Illum previous editions

illum 17 May 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/513063

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 35

ILMINISTRU għad- Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili Helena Dalli u l-Ministru għal Għawdex Anton Refalo nedew uffiċjalment NGO ġdida f 'Għawdex bl-isem ta' LGBTI+ Gozo. Din l-NGO mwaqqfa minn grupp ta' żgħażagħ Għawdxin għandha l-għan li twettaq ħidma lejn soċjetà aktar miftuħa f 'Għawdex mingħajr preġudizzji lejn xi settur jew ieħor. Barra minn hekk, LGBTI+ Gozo se tkun qed taħdem ukoll fil-qasam tal-ugwaljanza, l-orjentazzjoni sesswali u l-identità tal-ġeneru. Helena Dalli faħħret l-impenn ta' dawn iż- żgħażagħ li permezz ta' din l-inizjattiva, Għawdex issa se jkollu organizzazzjoni speċifika li se tkun qed taħdem mal-komunità LGBTIQ. "Permezz tal- ftuħ ġdid li hawn fuq dan is-suġġett fil-pajjiż, aktar u aktar persuni qed iħossuhom li jistgħu jgħixu s-sesswalità u l-ġeneru tagħhom fil-miftuħ mingħajr biża' jew ħabi. Għad baqalna ħafna xogħol x'nagħmlu fil-konfront tal- attitudnijiet lejn id-diversità. Huwa tajjeb għalhekk li fil-ġurnata internazzjonali kontra l-omofobija u t-transfobija nirriflettu fuq ir-realtajiet differenti li jgħixu bnedmin oħra bħalna." Min-naħa tiegħu l-Ministru għal Għawdex Anton Refalo tenna li dan huwa pass ieħor 'l quddiem li jgħin biex kull persuna jkollha d-drittijiet umani u d-dinjita` mingħajr restrizzjonijiet. Anton Refalo fakkar kif propju ftit tal-ġranet ilu, b'mod simboliku zebra crossing fir-Rabat, Għawdex ġiet miżbugħa bil-kuluri tal- qawsalla bħala parti mill- kampanja tan-Nazzjonijiet Magħquda "Free and Equal". Refalo saħaq fuq soċjetà fejn kulħadd ikun liberu u ugwali u m'għandux ikun hemm restrizzjonijiet fuq id-drittijiet ta' persuna jew oħra. 6 illum | Il-Ħadd 17 ta' Mejju 2015 Il-Gvern jibda proċeduri fil-Qorti biex jieħu lura tliet artijiet fil-Birgu fosthom il-Casino Di Venezia ILGVERN ippreżenta rikors fil-Prim'Awla tal-Qorti Ċivili kontra Port Cottonera Hotel Development Co. Limited, Galleys Development Co. Ltd u Vittoriosa Gaming Limited. F'dan ir-rikors, il-Gvern permezz tal-Kummissarju tal-Artijiet talab lill-Qorti sabiex tordna lil dawn it-tliet kumpaniji jħallsu l-arretrati dovuti minnhom f 'ċens, kif ukoll li jroddu lura l-art. Fit-2 ta' Ġunju 1999, il-Gvern permezz tal- Kummissarju tal-Artijiet, ta b'titolu ta' enfitewsi temporanju (ċens) lil Port Cottonera Limited għal żmien ta' 99 sena għadd ta' binjiet fil-Birgu. Skont dan il-kuntratt, Port Cottonera Limited intrabtet li tħallas lill-Gvern is-somma ta' €582,343.55 fis-sena bħala konsiderazzjoni għaċ-ċens. Abbażi ta' dan l-istess kuntratt Port Cottonera Limited kienet ingħatat rebate għall-ewwel erba' snin u l-ammont sħiħ jibda jitħallas mill-ħames sena 'l quddiem. Din l-istess kunsiderazzjoni kellha tiżdied bir-rata ta' 15% kull 10 snin. Klawsola oħra fil-kuntratt kienet tgħid li l-Gvern kellu l-jedd li jħoll ic-cens jekk Port Cottonera Limited ikollha arretrati ta' żewġ pagamenti ta' ċens. Fid-29 t'Ottubru 2002, il-kumpanija Port Cottonera Limited biegħet il-jeddijiet ta' enfitewsi li kienet tgawdi fuq parti mill-Port Cottonera Emphyteutical Site - fejn illum hemm mibni l-Casino di Venezia - lil Galleys Development Co. Limited. F'kuntratt ieħor magħmul fl-istess jum tad- 29 t'Ottubru 2002, Scamps Development Co. Limited, Galleys Development Co. Limited u Port Cottonera Hotel Development Co. Limited iddikjaraw li huma responsabbli solidalment (flimkien) għall-ħlas taċ-ċens fl-ammont ta' Lm 175,000 (70% tal-Port Cottonera Emphyteutical Site) filwaqt li Port Cottonera Limited hija responsabbli għaċ-ċens ta' Lm75,000 (30% tal-Port Cottonera Emphyteutical Site). B'konsegwenza, fit-28 ta' Ġunju 2011 il-kumpannija Scamps Development Co. Limited biegħet il-jeddijiet ta' subenfitewsi tagħha li kienet tgawdi fuq parti mill-Port Cottonera Emphyteutical Site fejn illum hemm il-Casino Di Venezia, lil Vittoriosa Gaming Limited. Fir-rikors quddiem il- Prim'Awla tal-Qorti Ċivili, il-Gvern qal li fil-preżent, b'rabta mal-Port Cottonera Emphyteutical Site, hemm aktar minn żewġ pagamenti ta' ċnus dovuti għall-parti fejn hemm il-Casino Di Venezia, il-biċċa art tal-kejl ta' 2,500 metru kwadru u The Residence of the Palace of the Captain of the Galleys' Squadron. Dan minkejja li l-Kummissarju tal-Artijiet bagħat ittra uffiċjali lill- kumpaniji intimati biex isewwu l-pożizzjoni tagħhom imma huma baqgħu ma għamlu xejn. Għaldaqstant il-Gvern qed jitlob lill-Qorti biex tiddikjara li l-kumpaniji intimati waqgħu lura fil-ħlas taċ-ċens, li kisru l-kuntratti li saru mal-Gvern bejn it-2 ta' Ġunju 1999 u t-28 ta' Ġunju 2011 u tikkundannahom iħallsu lill-Kummissarju tal-Artijiet solidalment bejniethom l-ammont ta' arretrati kollha li huma dovuti minnhom għall-okkupazzjoni tagħhom inkluż l-imgħax legali. Il-Gvern qed jitlob ukoll lill-Qorti biex tiddikjara l-ħall tal-konċessjoni enfitewtika kif ukoll li tordna lill-kumpaniji intimati jroddu lura l-istess sit lill-Gvern ħieles minn kull okkupant u benefikati. Titwaqqaf l-LGBTI+ Gozo Il-Ministru Helena Dalli waqt it-tnedija tal-LGBTI+ Il-Gvern qal li hemm aktar minn żewg pagamenti ta' ċnus dovuti għall-parti fejn hemm il-Casino di Venezia

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 17 May 2015