Illum previous editions

illum 17 May 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/513063

Contents of this Issue

Navigation

Page 24 of 35

Il-Ħadd 17 ta' Mejju 2015 | illum 25 fejn tmur skont il-burdata li int fiha. Jekk trid tilgħab it-tombla, jew toqgħod tieħu tazza inbid fid-daqq ħelu tal-pjanu jew trid tiżfen qalb in-nies waqt li ttiegħem xi cocktail tajjeb, dejjem hemm post adattat għal burdata li tkun fiha. Ħaġa li laqtitni hi s-sound proofing li għandu l-vapur. Minn sala għall-oħra, ma tismax dak li jkun għaddej f 'postijiet oħrajn. Għalhekk ma jkunx hemm geġwiġija u konfużjoni. Fil-kabini ma jinstema' l-ebda daqq u tmur xħin tmur, dejjem tieħu mistrieħ xieraq u għall-kwiet. Apparti d-disinn interjuri tal-vapur, l-MSC FANTASIA huwa maqsum b'mod partikolari ħafna għax għandu l-parti l-kbira tal-kmamar bil-gallarija. Il-vapur għandu 1, 115 kamra bil- gallarija, 91 kamra bit-tieqa u 283 kamra fuq ġewwa. Apparti dawn, il-vapur għandu wkoll tipi differenti ta' suites u għandu wkoll kabini disinjati apposta għal nies b'diżabilita` differenti. Peress li hemm numru kbir ta' kmamar bil-gallarija, il-prezz ta' dawn it-tip ta' kabini huwa kompetittiv ħafna. Fil- vaganza tiegħi kelli kamra bil-gallarija u ħassejt li kienet ta' valur għal flusi. Il-kamra bil-gallarija toffri dik ix-xi ħaġa aktar li tagħmel il-ġimgħa fuq il-vapur aktar sinjura. Il-kabina kienet spazjuża u kellha wkoll sufan. Kont nieħu gost filgħodu malli nqum jew wara xi eskursjoni nilbes il-ġagaga bajda u l-papoċċ tal-MSC li sibt fil-kamra, u noħroġ fil-gallarija nixrob id-dehra tal- portijiet li konna fihom. Ħassejtni serena ħafna, speċjalment meta kont noqgħod fuq wieħed mis-siġġijiet li jkun hemm fil-gallarija, nilgħaq ix-xemx sieq fuq sieq u għal kwiet. L-MSC FANTASIA jesa 3, 274 passiġġier filwaqt li n-numru tal- membri tal-ekwipaġġ huwa 1, 370. Din hija rata tajba ħafna u għalhekk tul il-cruise dejjem sibt min jaqdini, jieħu ħsieb il-bżonnijiet tiegħi u jagħtini service with a smile. L-indafa tal-kamra kienet impekkabbli. Lożor u xugamani bojod silġ u għalkemm kont naqla' s-sodda u x-xugamani aktar minn darba f 'ġurnata, meta dħalt lura fil- kamra dejjem sibt is-sodda mifruxa, ix-xugamani mibdulin, mitwijin u ndaf. Filgħaxija kont insib il-paġama tistennieni fuq is-sodda. Il-membri tal-ekwipaġġ jagħmlu xogħolhom tajjeb ħafna u jagħtu każ id-dettall. Il-ħajja fuq il-vapur hija mżewqa b'ħafna attivitajiet. Biss biss il- FANTASIA għandu 5 pixxini – wieħed minnhom għandu saqaf li jiżżerżaq u 1 huwa apposta għat-tfal. Hemm 12-il jakuzzi. Billi mort il-cruise tiegħi f 'April, kienu kollha heated. S'intendi fejn il- pools ssib ħafna sunbeds, uħud f 'areas kwieti, uħud f 'areas kollha attivitajiet bħal aerobics jew xi klassi taż-żfin. Fuq il-vapur issib workshops u korsijiet differenti fosthom tal-arti, yoga, tal- ballroom u tal-astronomija. It-tfal għandhom il-kids club li jkun miftuħ għadd ta' sigħat kuljum filwaqt li t-teenagers għandhom il-club apposta għalihom. L-MSC FANTASIA għandu 4D cinema, Formula 1 simulator, videogame room u żurżieqa tal-ilma. Hemm ukoll basketball, tennis court, football, volleyball, track tal-mixi twila 235 metru, shuffleboard u squash court. Il-gym huwa mdaqqas tajjeb filwaqt li l-iSPA joffri ħafna tipi ta' messaġġi differenti. Fuq il-vapur irnexxieli nagħmel is- shopping ukoll. Hemm ħanut apposta bl-affarijiet tal-għum, ieħor li jbiegħ affarijiet bil-logo tal-MSC, ħanut tal- ħelu, ħanut tat-toys, wieħed tal-fwieħa, ieħor tal-ħwejjeġ, ħanut tal-aċċessorji u l-handbags u rajt ukoll tal-ġojjellerija u tal-arloġġi. Kollha joffru skontijiet u xiri duty free. Il-prezzijiet huma tajbin ħafna, anki ta' affarijiet li nużaw kuljum u li tkun insejt iġġorrhom bħal deodorant. Ħadt gost nara li ma jipprofittawx ruħhom fil-prezzijiet għax klijent jinqabad mingħajr oġġett partikolari li juża kuljum kif ġrali jien. Ta' min jgħid li fil-ħanut tal-iswarovski frankajt il-flus għax il-ġojjellerija kellha skont ta' 30%. B'hekk par imsielet li jiswew €99 u li kont ili għalihom, sibt l-iskuża biex nixtrihom. Hemm xi ħaġa fuq l-MSC FANTASIA li ġġiegħlek tkun trid terġa' tmur fuqu. Forsi l-għajn għad-dettall, forsi minħabba l-ikel, forsi l-itinerarju u l-portijiet li jitrakka fihom il-vapur, forsi l-entertainment jew forsi minħabba l-ħajja minnha nnfisha ta' fuq il-vapur. Żgur li kieku nista' nerġa' nitlaq għada stess. Ħadt gost u kullħadd ħaqqu esperjenza sabiħa ta' dan it-tip. Cruise mal-Mediterran mal-MSC kien rigal għalija nnifsi. Vaganza fejn vera gawdejt, rajt ibliet differenti, dort mingħajr ma għajjejt, irrilassajt, kilt, dħakt, żfint u ħassejtni veru kuntenta. Abbord l-MSC FANTASIA għext La Dolce Vita fil-veru sens tal-kelma. HAMILTON TRAVEL (Malta) huma l-aġenti esklussivi ta' MSC CRUISES f 'Malta. Għal aktar informazzjoni idħol fis-sit www.hamiltontravel.com.mt jew ċempel 21241292. L-MSC FANTASIA għandu ħamex pixxini abbord l-MSC FANTASIA

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 17 May 2015