Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/513063
illum | Il-Ħadd 17 ta' Mejju 2015 Ritratt: Kurt Paris Republic Street, Valletta next to the Courts Tasal tmiemha l-Ġimgħa ddedikata għall-Moda f 'Malta "Marelli rajtha x'libset dik?" CHRISTA BOFFA WASAL il-jum li fih l-organizzaturi, il-mudelli, id-diżinjaturi il-fotografi, il-bloggers li bdew isegwu din il-ġimgħa mill-qrib, u dawk kollha involuti fl-edizzjoni ta' din is-sena tal-Malta Fashion Week iqumu għall-ewwel jum ta' mistrieħ wara ġimgħa mimlija daqs bajda. Din l-edizzjoni rat l-involviment ta' xejn anqas 32 diżinjatur Malti ġodda u magħrufa, Maltin u barranin. Il-ġimgħa ddedikata għall-moda ma setax jonqos li tittella', fil- maġġor'parti tagħha f 'dik li ħa tkun il-belt kapitali tal-kultura fl-2018 – il-Belt Valletta. Dan sar grazzi għall-kollaborazzjoni mal-Fondazzjoni v18 u entitajiet tal-Gvern. Il- postijiet li ntagħżlu forsi mhux daqstant assoċjati mal-moda, bħal mhi ż-żona viċin tal-Parlament il-Ġdid, il-Kamra tal-Kummerċ, Lascaris Wharf u Ċentru tal-Konferenzi tal- Mediterran taw sfond ideali għall-ħafna mill-isfilati, hekk kif jew ikkuntrastaw, jew ikkumplimentaw mudelli libsin ħwejjeġ kemm aktar moderni, kif ukoll bi stil aktar tradizzjonali. Il-ġimgħa ntemmet ilbieraħ bl-aktar avveniment lokali marbut mal-moda mistenni – is-17-il edizzjoni tal-Malta Fashion Awards, li għall-ewwel darba din is- sena ttella' fis-Shipbuilding Warehouse. Sakemm din il-gazzetta marret għall- istampa, ir-riżultati kienu għadhom ma tħabbrux, liema riżultati jagħtu premju lill-nies involuti f 'oqsma differenti tal-moda bħalma hi l-aħjar mudella, l-aħjar fotografu u l-aħjar blogger tal-moda fost l-oħrajn. Intant, fuq il-mezzi soċjali din il-ġimgħa wieħed seta' jara numru ta' ritratti ta' individwi liebsin b'mod aktar ekstravaganti qabel xi sfilata jew oħra – imbagħad aktar ritratti ta' dawk il-kollezzjonijiet li għoġbuhom – li spikkaw b'mod partikolari kollezzjonijiet bħal ta' Ritianne Żammit li fiha għaqdet l-identità Maltija inkluż il-poeżija Maltija ta' poeti tradizzjonali bħal Dun Karm mal-moda u l-ħwejjeġ, kif ukoll dik ta' Marco Parascandalo b'kollezzjoni oħra "skandaluża". Dawn biss fost bosta diżinjaturi oħra li bl-istil tagħhom ġibdu l-attenzjoni, kemm tajba u kemm ħażina tal-udjenza, b'mod partikolari tal-bloggers – liema diżinjaturi magħrufa ingħataw opportunità juru xogħolhom, u dawk ġodda ngħataw opportunità biex jidħlu fix-xena tal-moda hawn Malta, li minkejja li suġġettiva minn persuna għall-oħra, aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar jidher li qed timxi mill-ħwienet żgħar fl-irħula għal espressjoni individwali artistika. Xogħlijiet tad-diżinjaturi Maltin Ritianne Żammit u Marco Parascandolo rispettivament Ritratti: Justin Ciappara u Benjamin Sant