Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/513063
Il-Ħadd 17 ta' Mejju 2015 | illum 11 tkun qed tmarrdek tipi ta' kanċer." Jista' jkollok sintomi tipiċi bħal uġigħ fl-istonku, diarrhoea regolari, li tirremetti, nuqqas ta' piż, nawsja, u tħossok minfuħ. Imbagħad jista' jkollok sintomi differenti bħal għejja, ulċeri fil-ħalq, nuqqas ta' xagħar, konstipazzjoni, żieda fil- piż, problemi biex tinqabad tqila, miscarriages u problemi ġinekoloġi oħrajn. Jista' jkun hemm ukoll ċertu tipi ta' kundizzjonijiet tal-ġilda bħal raxx fost l-oħrajn, uġigħ fil-ġogi, problemi fis-snien, problemi biex tikkoncentra, problemi psikoloġiċi bħal dipressjoni, u ħafna oħrajn. Candie kompliet tispjega kif hemm mijiet ta' sintomi. Fit-tfal, jistgħu jidhru b'mod differenti bħal li ma jikbrux kif suppost fit-tul u fil-piż, muskoli dgħajfin, għajja u nuqqas ta' vitamini u anemija. Hemm ċertu nies li ma jkollhom l-ebda sintomi li jindunaw bihom, però xorta jkun hemm ħsara fil- ġisem meta jieklu l-gluten daqs li kieku kellhom is-sintomi. Dawn ikollhom ir-riskju ta' coeliac disease ikbar minn normal. Per ezempju, il-qraba ta' min għandu coeliac disease, għandu riskju ikbar li jkollu din il-kundizzjoni. Sfidi biex tagħżel l-ikel Candie semmiet kemm hija diffili biex tidra l-ħajja ġdida u d-dieta li jkollok issegwi, għaliex kif semmiet, m'hemmx xi kura li tista' tieħu persuna sabiex tfiq minn din il- kundizzjoni. "L-uniku trattament li jeżisti bħalissa hu li l-persuna b'coeliac disease ma tiekol l-ebda ikel li fih il-gluten, għal ħajtu kollha. Il- gluten issibu fil qamħ, xgħir, segala u xi ħafur." Semmiet kif kienet skantata f 'kemm il-ħaġa jidħol il-gluten u huwa abbundanti għaliex jintuża f 'ħafna ikel ipproċessat. Candie Borg Cardona spjegat kif inhi sfida akbar biex tagħżel l-ikel li tkun ħa tiekol, iktar u iktar jekk tkun se tiekol barra. Qalet kif qatt ma ħasbet li l-gluten kien preżenti f 'tant affarijiet u prodotti. "Il-problema biex toħroġ tiekol hija verità li kull min għandu coeliac disease irid jaffaċċja. Ma tistax taqbad tiekol li trid jekk ikollok il-ġuħ għax dejjem trid tara l-ingredjenti ta' kull ma tiekol." Meta tiddeċiedi li se tiekol ġo ristorant, trid tippjana minn qabel u tkun żgura li l-kok ikun jaf fuq x'jirrekjedi dieta mingħajr gluten. "Xi kultant jaħsbu li kemm inneħħu l-ħobż mill-platt, jew isajru b'għaġin mingħajr gluten minflok normali, imma dan mhux biżżejjed." Din id-dieta titlob li ma jkun hemm l-ebda traċċi ta' gluten u li jevitaw kontaminazzjoni b'ikel ieħor jew apparat li jkun mess mal-gluten. "Sfortunatament, għalkemm hawn ħafna li jgħidu li jsajru ikel gluten free, ftit huma dawk li veru jafu x'tirrekjedi d-dieta." Il-prekawzjonijiet ġo ristorant Tkellimna ma' Stephen Bugeja, sid ta' restorant li joffri alternattivi gluten free, dwar il-preparamenti li jsiru f 'ristorant sabiex il-pizez li jservu jkunu verament mingħajr gluten. "Bdejna nippreparaw pizez mingħajr gluten 6 snin ilu meta kienu bdew jistaqsuna diversi nies sabiex inkunu nistgħu naqduhom minħabba l-kundizzjoni tad-dieta tagħhom. Il-prekawzjonijiet huma sempliċi, fejn l-għaġina tal-pizza ssir filgħodu, f 'parti nadifa u separata tal-kċina, jiġu parzjalment moħmija, imbagħad iffriżati. Biex naħmuhom, nużaw turtieri li jintużaw biss għal prodotti mingħajr gluten. Il-prodotti wżati, ukoll jiġu maħżuna f 'friġġ separat sabiex jiġi aċċertat li ma jkun hemm l-ebda kontaminazzjoni." Stephen Bugeja kompla jispjega kif matul il-ħin tat-tisjir, fil-kċina jkun hem kok speċifiku sabiex jipprepara l-pizez mingħajr gluten u ieħor sabiex jipprepara l-ikel l-ieħor mingħajr gluten bħal għaġin u platti oħrajn. "Aħna kburin li nistgħu noffru serħan il-moħħ lill-klijenti tagħna meta jiddeċiedu li jieklu barra." Il-moda tal-gluten free Minbarra l-isfidi ta' kuljum li jkollhom iħabbtu wiċċhom magħhom il-persuni li jbatu minn din il-kundizzjoni, Candie spjegat kif issa qed tidher il-problema tal- moda tad-dieta gluten free. "Hawn ħafna nies li jagħmlu din id-dieta għaliex jaħsbu li jitilfu l-piż jew għaliex jaħsbu li tajjeb għas-saħħa. Għalkemm minħabba r-rikjesta, żdiedu l-prodotti gluten free fis- suq, problema għalina s-coeliacs hi li meta mmorru nieklu barra, ma jagħtux l-attenzjoni li suppost fid- dieta tagħna. Jaħsbu li din id-dieta hija xi moda. Fil-verità d-dieta gluten free hija t-trattament tagħna, li mingħajrha jkollna problemi fis- saħħa. Għarfien akbar dwar is- coeliac Candie tkellmet ukoll dwar iI-kuxjenza dwar is-coeliac disease u kundizzjonijiet oħrajn, partikolarment għaliex din hija l-ġimgħa ddedikata għal iktar kuxejnza favur il-kundizzjoni tas- coeliac. "Il-kuxjenza qed tiżdied grazzi għall-media ta' kull tip, konferenzi, u laqgħat oħrajn. Nemmen li għandu jsir iktar tagħlim għall-ħaddiema tar-ristoranti kollha fuq kif jevitaw kontaminazzjoni, fuq allerġiji, intolleranzi u coeliac disease. Ħafna għadhom ma jafux bil-liġi l-ġdida li bdiet f 'Diċembru tas-sena li għaddiet li tgħid li l-ħaddiema li jkunu qed iservu ikel mhux ippakkjat, bħal f 'ristoranti, għandhom ikunu jafu l-ingredjenti li jwasslu għal allerġiji li hemm ġo kull platt li jservu. Għandha ssir ukoll kampanja biex postijiet bħal sptarijiet, skejjel, ajruporti u oħrajn, ikollhom għażliet bnini għal min ibati bis-coeliac disease." Għalkemm persuni coeliac jaffaċċjaw bosta sfidi, Candie tgħid kif bi ftit immaġinazzjoni, kollox jista' jsir, "Issa drajt b'din id-dieta, u nista' nsajjar kollox gluten free, anke nagħmel ħobż eċċellenti." Candie xtaqet li din l-esperjenza tagħha ma' din il-kundizzjoni taqsamha man-nies, u għalhekk bdiet tikteb blog mimli b'ideat, riċetti u informazzjoni utli sabiex tqajjem iktar kuxjenza dwar din il-kundizzjoni waqt li tgħin lil dawk li qed jikkumbattu kontra din il-kundizzjoni. Skont studji ta' Coeliac UK, persuna ddum biex tkun taf li għandha din il-kundizzjoni madwar 13-il sena, u hi temmen li ħadd m'għandu jbati b'dawn is- sintomi għal dawn is-snin kollha għalxejn. Għalhekk, l-uniku mod sabiex tipprevjeni dan huwa billi jkun hemm iktar għarfien dwar il- kundizzjoni u s-sintomi tagħha."Meta bdejt nikteb, ħassejt li ma kienx hawn biżżejjed informazzjoni għall- pubbliku f 'Malta li jkun jinftiehem minn nies li mhumiex mediċi. L-għan tiegħi hu li ngħin kif nista' lil min forsi qed iħossu mitluf kif ser jibda jgħix il-ħajja l-ġdida bħala coeliac, biex naqsam l-informazzjoni u biex inqajjem iktar kuxjenza." Segwi lil Candie fuq Facebook jew fuq il-blog tagħha www.beatthegrain. com Illum il-ġurnata sar aktar faċli li ssib alternattivi gluten-free - bħalma huwa ħobż, pizez u għaġin