Illum previous editions

illum 17 May 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/513063

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 35

Il-Ħadd 17 ta' Mejju 2015 | illum 9 fis-serqa Lippu Tanti minn Ħal Luqa kien ukoll xhud tal- prosekuzzjoni. Dan qal li meta kien avviċinat mill- akkużati f 'Ħal Qormi, Ġeraldu Cassar kien staqsa min kien se jieħu ħsieb l-armi u Manwel Cardona wieġbu li kellu kollox lest. Tanti qal li kien Cardona li talbu l-karozza u meta staqsieh għaliex, l-ieħor wieġbu li ma kinitx biċċa tiegħu, imma li hu (Tanti) "kien se jiekol ukoll". Tanti kompla jgħid li dakinhar tas-serqa kienu marru għandu għall-karozza Cassar u Buttigieg u li hu ma kienx għamel rapport li l-karozza kienet insterqet kif kien ippjanat għax kienu laħqu ġabruh il-Pulizija mid-Dipartiment tal- Investigazzjonijiet Kriminali. Fil-kontro-eżami Tanti ċaħad li kien hu li ppropona li ssir it-tabella tan-'No Entry' fit-triq, u ċaħad ukoll li kien beża' javża lill-Pulizija dwar is-serqa tal-karozza għax kien mhedded. Ix- xhud temm jgħid li kien ta l-informazzjoni kollha lill-Pulizija wara li dawn assigurawh li kienu se jagħtu protezzjoni kemm lilu kif ukoll lill-membri tal-familja tiegħu. Xehed is-Supretendent Manwel Calleja li ta d-dettalji kollha dwar kif kien mexxa l-investigazzjonijiet. Ix-xhud qal ukoll li wara li nġabru dawk suspettati, kien biss Ġanni Buttigieg li ried jammetti kollox, imma dan talab għall-immunità. Is- Supretendent Calleja kompla jgħid li meta l-oħrajn saru jafu li kienu nstabu l-biċċa l-kbira tal-flus, ammettew ukoll. Aktar xhieda tal- prosekuzzjoni kienu l-vittmi li kien hemm fit-trakk tan- Navy waqt is-serqa, ħlief għaż-żewġ baħrin Ingliżi li kienu skorta fit-trakk peress li ma kinux Malta. Għaldaqstant il-prosekutur qara x-xhieda li kienu taw meta l-każ kien fi stadju ta' kumpilazzjoni tax-xhieda. Jissokta l-ġimgħa d-dieħla bl-aħħar parti Fil-ħarġa tal-ġimgħa d-dieħla naraw il-ħames u l-aħħar parti ta' din is-serqa fejn b'aktar xhieda waqt il-ġuri kif ukoll il-verdett u s-sentenzi. Is-Supretendent Manwel Calleja li mexxa l-investigazzjonijiet - ritratt korteżija ta' Eddie Attard tal-ħalliel li talab il-proklama Mill-Qorti Immultat €850 wara li sejjaħ pulizja "taġen" PATRICK Sciberras ta' 37 sena minn San Pawl-il Baħar, ingħata l-liberta bil- kundizzjoni, filwaqt li kien immultat is-somma ta' €850 wara li allegatament sejjaħ Pulizja "frying pan". Sciberras tressaq b'arrest quddiem il-Maġistrat Charmaine Galea fejn ġie mixli li insulenta lill-Uffiċjal tal-Pulizija waqt li kien qed jaqdi d-dmirjiet tiegħu, li offenda l-morali pubblika bi kliem u b'ġesti. Meta mistoqsi mill-Ispettur Godwin Scerri jekk mhux minnu li huwa sejjaħ lill- Pulizija "hawn ja fraying pan" l-imputat innega. Fiona Muscat, li kienet qed takkumpanja lill-imputat qalet li huma kienu mexjin meta f 'ħin minnhom mutur tal-Pulizija għadda minn ħdejhom u waqaf. Qalet li fl-ebda ħin ma semgħet lill-akkużat jgħaddi xi kummenti lill-Pulizija, filwaqt li saħqet li dak il-ħin Sciberras ma kienx fi stat ta' sokor. Min-naħa tiegħu, l-Avukat Franco Debono qal li f 'dan il-każ il-Pulizija esaġeraw u ma kellhomx idaħħlu li tal-RIU u lill-Pulizija tad- Distrett. Qal li l-attitudni tal- Pulizija kellha tkun kelma biex tikkalma s-sitwazzjoni. Min-naħa tiegħu l-imputat apoloġizza u irtira kull kelma li setgħa qal madankollu, il-Qorti sabitu ħati u tatu l-libertà bil-kundizzjoni li ma jwettaqx reat ieħor fi żmien sena, filwaqt li mmultatu s-somma ta' €850. RAĠEL Eġizzjan ta' 50 sena u li ilu jgħix f 'Malta għal dawn l-aħħar 13-il sena, qed jnżamm taħt arrest preventiv, wara li tressaq b'arrest il-Qorti mixli li kkorrompa tliet minuri, li pparteċipa f 'attivitajiet sesswali magħhom u ikkommetta attentat vjolenti fuq il-pudur tagħhom. Il-Prosekuzzjoni qed tallega li dawn il-każijiet seħħew bejn l-2004 u l-2009, meta l-minuri kellhom bejn 8 snin u 13-il sena. L-Avukat difensur Benjamin Valencia għamel talba għall- ħelsien mill-arrrest madankollu l-Prosekuzzjoni oġġezzjonat bil-qawwa kollha minħabba n-natura tar-reati u l-fatt li l-minuru u xhieda oħrajn iridu jagħtu x-xhieda tagħhom. Il-Qorti ċaħdet it-talba tad-difiża u għaldaqstant l-imputat inżamm taħt arrest preventiv filwaqt li ordnat li ma jkunux ippubblikati l-ismijiet u d-dettalji f 'dan il-każ, biex tiġi protetta l-identità tal-vittmi. ILQORTI tal-Maġistrati ordnat biex in-negozjant Taljan Stefano Detassis li jinsab imfittex mill- awtoritaijiet Taljani biex jaffaċċja akkużi ta' frodi u parteċipazzjoni fi kriminalità organizzata, jiġi estradit lejn pajjiżu. Fis-sentenza tiegħu, il- Maġistrat Aaron Bugeja qal li ma hemm xejn milli jimpedixxi l-estradizzjoni ta' Detassis biex jaffaċċja l-akkużi fl-Italja. L-Avukat difensur Lorna Mifsud Cachia qalet li l-klijent tagħha informa lill-awtoritaijiet Taljani u Maltin li huwa kien f 'Malta. Min-naħa l-oħra, l-Ispettur Mario Cuschieri qal li l-Pulizija Maltija riċeviet mandat ta' arrest Ewropew għal Detassis liema mandat inħareġ f 'Awwissu li għadda. It-Taljan kien lokalizzat matul il-ġimgħa li għaddiet fl-appartament tiegħu f 'Paceville fejn kien arrestat immedjtament. Eġizzjan mixli li kkorrompa tliet minuri Negozjant Taljan jiġi estradit lejn pajjiżu Ritratti: ARKIVJI GWU

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 17 May 2015