Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/513063
24 illum | Il-Ħadd 17 ta' Mejju 2015 CLAIRE XUEREB GRECH KEMMIL darba inzertajt l-MSC FANTASIA jsebbaħ il-port il-kbir ta' Malta – sabiħ, kbir u maestuż. Dan l-aħħar kelli l-opportunità li nqatta' ftit jiem fuqu u jkolli nammetti li kienet waħda mill-isbaħ esperjenzi ta' ħajti. Inħossni xxurtjata li stajt insalpa minn Malta fuq wieħed mill-isbaħ cruise liners direttament minn pajjiżi biex stajt niskopri Palma De Mallorca, Barcellona, Marsilja, Genoa, Napli u Sqallija. L-MSC FANTASIA jitlaq minn Malta kull nhar ta' Erbgħa minn April sa Novembru. Qabel ma tlajt fuqu kont naħseb li l-isbaħ u l-ikbar vapuri qegħdin fil- Karibew. Kont żbaljata. L-MSC cruises kibru b'800% bejn is-sena 2004 u s-sena 2014 u llum din il-kumpanija hija ewlenija fil-Mediterran, l-Afrika ta' Fuq u l-Brażil. Il-Preżenza tal-MSC qiegħda f '45 pajjiż fosthom in-naħa ta' fuq tal- Ewropa, l-Oċean Atlantiku, il-Karibew, l-Amerika t'Isfel, kif ukoll Dubai, l-Emirati Għarab Magħquda u l-Oman. Hija kumpanija ewropea privata, u b'kollox tħaddem 16, 300 impjegat. B'esperjenza bħal din kont naf li f 'idejn l-MSC FANTASIA se nkun f 'idejn tajba. Ftit jiem fuq dan il-vapur u malajr irrealizzajt għaliex il-cruises qed jiżdiedu fil-popolarità u għaliex l-MSC qed ikollha tant suċċess. L-MSC qed jirnexxielha toffri esperjenza superjuri fil-Mediterran u fl-istess ħin qed iżżomm prezzijiet kompetittivi ħafna. Illum nifhem għaliex in-numru ta' passiġġieri li jagħżlu din il-kumpanija qiegħed dejjem jiżdied u jiżdied bil-kbir. Hemm xi ħaġa li ġġiegħlek tkun trid tirritorna fuq il-vapur tagħhom. Għadni kemm inżilt minn fuqu u jekk tgħidli biex nerġa' mmur, nitlaq minnufih. Dan huwa l-mod kif inkejjel kemm ħadt gost u kemm kelli mumenti sbieħ ta' ferħ, għena, paċi u tgawdija. Hemm xi ħaġa li tiġbdek fuq l-MSC FANTASIA. Forsi t-togħma lussuża li jagħtik dan il-vapur mal-ewwel dehra tiegħu. Ħassejtu jiġbidni bl-imponenza tiegħu u jħajjarni nirfes fid-dinja unika tiegħu. Hekk kif tlajt fi ħdanu tapit artab ħassejtu jmellisli sieqi, l-għajnejn tgħammxu mad-dehra tad-deheb fuq il-poġġamani u l-kristalli jlellxu fit-taraġ. Mużika ħelwa fuq il-pjanu qanqlitni biex nieqaf u nisma' u nixrob l-atmosfera ta' madwari. Ħassejtni nisker fil-lussu u sodisfatta li f 'atmosfera bħal din kont se nqatta' ġimgħa, ġimgħa mill-isbaħ. Fuq l-MSC FANTASIA, bħal f 'kull vapur ieħor tal-MSC ma ġġorx bagalji. Dawn tħallihom fil-port u ssibhom wara l-bieb tal-kabina wara li tkun trejjaqt f 'wieħed mir-restoranti tal-vapur. Il- vantaġġi li taqbad il-vapur minn Malta stess huma ħafna. L-ewwel nett ma kellix limitu fuq it-toqol tal-bagalji. Stajt inġorr il-ħwejjeġ kollha li ridt mingħajr ħsieb. Għalkemm sifirt mingħajr it-tfal, stajt nirrealizza kemm hu komdu vapur minn Malta għal Malta speċjalment għal familji għax jekk tkun bit-tfal trid iġġorr ħafna affarijiet. Minħabba li tirkeb il-vapur mill-port ta' Malta, fuq il- FANTASIA mill-ewwel tibda l-vaganza bla inkwiet ta' xejn. Il-cruises huma sinonimi ma' ikel tajjeb u fuq dan il-vapur kont sodisfatta ħafna bil-kwalità u bil-varjetà li kien hemm fl-ikel. Issib xi ħaġa għal kulħadd – anki l-iktar tfal jew adulti qnieżaħ isibu xi ħaġa li tolqtilhom il-palat. Ta' min jgħid li min hu intolleranti għal gluten jew il-lactose ukoll jista' jkollu xalata ta' ikel magħmul apposta għalih. Waħda mill-persuni li akkumpanjatni f 'din l-avventura kellha intolleranza għal gluten. Malli poġġejna fuq il-mejda tagħna, impjegata tal-MSC kienet taf biha u ħadet ħsiebha kull darba li konna bilqiegħda għall-ikel b'riċetti magħmulin apposta għaliha. Fuq il-FANTASIA hemm 5 restoranti. Zanzibar u L'Africana joffru buffet u xelta kbira ta' ikel bi zlazi varjati. Tipi differenti ta' laħam u ħut, tiġieġ, għaġin mħawwar b'modi differenti, salads, sopop, kontorni, antipasti, pizza, hot dogs, chips, ġobnijiet, ħaxix imsajjar b'metodi diversi, frott frisk, kejkiet ta' kull tip huma kollha affarijiet li ssib f 'dawn iż-żewġ restoranti tal-buffet. Għoġobni l-ambjent tagħhom u billi jinsabu fis-sular ta' fuq u huma mdawrin bil-ħġieġ, ħadt gost ħafna niekol waqt li nara l-baħar jew il-veduti sbieħ tal- portijiet li żorna. Ir-restoranti tal-buffet jagħmlu ħafna ħin miftuħin. Jagħlqu biss ftit tal-ħin, biżżejjed biex ibiddlu t-tip ta' ikel minn dak pereżempju tal-kolazzjon għal dak ta' nofsinhar. Waranofsinhar ġieli mort ukoll niekol fir-restorant Il Cerchio D'oro li joffri silver service u atmosfera aktar kalma u kwieta u aktar pulita. Ma jfissirx li kilt inqas milli kont niekol kieku mort il-buffet. Bl-antipast u tliet platti oħra warajh nista' ngħid li dejjem kilt u kilt tajjeb. L-ambjent f 'dan ir-restorant huwa aktar lussuż u rikk. Hawnhekk ukoll kont imdawra minn veduti sbieħ. Is-servizz impekkabbli. Ir-restorant ewlieni tal-vapur huwa r-Red Velvet u huwa maqsum fuq żewġ decks. L-istess bħar-restorant Il Cerchio D'oro, dan ir- restaurant ukoll huwa à la carte. Nagħti ħafna importanza lil ikel, speċjalment fuq cruise u kont sodisfatta ħafna mhux biss bix-xelta imma anki bil-kwalita`. Il-varjetà fil-breakfast kont ili ma nara bħalha u ħadt pjaċir biha. Il-kwalità tal-ikel, anki fil-buffet, laqtitni ħafna. Ħadt gost nara ġobnijiet awtentiċi bħal Parmiggiano Reggiano u qatgħat ta' laħmijiet differenti bħal spare ribs u fillet steak. Kont sodisfatta bil-varjetà ta' ħut iffilitjat – kull ġurnata tip ta' ħut differenti. Żgur li f 'dak li għandu x'jaqsam ma' ikel, fuq l-MSC FANTASIA il-palat igawdi. Id-daqs tat-teatru tal-MSC FANTASIA bl-isem ta' L'avanguardia mill-ewwel jurik li l-ispettakli li joffri l-vapur jingħataw prominenza u huma magħmula bil-ħsieb. L-artisti li jieħdu sehem għandhom ħiliet differenti u allura kapaċi joffru spettaklu varjat. B'kollox fl-ispettakklu Zorro jieħdu sehem 20 artist li jvarjaw bejn żeffiena, kantanti u artisti akrobatiċi. L-ispettakklu Parfum D'Orient huwa wieħed taż-żfin b'korjografija mill- isbaħ li tagħlaq biż-żifna tal-Can Can akrobatiku. Il-kostumi f 'dan l-ispettakklu huma mill-aktar dettaljati, uħud minnhom partikolari ħafna. Għalkemm m'inix xi fanatika tal-opera, f 'lejla minnhom xorta mort nisma' lit- tenur tal-vapur Enrico Scotto u Oksana Soloviova. Peress li bdew ikanataw biċċiet famużi ħafna u tal-widna bħal O Sole Mio ħadt gost nismagħhom. Filgħaxijiet, wara l-ispettakkli u l-ikel imbagħad hemm min imur sal-Casino li hu mgħammar b'ħafna magni tal- logħob, roulette u poker fost oħrajn, waqt li oħrajn bħali jippreferu jmorru f 'xi bar/lounge. L-MSC FANTASIA joffri 10 bars/lounge fuq ġewwa u 3 fuq barra, kollha b'ambjent rikk u mill-isbaħ u kważi kollha bil-mużika live. Ħadt gost nisma' il-bands u d-dwetti kollha li joffri l-vapur għax il-mużika nħobbha. F'kull bar issib lista sħiħ ta' drinks u cocktails alkoħoliċi u mhux, bi prezzijiet tajbin ħafna. Imma mbagħad hemm ukoll bars li minbarra din il-lista, jispeċjalizzaw f 'xarba partikolari. Pereżempju Il Cappuccino huwa l-coffee bar tal- vapur u għall-kafè partikolari ta' wara l-ikel huwa ideali. La Cantina Toscana jispeċjalizza fl-inbejjed. Il Transatlantico bar huwa piano bar. Manhattan bar joffri mużika jazz filwaqt li Piazza San Giorgio toffri mużika aktar allegruża u popolari. Fl-isports bar mhux biss tista' ssegwi ħafna logħob sportiv fuq big screens imma f 'iljieli partikolari jkun hemm ukoll attivitajiet bħal karaoke. L'Insolito lounge kien il-favorit tiegħi fuq din il-cruise għax joffri xows, mużika varjata u għandu wkoll dance floor. Fih jinġabru numru sabiħ ta' nies li jagħmlu l-atmosfera ħajja. Imbagħad hemm il-Liquid disco li jinsab fis-sular ta' fuq. Hemmhekk ikun hemm DJ Fabio li jdoqq mużika tipikament tad-diskoteki. Filgħaxijiet il-ħajja fuq il-vapur MSC FANTASIA toffri ħafna varjeta`, ssib Il-lussu tal-vapur minn ġewwa LA DOLCE VITA FUQ l-MSC