Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/513063
Il-Ħadd 17 ta' Mejju 2015 | illum 33 SPORTSillum Meta Balzan kitbu l-istorja u kisbu post -Ewropa għall-ewwel darba JEKK kien hemm tim li kien ir-rivelazzjoni tal- Kampjonat BOV Premier matul dan l-istaġun, m'hemmx dubju li dan ma kien ħadd ħlief it-tim meqjus bħala żgħir, Balzan FC. Dan hekk ftit tal-jiem ilu huma aċċertaw ruħhom minn post awtomatiku fl-Ewropa permezz tar-raba' post fil- klassifika, għall-ewwel darba fl-istorja tagħhom. Dan il-ġurnal ma setax ma jagħmilx kuntatt ma' wieħed mill-imħuħ wara dan is- suċċess – il-kowċ ferm bravu u ħabrieki ta' Balzan FC, Oliver Spiteri, fejn tana iktar dettalji ta' x'għadda minnu dan it- tim matul dan l-istaġun, u x'inhuma l-aspirazzjonijiet tal- istess tim għall-futur ġejjieni. Huwa saħaq li: "Tista' tgħid li llum kull avversarju qed jirrispettana fil-grawnd, u ħafna mill- mertu huwa tal-plejers. L-għaqda li hemm fid- dressing room hija l-arma tagħna. Il-motivazzjoni u d-dedikazzjoni tal-plejers twassalna biex ikollna partiti u prestazzjonijiet tajbin. Il-President Onorarju Anton Tagliaferro huwa bniedem li jrid biss l-aħjar. Għandna relazzjoni tajba ħafna u għandna stima reċiproka lejn xulxin. Barra li jħobb il-klabb huwa wkoll l-ewwel partitarju taghna. Dejjem ikun warajna, kemm fit-tajjeb u wisq aktar fil-ħażin. Għalkemm joqgħod l-Awstralja, ta' spiss jiġi jarana nilagħbu u anki għat-taħriġ. L-importanza tal-preżenza tiegħu tinħass, għax kulhadd jaf li jrid jagħti l-massimu ta' dak li jaf. Għall-kampanja tat- trasferimenti ddeċidejna li niċċaqalqu kmieni kemm jista' jkun. Iż-żewġ plejers li akkwistajna, Terence Agius u Bojan Kaljevic, konna ilna nsegwuhom. Meta ġie l-ħin opportun u kellna l-permess mill-klabbs tagħhom, għalaqna mill-ewwel. Dan kollu jista' jiġri biss, jekk ikollok tim tajjeb miegħek. Peter Cipriott, George Borg u Timmy Gambin għenu ħafna fil-kampanja tat-trasferimenti. Dan kollu jsir bis-superviżjoni ta' Anton Tagliaferro. Il-president bena tim b'saħħtu bizzejjed biex jiġġieled mat-timijiet ta' fuq. Balzan qatt ma kienu f 'din il- pożizzjoni, jiġifieri ma' ta' fuq fil-klassifika, għalhekk kull partita għalina hija esperjenza ġdida u aktar ma nilagħbu logħbiet aktar inħossuna b'saħħitna u determinati li niksbu dak li rridu. Il-futur għal Balzan FC jidher li se jkun wieħed sabiħ. Hemm akkademja li għandha struttura tajba ħafna. Hemm ħafna plejers tal-futur. Fil-fatt it-tim ta' taħt id-19 -il sena, immexxi minn Jean Paul Desira, bħalissa jinsab fit-tieni post fil-klassifika, mingħajr telfa. Sitt plejers min dan it-tim, barra li ilhom jitħarrġu magħna mill-bidu tal-kampjonat, diġà lagħbu diversi logħbiet kemm fil- Premier kif ukoll fit-Trophy. Dan juri li x-xogħol li sar, sar b'attenzjoni u b'serjetà kbira. Dan ma jfissirx li se nieqfu hawn, anzi diġà bdejna naħsbu u naraw fejn nistgħu ntejbu u nsaħħu fuq dak li diġà għandna, biex b'hekk ikollna tim aktar kompetittiv li jkun jista' jilħaq it-tragwardi mixtieqa minn Balzan FC," temm jgħid Oliver Spiteri. Balzan FC - it-tim rivelazzjoni f 'dan l-istaġun u b'aspirazzjonijiet kbar għall- futur ġejjieni Tittella' b'suċċess it-Tieni Edizzjoni tal-MFPA Awards ILCAPTAIN ta' Hibernians Andrew Cohen rebaħ l-iktar unur prestiġjuż fuq bażi individwali meta rebaħ l-MFPA Best Player Award għall-istagun 2014/15. Hamza Barry ta' Valletta rebaħ l-MFPA Young Player award. Dawn l-unuri ġew imħabbra waqt is-serata annwali ta' l-MFPA ġewwa l-Lukanda Hilton Malta. Fl-avveniment organizzat mill-Malta Football Players Association kienu mistiedna plejers tal-Premier, kowċis u eks plejers, kif ukoll is- Segretarju Parlamentari, l-Onorevoli Chris Agius u l-Onorevoli David Agius sabiex jiċċelebraw dawn l-unuri prestiġjużi għall- istaġun 2014/15. Andrew Cohen rebaħ l-aqwa unur meta t-teknika, gowls u l-prestazzjonijiet tiegħu għenu sabiex Hibernians jiddominaw u jirbħu l-Kampjonat BOV Premier. It-tliet finalisti l-oħra kienu Edison Luis Dos Santos iktar magħruf bħala Tarabai, li qed jilgħab fil-Korea ta' Isfel, Jorge Pereira Da Silva, it- tnejn ta' Hibernians kif ukoll l-attakkant ta' Naxxar Lions, Gilmar da Silva Ribeiro. Andrew Cohen kien kuntent ħafna u ma setax jaħbi l-emozzjonijiet tiegħu meta ismu ġie mħabbar għall-aqwa unur hekk kif ivvutat milll- avversarji sportivi tiegħu. Dan l-unur kien ippreżentat mil-eks plejer internazzjonali u stilla ta' Valletta, Gilbert Agius. Ivvutat bħala l-aqwa plejer żagħżugħ, kien Hamza Barry ta' Valletta li matul dan l-istaġun, ikkonferma l-kwalitajiet u l-potenzjal li jippossjedi. Wieħed jista' jgħid li anki f 'età daqshekk żgħira, Barry huwa wieħed mill-aqwa barranin f 'pajjiżna. Noel Turner, eks internazzjonali u eks plejer ta' Sliema Wanderers, ippreżenta dan l-unur. Iż-żewġ plejers irringrazzjaw lill-MFPA, lill-plejers li vvutawlhom u lill-familji tagħhom tas-sapport kontinwu matul l-istaġun. L-MFPA Merit Award jingħata lil dawk li jkunu għamlu ġid kbir lill-futbol Malti. Ir-rebbieħ ta' din is-sena ma kien ħadd ħlief Fr Hilary Tagliaferro, li kien kummentatur tal-futbol u preżentatur. Fr Hilary Tagliaferro huwa kkunsidrat bħala l-fundatur tan-nurseries tal-futbol lokali u huwa l-Presdient tal-Malta Youth FA. Waqt li indirizza lill- mistednin wara li ġie mħabbar bħala r-rebbieħ, Fr Hilary, irringrazzja lill-MFPA tal- inizzjattiva, u kien kritiku wkoll għall-fatt li l-klabbs lokali jridu żieda fl-ammont ta' plejers barranin. Dan l-unur ġie ppreżentat mis-Segretarju Parlamentari, l-Onorevoli Chris Agius. L-unuri tal-MFPA Best XI ġew ippreżentati minn eks plejers tat-tim nazzjonali. Ernest Barry ippreżenta l-aqwa goalkeeper, Silvio Vella ppreżenta l-aqwa difensuri, Joe Brincat l-aqwa midfielders u Joe Zarb l-aqwa attakkanti. Fl-irwol ta' Segretarju Ġenerali tal-MFPA, Carlo Mamo indirizza l-mistiedna billi semma' d-diversi kisbiet sa issa kif ukoll il-pjanijiet futuri tal-assoċjazzjoni. Huwa rringrazzja lill-Kumitat Eżekuttiv tal-MFPA, lill- plejers, delegati tal-klabbs, ġurnalisti u sponsors. Is-Sur Mamo rringrazzja wkoll lill-uffiċjali tal-MFA li kienu responsabbli għar-riforma tal- Player Status, però kellu kliem iebes għall-fatt li fuq l-aġenda ta' din ir-riforma kien hemm iż-żieda fl-ammont ta' plejers barranin. Huwa ddikkjara li dan huwa ta' ħsara għat-tim nazzjonali, waqt li se jnaqqas l-opportunitajtiet ta' logħob lill-plejers Maltin. Din is-sena ġew introdotti wkoll tliet unuri ġodda. Alan Mario Sant rebaħ l-aqwa referee u ġie ppreżentat mill-eks referi, Lorry Sammut. Branko Nisevic kien ir- rebbieħ tal-aqwa kowċ, u ġie ppreżentat bl-unur mill-eks kowc tat-tim nazzjonali, Pippo Psaila. Unur ieħor ġdid kien dak tal-aqwa plejer tal-Ewwel Diviżjoni, li ntrebaħ mill- Arġentin, Ariel Laudisi ta' Pembroke Athleta. L-eks internazzjonali u eks plejer ta' Valletta, Leonard Farrugia, ippreżenta dan l-unur. Edison Luis Dos Santos iktar magħruf bħala Tarabai, li ngħaqad mal-klabb Sud Korean ta' Seoul E-Land ftit tal-ġimgħat ilu mingħand Hibernians, bagħat messaġġ irrekordjat permezz tal-video, li ġie mxandar waqt is-serata. Il-Brażiljan irringrazzja lill- MFPA u lill-plejers kollha li vvutawlu u nkoraġġixxa lill- plejers sħabu sabiex jaħdmu iebes u jirrispettaw lil kulħadd. Fl-aħħar wiegħed li xi darba għad jigi lura jilgħab Malta. L-MFPA ppreżentat ukoll donazzjoni lill-Puttinu Cares, fondazzjoni li tgħin lil tfal morda bil-marda qerrieda tal- kanċer, u lill-familji tagħhom. Wieħed mill-aqwa gruppi mużikali lokali Red Electrick kompla jsebbaħ is-serata bil- muzika mill-aqwa tiegħu. Is-serata annwali kienet ipprezentata minn Sarah Agius u Rodney Vassallo Il-lista kollha tar-rebbieħa tal-MFPA Awards 2014/15 huma: Best Player: Andrew Cohen (Hibernians) Best Young Player: Hamza Barry (Valletta) Merit Award: Fr. Hilary Tagliaferro (MYFA) Best 1st Division Player: Ariel Laudisi (Pembroke) Best Coach: Branko Nisevic (Hibernians) Best Referee: Alan Mario Sant L-MFPA ħabbru wkoll it-tim tas-sena skont kif ġie vvutat mill-plejers tal-Premier. L-MFPA Best XI huma: Goalkeeper: Henry Bonello (Hibernians) Wing Backs: Zach Muscat (Birkirkara), Clayton Failla (Hibernians) Central Defenders: Nikola Vukanac (Birkirkara), Rodolfo Soares (Hibernians), Andrei Agius (Hibernians) Midelders: Paul Fenech (Birkirkara), Andrew Cohen (Hibernians), Gilmar Da Silva Ribeiro (Naxxar) Strikers: Bojan Kaljevic (Balzan), Edison Dos Santos Tarabai (Hibernians)