Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/513063
10 illum | Il-Ħadd 17 ta' Mejju 2015 Il-kundizzjoni tas-coeliac jew intolleranza għall-gluten Meta pizza jaf tkun VERONICA LYNN MIZZI FISSNIN riċenti sirna nisimgħu spiss dwar allerġiji u intoleranzi għal diversi tipi ta' ikel, tant li f 'bosta ristoranti sirna spiss naraw li dawn joffru ikel speċjalment magħmul għal dieti differenti. Tal-anqas, b'hekk il- ħajja ta' min ibati b'dawn it-tip ta' kundizzjonijiet tkun qed tiġi ffaċilitata xi ftit. Diġà hija sfida kbira fiha nnfisha li trid toqgħod b'seba' għajnejn x'tiekol u x'tixrob, il-mod ta' kif ġie ppreparat l-ikel jew jekk messx ma' xi ħaġa, għax l-effetti jistgħu jkunu serji. Huwa faċli tgħid ħa noħroġ mal-ħbieb nieħu pizza u birra, imma jekk tkun tbati minn intolleranza għall-gluten jew tkun coeliac, dan ma tistax tagħmlu kif ġieb u laħaq. Dawn l-intolleranzi jvarjaw f 'kemm tkun serja l-kundizzjoni u l-effetti li jħallu. Waqt li l-effetti fuq persuna intolleranti għall- gluten huma koroh, bħal uġigħ, għeja u skumdità, fuq persuna coeliac dawn jistgħu jkunu ferm iktar gravi. Meta xi ħadd b'coeliac disease jiekol anke traċċi ta' gluten, il-ġisem jirrispondi billi jattakka l-musrana ż-żgħira. Din il-ġimgħa hija l-ġimgħa ddedikata għall-kuxjenza favur is- coeliac disease. Għalhekk, tkellimna ma' Candie Borg Cardona li hi fiżjoterapista u omm li ilha tbati mill-kundizzjoni ta' coeliac għal dawn l-aħħar tmien snin. L-istatistiċi dwar kemm hawn nies li jbatu minn din il-kundizzjoni huma kemxejn diffiċli biex jiġu akkwistati minħabba li ħafna nies jibqgħu bla dijanjożi għaliex ma jkunu x'jafu x'verament għandhom. Fil-każ ta' Candie, kienet ilha tbati minn ċerti sintomi sa minn meta kellha 10 snin u l-viżti għand it-tobba qatt ma kkonkludew x'verament kellha. "Għalkemm kont immur għand it-tobba, dejjem irriżulta li kelli anemija, u qatt ma sar test tas-coeliac disease. Ma nistax ngħid biċ-ċert jekk kellix is- coeliac disease diġà dak iż-żmien. Meta spiċċajt mill-Università, s-sintomi marru ħafna għall-agħar u fl-aħħar, minbarra li kont qed nitlef ħafna piż u kelli ħafna uġigħ, kelli xi ksur fl-għadam, kont inbati bl-ulċeri f 'ħalqi u kien qed jaqagħli xagħri. Ġejt ittestjata wara li ziju tiegħi ġie magħruf li kellu din il- kundizzjoni. Ġejt magħrufa wkoll li kelli osteoporosi bħala effett tas- coeliac disease. Fil-bidu, għalkemm kont kuntenta li kont naf x'kelli wara dawk is snin kollha, ħassejtni mitlufa kif ser ngħix b'din id-dieta għal ħajti." Sintomi Is-sintomi ta' din il-kundizzjoni huma varji mmens u mhux dejjem ikunu l-istess. Fil-fatt, f 'ċerti każi lanqas biss ikollhom sintomi, imma jkunu aktar f 'riskju minħabba li dawn xorta waħda jibqgħu jieklu l-gluten u għalhekk, il-ħsara xorta waħda tkun qed issir. Il-kundizzjoni tas-coeliac hi bażikament kundizzjoni awto- immunitarja fejn ikun hemm infjammazzjoni f 'parti mill- musrana, msejħa villi li huma responsabbli milli jassorbu n-nutrijenti mill-ikel, u għalhekk, il-persuna tispiċċa ma tiħux in- nutrijenti mill-ikel. "Jekk persuna b'coeliac disease tibqa' tiekol il-gluten jista' jirriżulta' f 'mard u kundizzjonijiet serji bħal anemija, osteoporożi, u anke f 'każi rari xi Għal min ibati minn gluten intolerance jew hu coeliac, diffiċli li tgħid ħa toħroġ mal-ħbieb biex tieħu pizza u birra "Sfortunatament, għalkemm hawn ħafna li jgħidu li jsajru ikel gluten free, ftit huma dawk li veru jafu x'tirrekjedi d-dieta." CANDIE BORG CARDONA