Illum previous editions

illum 17 May 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/513063

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 35

30 illum Il-Ħadd 17 ta' Mejju 2015 SPORTSillum "Kont determinat li ninżel lura minn Birmingham bit-tazza tar-rebbieħ f 'idejja" – Christian Schembri LAĦĦAR esperjenza kompetittiva li kellu wieħed mill-boxers ewlenin f 'pajjiżna, Christian Schembri, kienet waħda sabiħa ħafna. Dan hekk kif huwa ġie magħżul f 'selezzjoni ta' tmien boxers Maltin, sabiex jirrappreżentaw lil pajjiżna kontra selezzjoni ta' boxers Ingliżi semi-professjonali mill-West Midlands, ġewwa l-Copthorne Hotel, f 'Birmingham. Christian Schembri nnifsu tana rendikont dettaljat ta' din l-esperjenza unika fil- karriera mill-aqwa tiegħu fil-boxing: "It-tmien boxers Maltin li tlajna Birmingham konna avżati dwar dan minn tliet xuhur qabel, sabiex ikollna ċans nippreparaw bizzejjed għal din l-esperjenza. Jiena personali kont diġà ġġilidt fi tliet kompetizzjonijiet oħra din is-sena, allura stajt nibqa' għaddej bil- preparamenti tiegħi. Barra minn dan, jiena kont qiegħed nistenna bil- ħerqa din il-kompetizzjoni għal żewġ raġunijiet: waħda għax konna sejrin nirrappreżentaw lil pajjiżna barra minn xtutna, u t-tieni 'il għaliex allavolja kont diġà rreġistrajt żewġ rebħiet hawn Malta din is-sena, it-taqbida li kelli l-Ingilterra f 'Marzu kienet spiċċat f 'telfa bil-punti kontrija, allura kont determinat li ninżel lura minn Birmingham bit-tazza tar- rebbieħ f 'idejja. Il-preparazzjoni tiegħi bħas-soltu kienet waħda mill-aqwa. Bil-għajnuna tal-kowċ tiegħi, Super Steve Martin, u l-kowċ tal- istrength and conditioning, Clayton Gatt, komplejt xahar ieħor ta' taħriġ intensiv mill-aħħar taqbida f ' Marzu sa din it-taqbida, u b'hekk irnexxieli nitla' Birmingham f 'kundizzjoni fiżika eċċellenti u b'moħħi mistrieħ li kien se jirnexxieli nagħmel l-erba' rounds mingħajr tbatija żejda. It-taqbida tiegħi kontra l-boxer Ingliż Adam Shepherd kienet waħda kompetittiva, bil-partitarji preżenti ma jieqfux jagħtu s-sapport tagħhom lill-boxer Ingliż. Shepherd ħareġ ferm aggressiv fl-ewwel rawnd, iżda jien irnexxieli naħrablu d-daqqiet li beda jitfa' u nagħmel kontrattakki tajbin kemm lejn wiċċu u aktar lejn l-istonku tiegħu, biex b'hekk mat-tieni rawnd kien diġà qiegħed jgħejja u jitlef mill-aġilità tiegħu. B'hekk iħallili iktar spazju fejn nattakka u nikseb il- punti, u ddominajt l-aħħar tliet rawnds kemm bl- attakki tiegħi kif ukoll billi bdejt naħrablu d-daqqiet u nagħmel kontrattakki li bdew jaħsduh. B'hekk, jiena rbaħt b'deċiżjoni unanima. B'mod komplessiv, it-tim Malti mar tajjeb ħafna, fejn ksibna ħames rebħiet, żewġ telfiet u draw. Ir-rebħiet ġew miksuba minni, Richard Vella, Duncan Callejja, Michael Carter u Sandor Turbucz Jr., li huwa Ungeriż residenti Malta. Id-draw kisibha Keith Azzopardi, u t-telfiet ġew min-naħa ta' Brandon Borg u Garth Galea, li avolja ma kisbux rebħiet xorta wrew prestazzonijiet tajba ħafna u kienu sfortunati li r-riżultat kien kontrihom. Fl-aħħarnett nixtieq nirringrazzja lil sħabi kollha li għenuni nipprepara għal din l-avventura, kif ukoll liż-żewġ persuni li kienu strumentali biex iseħħ dan l-avveniment: Marc James (CEO tal-Malta Boxing Association) u Demis Tonna (L-aqwa promotur tal-avvenimenti tal-boxing f 'Malta, li huwa wkoll il-manager tiegħi u kien it- team manager tal-iskwadra). Nixtieq nirringrazzja wkoll lill-isponsor tiegħi Don Michele – Italian Fashion, li jtini għajnuna siewja ħafna fil-karriera tiegħi tal-boxing. Il-boxer Christian Schembri jippoża qabel ġlieda li rnexxielu jirbaħ kontra boxer Ingliż semi-professjonali mill-West Midlands, ġewwa l-Copthorne Hotel, f 'Birmingham Il-Maltin jiddominaw it-Triathlon Olimpiku ta' Custonaci ITTIM Malti tat-Triathlon kompost minn Keith Galea, Graham Borg u Hannah Pace ħadu sehem fit-tieni edizzjoni tat-Triathlon Olimpiku ta' Custonaci ġewwa Sqallija, nhar il-Ħadd li għadda. It-tellieqa kienet tikkonsisti f 'għawma ta' 1.5km, rota ta' 40km, u ġirja ta' 10km u ġiet organizzata mit-Team Triathlon ta' Trapani. It-temp kien wieħed diffiċli hekk kif ħarġet ġurnata b'ħafna riħ. Galea u Borg ħarġu flimkien fl-għawma fit-tieni u t-tielet post rispettivament, ftit sekondi wara Enrico Schiavino li kien qiegħed l-ewwel. Id-duo ta' atleti Maltin approfittaw bis-sħiħ mir-regola tad-drafting, hekk kif bdew jaħdmu flimkien b'ritmu kostanti fuq ir-rota. Ir-rotta tar-rota kienet tikkonsisti fl-għaxar dawriet b'tela' ta' 1.6km kull dawra. Il-Maltin irrnexxielhom jilħqu lil Schiavino f 'żewġ dawriet bss Il-favorit li jirbaħ it-tellieqa, Emiliano Cucci, laħaq lill-Maltin u attakka minnufih imma Galea kien pront u mar warajh. Graham mar wara Galea biex b'hekk kien hemm grupp ta' tliet atleti fuq quddiem. Cucci pprova kemm-il darba jattakka lill-Maltin imma kienu attenti ħafna biex jinnewtralizzaw kull attakk tal-atleta Sqalli. Galea u Borg baqgħu jikkontrollaw lil Cucci sakemm daħlu fit- transizzjoni fejn b'ħeffa liema bħalha Galea ħareġ l-ewwel u fetaħ vantaġġ fuq l-avversarji tiegħu. Fil-ġirja, Keith Galea, kien fi klassi għalih fejn beda jiftaħ vantaġġ fuq l-avversarji tiegħu ma' kull pass. Cucci beda jħoss l-isforzi li għamel fuq ir-rota u ma setax iżomm mal-pass taċ- champion ta' Malta, Keith Galea, li rebaħ it-tellieqa f 'ħin ta' 1.43.40. Enrico Schiavino spiċċa fit-tieni post b'ħin ta' minuta u 40 sekonda wara Galea, waqt li Cucci spiċċa fit-tielet post tliet minuti wara r rebbieħ Malti. Graham Borg spiċċa fir-raba' post u l-ewwel fil-kategorija tiegħu. It-tellieqa tan-nisa kienet iddominata mill-bidu mill-Maltija, Hannah Pace. Pace li hija sponsorjata minn Garmin Malta, Cfragrances.com u Mochika Outdoor life, kienet fi Klassi għaliha hekk kif rebħet it-tellieqa f 'ħin ta' 1.55.30 - 12 -il minuta vantaġġ fuq l-eqreb rival tagħha. Din hija t-tieni rebħa ta' Hannah Pace ġewwa Sqallija matul din is-sena hekk kif rebħet l-isprint ta' San Vito lo Capo, ix-xahar li għadda. Ikkuntattjati minn dan il-ġurnal, l-atleti Maltin, qali li jinsabu ferm sodisfatti bil- prestazzjonijiet tagħhom, speċjalment Keith Galea u Hannah Pace li użaw din it-tellieqa bħala preparazzjoni għal-Logħob tal-Ewropa, li se jsiru f 'Baku, l-Azerbaijan, f 'Ġunju li ġej. Keith Galea xtaq jirringrazzja lill- isponsors tiegħu: Garmin Malta, BBB bike parts Malta, Jaycee Malta, Challenge Malta Marathon, Mochika Outdoor life, il-Kunsill Malti għall- iSport (KMS) u Starbene 24.7 tas-sapport li jtuh. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, dawn it-tliet atleti Maltin, xtaqu jirringrzzjaw lill-Malta Triathlon Federation u lill- Kumitat Olimpiku Malti (MOC), għall-għajnuna tagħhom. Mix-xellug għal-lemin: Keith Galea, Graham Borg u Hannah Pace bit-trofej kollha li rebħu fit-Triathlon Olimpiku ta' Custonaci fi Sqallija

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 17 May 2015