Illum previous editions

illum 17 May 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/513063

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 35

CHRISTA BOFFA HEKK kif bosta minna jqisu l-Malti bħala l-ewwel lingwa tagħhomo, xi wħud iqisu varjazzjoni tagħha – il- Lingwa tas-Sinjali bil-Malti. Huwa b'hekk li tressqet abbozz ta' liġi sabiex din tkun rikonoxxuta bħala l-ewwel lingwa ta' individwu quddiem il-liġi. L-għan ta' dan kollu huwa sabeix ikun hemm, fost l-oħrajn, l-ixprunar ta' din il-lingwa – lingwa unika daqskemm hija unika dik mitħaddta. Fi stqarrija, il-Komunità tal- persuni Deaf, rappreżentati mill-Għaqda Persuni Neqsin mis-Smigħ minkejja li faħħret dan il-pass biex "primarjament jirrikonoxxi l-Lingwa tas-Sinjali Maltija bħala l-ewwel lingwa tal- persuni Deaf f 'pajjiżna" wriet diżappunt għall-fatt li ma kellhiex opportunità tiddiskuti mal-awtoritajiet konċernati dwar dan l-abbozz qabel ma tressaq quddiem il-Parlament. Huwa b'hekk li din l-istess għaqda qed tressaq proposti għal tibdil li tħoss li hu meħtieġ. Saħqet li jekk l-għaqda "għandha l-istess għanijiet tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti wkoll imwaqqaf b'Liġi, għandu jkollu l-istess struttura", li jfisser li jkun magħmul minn "membri maħtura minn persuni li jużaw din il-liongwa, esperti f 'dan il-qasam u rappreżentanti tal-Gvern." – fejn "il-maġġoranza tal- membri tiegħu nnominati mill-Għaqda Persuni Neqsin mis-Smigħ u espert innominat mill-Istitut tal- Lingwistika tal-Università ta' Malta, il-Kunsill ikollu ukoll uffiċjal full time li jservi bħala l-uffiċjal eżekuttiv tiegħu u li jkun magħżul bi qbil mal-Għaqda Persuni Neqsin mis-Smigħ, u tal-anqas jew iċ-ċermen tal-Kunsill jew l-uffiċjal eżekuttiv tal-Kunsill ikun persuna Deaf." Intant, is-Segretarjat Parlamentari għad-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità u Anzjanità Attiva qalet li l-abbozz kien ibbażat fuq bosta laqghat li saru qabel l-elezzjoni ġenerali kif ukoll wara. Barra minn hekk, kien hemm fost l-oħrajn laqgħa oħra wkoll fejn ġie diskuss dan l-abbozz għal aktar minn siegħa u ġew imwieġba domandi li saru – liema laqgħa fiha l-assoċjazzjoni kienet akkumpanjata mill- Prof. Marie Alexander. Fir-rigward tal- kompożizzjoni tal-kunsill, is-segretarjat fakkar li għalkemm "l-abbozz tal-ligi jgħid li mill-inqas persuna waħda trid tkun nieqsa mis-smigħ" dan huwa biss il-minimu, hekk kif kull persuna membru tal-kunsill "irid ikollha għarfien tal- kwistjonijiet kollha relatati mal-lingwa tas-sinjali. Punt kruċjali huwa li għall-ewwel darba f 'pajjiżna kull materja relatata ma' dan l-abbozz trid issir b'konsultazzjoni sħiħa mal-komunità tal-persuni neqsin mis-smigħ." Intant, f 'numru ta' mistoqsijiet parlamentari li saru mill-MP Paula Mifsud Bonnici lill-uħud mill- Ministri, kif ukoll lill-Prim Ministru Joseph Muscat, jidher li minkejja li s-servizz tal-interpreti għal-lingwa tas-sinjali huwa pprovdut f 'ħafna mill-attivitajiet li jsiru Ministeru stess jew mid-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħthom, bejn l-2013 u l-2014 dawn ma ntużawx. Min-naħa l-oħra, għall- mistoqsija ta' Mifsud Bonnici dwar kemm hemm għaliema peripatetiċi li jżuru l-iskejjel bmod regolari sabiex jagħtu l-appoġġ tagħhom lil student neqsin mis-smigħ, kif ukoll kemm hemm student li huma neqsin mis-smigħ fl-iskejjel tal-gvern li għandhom bżonn dan is-servizz, il- Ministru għall-Edfukazzjoni u x-Xogħol Evarist Bartolo wieġeb li is-servizz ta' għalliema peripatetiċi għall- istudenti neqsin mis-smigħ huwa ta' tnax f 'Malta u tlieta f 'Għawdex" li qed jagħtu l-appoġġ tagħhom lil 68 student f 'din is-sena skolastika (2014-2015). Il-Ħadd 17 ta' Mejju 2015 | illum 7 Persuni niesqin mis-smigħ jingħataw aktar leħen Il-ħtieġa ta' azzjoni ilha ġejja hekk kif jidher f 'dan ir-ritratt, meħud fl-2012, il-pressjoni fuq l-awtoritajiet ilha ssir

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 17 May 2015