton 37 47 West Ham 37 47 Crystal Palace 37 45 West Brom 36 41 Leicester City 37 38 Aston Villa 37 38 Sunderland 36 37 Newcastle 37 36 Hull City 37 34 Burnley FC 37 30 QPR 37 30 RIŻULTATI Is-Sibt 16 ta' Mejju Southampton vs Aston Villa 6-1 Burnley vs Stoke City 0-0 QPR vs Newcastle United 2-1 Sunderland vs Leicester City 0-0 Tottenham H. vs Hull City 2-0 West Ham United vs Everton 1-2 Liverpool vs Crystal Palace 1-3 Fixtures Kampjonat Barclays Premier Il-Ħadd 17 ta' Mejju 14:30 Swansea City vs Man. City 17:00 Man. United vs Arsenal It-Tnejn 18 ta' Mejju 21:00 W.Bromwich Albion vs Chelsea Kampjonat Serie A TIM Is-Sibt 16 ta' Mejju Inter vs Juventus 1-2 Fixtures Kampjonat Serie A TIM Il-Ħadd 17 ta' Mejju 12:30 Sassuolo vs AC Milan 15:00 Atalanta vs Genoa 15:00 Cagliari vs Palermo 15:00 Hellas Verona vs Empoli 15:00 Torino vs ChievoVerona 20:45 Roma vs Udinese It-Tnejn 18 ta' Mejju 19:00 Fiorentina vs Parma 21:00 Napoli vs Cesena KLASSIFIKA KAMPJONAT SERIE A TIM Tim L PTI Juventus 36 83 Roma 35 64 Lazio 35 63 Napoli 35 60 Fiorentina 35 55 Sampdoria 35 54 Genoa 35 53 Inter Milan 36 52 Torino 35 48 Milan 35 46 Palermo 35 43 Chievo 35 42 Empoli 35 41 Udinese 35 41 Verona 35 41 Sassuolo 35 40 Atalanta 35 36 Cagliari 35 28 Cesena 35 24 Parma 35 17 Alvaro Morata jerġa' jkun fundamentali għal Juventus WARA li nhar l-Erbgħa li għadda, Alvaro Morata, spiċċa biex kien l-eroj assolut għal Juventus meta skorja l-gowl li ġab id-draw għal Juventus, u li tahom il-passaport għall-finali ta' Berlin, fejn se jkunu qed jaffrontaw lil Barcelona, ilbieraħ, l-istess attakkant żagħżugħ Spanjol, kien fundamentali għall- Bianconeri meta skorja l-gowl tar-rebħa għat-tim immxxi minn Massimiliano Allegri, eżattament fit-83 minuta, hekk kif Juventus għelbu lir-rivali kbar ta' Inter, bl-iskor ta' 2-1. Kienu n-Neroazzurri li fetħu l-iskor permezz ta' Mauro Icardi wara biss 9 minuti logħob, waqt li Claudio Marchisio ġab id-draw momentarju għall- Vecchia Signora, permezz ta' penalty fit-42 minuta. Southampton ġewwa darhom umiljaw lil Aston Villa meta għebuhom bl- iskor kbir ta' 6-1 bil-gowls għas-Saints jaslu minn hat-trick ta' Sadou Mane, f 'temp ta' tliet minuti biss, doppjetta ta' Shane Long, waqt li l-gowl l-ieħor wasal mill-plejer internazzjonali Taljan, Graziano Pelle, fil-81 minuta. Min-naħa l-oħra, l-gowl waħdieni għal Aston Villa fil-logħba wasal mill-plejer internazzjonali Belġjan, Christian Bentecke, fil-45 minuta. Tottenham Hotspur ġewwa darhom, f 'White Hart Lane għelbu lil Hull City, bl- iskor ta' 2-0, biż-żewġ gowls għalihom fil-logħba jaslu minn Nacer Chadli u Danny Rose, rispettivament. Queens Park Rangers ġewwa darhom għelbu lil Newcastle United bl-iskor ta' 2-1 bil-gowls għalihom fil- konfrint jaslu minn Matthew Phillips u Lerroy Fer, waqt li kienu l-Magpies li fetħu l-iskor fl-24 minuta permezz ta' Emmanuel Riviere. Everton, barra minn darhom għelbu lil West Ham United bl-iskor ta' 2-1, biż-żewġ gowls għalihom jaslu minn Leon Osman u Romelu Lukaku propju fid- 90 minuta, bil-gowl waħdieni għall-Hammers fil-logħba, jasal minn Stewart Downing fit-62 minuta. Iż-żewġ konfronti bejn Burnley u Stoke City u Sunderland u Leicester City, intemmew fi draw ta' mingħajr gowls. Intant, Liverpool, ġewwa darhom f 'Anfield, sofrew telfa ferm diżappuntanti ta' 3-1 kontra Crystal Palace, bil-gowl uniku għalihom fil-logħba jasal minn Adam Lallana fis-26 minuta. Intant, it-tliet gowls għal Crystal Palace waslu minn Jason Puncheon, Wilfried Zaha u Glenn Murray, b'dan tal-aħħar isib ix-xibka mir- rebound, wara li falla penalty. Alvaro Morata jiċċelebra flimkien ma' sħabu Angelo Ogbonna, Fernando Llorente u Leonardo Bonucci Envic Galea jattendi l-Konvenzjoni ta' SportAccord World Sport and Business Summit f 'Sochi BILWEGĦDA li jġibu d-dinjiet ta' sports differenti eqreb lejn xulxin, l-edizzjoni tal-Konvenzjoni SportAccord World Sport u Business Summit ta' din is-sena infeħet f 'Sochi, ir-Russja nhar il-Ħadd 19 ta' April. L-avveniment li dam ħamest ijiem ra mexxejja mid-dinja tal- isports, l-industrija sportiva u assoċjazzjonijiet sportivi mill-irkejjen kollha tad-dinja jikkonverġu fil-belt fuq il- Baħar l-Iswed. Bi kważi 3100 parteċipant irreġistrat, l-aħħar edizzjoni tal-Konvenzjoni SportAccord wessat l-ambitu tagħha biex tinkludi fil-parteċipanti min- negozju u media sportivi. Kien hemm aktar minn 52 delegazzjoni b'parteċipanti ġejjin minn 95 pajjiż din is- sena, li jirrappreżentaw żieda ta' aktar minn 50% fl-esebituri f 'dan l-avveniment annwali. Bħala Unjoni tal- Federazzjonijiet Internazzjonali, SportAccord hi mpenjata li tipprovdi servizzi multipli lill- federazzjonijiet membri kollha tagħha, b'hekk, tipprovdilhom valur miżjud, iktar servizzi u aktar għażliet għad-dispożizzjoni tagħhom. Wieħed minn dawn is- servizzi huwa l-Akkademja tal-SportAccord. Imnedija f 'Marzu 2015, l-Akkademja tal-SportAccord hija mmirata biex tipprovdi għall-isport edukazzjoni professjonali speċifikata fuq l-isport għad-dilettanti u l-professjonisti madwar id- dinja. L-Akkademja tniediet bis-"Certified Sports Pro" Massive Online Open Course (MOOC) li rnexxielu jattira reġistrazzjoni b'saħħitha minn aktar minn 150 pajjiż mil-5 kontinenti. Immexxi mill- akkademiku sportiv rinomat, Dave Arthur, il-kors muftuħ sa l-aħħar ta 'Mejju u jinkludi serje ta' lectures interattivi u sessjonijiet online. Malta kienet wieħed minn dawk il-150 pajjiż li pparteċipaw. 52 student bħalissa qiegħdin isegwu dan l-MOOC fil- Ġestjoni tal-Isport li qiegħed jiġi offrut b'xejn. Dawk li għandhom interess li jissieħbu jistgħu jirreġistraw fuq il-link: https://edu.sportaccord.com/ Envic Galea, Segretarju Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tal-Judo, President tal- Federazzjoni Maltija tal-Judo u Direttur tal- Akkademja tal- Federazzjoni Internazzjonali tal-Judo għen biex tiġi stabbilita l-Akkademja tal-iSportAccord flimkien mal-Professur Tibor Kozsla, Direttur tal-Akkademja tal- IsportAccord. Envic Galea attenda l-Konvenzjoni ta' SportAccord u kien parti mit-tim li mexxew il-kabina tal-Akkademja. Bosta mexxejja tal-isport waqfu fuq l-istand biex jistaqsu mistoqsijiet dwar kif l-Akkademja jista' tkun ta' użu għall-organizzazzjoni tagħhom. Fosthom kien hemm Gabriela Szabo, Ministru taż-Żgħażagħ u l-Isport fir-Rumanija. Gabriella Szabo rebħet Midalja tad-deheb, fidda u bronż fl-Olimpijadi tal-1996 u l-2000 fl-Atletika. Hi wriet interess kbir fl-Akkademja u l-potenzjal tagħha fl- edukazzjoni tal-professjonisti sportivi fil-pajjiż tagħha. Il- President tal-IsportAccord Marius Vizer ikkritika bil- kbir lill-Kumitat Olimpiku Internazzjonali (KOI) għan-nuqqas ta' trasparenza matul id-diskors tal-ftuħ tiegħu it-Tnejn u b'hekk bagħat mewġ ta' xokkijiet fill-moviment Olimpiku. Vizer talab li tingħata vuċi akbar lill-Federazzjonijiet Internazzjonali fil-ġejjieni tal-KOI u għal distribuzzjoni aktar ġusta tal-flus.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 17 May 2015