Illum previous editions

illum 17 May 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/513063

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 35

Il-Ħadd 17 ta' Mejju 2015 | illum 31 SPORTSillum Josè Mourinho - Is-sigriet tas-suċċess ta' Chelsea LISTAĠUN li wasal biex jintemm huwa it-12 -il wieħed għal Chelsea minn mindu fis-sajf tal-2003, Roman Abramovich, xtara l-klabb mingħand Ken Bates u s-sidien misterjużi l-oħra li ħadd qatt ma rnexxielu jiskopri min kienu. F'dawn it-12-il staġun, Chelsea kellhom disa' managers differenti, b'Jose Mourinho jokkupa l-kariga għal żewġ perjodi differenti. Fl-era Abramovic, Chelsea rebħu erba' kampjonati, li minnhom tlieta ntrebħu taħt it-tmexxija ta' Jose Mourinho. Għalhekk jekk wieħed irid ifittex is-sigriet tas- suċċess ta' Chelsea f 'dan l-istaġun m'għandux fhiex jitfixkel. M'hemmx dubju li b'Mourinho fit-tmexxija Chelsea kellhom jew jirbħu l-Kampjonat Barclays Premier jew inkella jiġu qrib ħafna li jagħmlu hekk. Faċli li wieħed jgħid li s-suċċess ta' Chelsea fl- aħħar snin huwa dovut għall-flus ta' Abramovich imma filwaqt li m'hemmx dubju li mingħajr il-flus ma tistax tikkompeti, biex tirbaħ trid tkun taf tuża r-riżorsi li l-flus jippermettulek li jkollok. Kieku l-flus kienu kollox il-Manchester United dan l-istaġun kienu jiġru bil- Kampjonat, għaliex fis-sajf li għadda, għamlu nefqa rekord fl-istorja tal-futbol Ingliż. Apparti li fl-ewwel staġun ta' Abramovich, meta kważi f 'daqqa it- tmexxija l-ġdida bniet tim prattikament mill-bidu, in-nefqa kull staġun ta' Chelsea kienet waħda konsistenti u allura wieħed ma jistax ma jasalx għall- konkluzjoni li tabilħaqq huwa Mourinho li jagħmel id-differenza mhux il-flus ta' Abramovich. Interessanti wieħed janalizza l-punti miksuba fil-ħames staġuni minn Chelsea u l-avversarji diretti tagħhom meta Mourinho kien fit- tmexxija tal-klabb minn Londra. F'dan il perjodu, maqsum fi tnejn (2004/5 – 2006/7 u 2013/14 – 2014/15) Chelsea kisbu xejn inqas minn 434 punt. Fl-istess żmien Arsenal kisbu 367 punt, Manchester United 378 punt u Liverpool 353 punt. Fil-konfront mal- managers rivali tradizzjonali tiegħu, Mourinho rebaħ 20 punt iktar minn Ferguson fi tliet staġuni, 61 punt iktar minn Benitez, ukoll fuq tliet staġuni u 67 punt iktar minn Wenger fuq ħames staġuni. Fil-konfront ta' Manuel Pellegrini, f 'dawn l-aħħar żewġ staġuni Mourinho rebaħ 165 punt filwat li l-manager Ċilen ta' Manchester City kiseb disa' punti inqas. L-effett Mourinho ma nħassx biss meta hu kien mal-klabb imma t-tim li bena fit-tlett staġuni bejn l-2004/5 u l-2006/7 baqa' sostanzjalment l-istess għal ħafna snin u ġab diversi suċċessi għall-klabb fis-snin ta' wara. Bizzejjed wieħed jara li fit-tim li rebaħ iċ-Champions League fl-2012, is-sinsla tat-tim kienet għadha l-istess kif ħalliha Mourinho meta kien spiċċa minn manager fl-2007. Petr Cech bejn il-lasti bħala goalkeeper, John Terry u Ashley Cole fid-difiża, Frank Lampard, Jon Obi Mikel u Florent Malouda f 'nofs il-grawnd u Didier Drogba u Salamon Kalou fl-attakk. Jekk wieħed jaqra l-awtobijografiji ta' plejers li lagħbu taħt Mourinho, dak li jkun jibda jifhem ftit is-sigriet tas-suċċess ta' Chelsea. L-ewwel ħaġa u qabel kollox jiġi t-tim. Ħadd mhu importanti iktar mit-tim u kulħadd huwa mistenni li jagħti l-100% għat-tim. Imbagħad hemm il- preparazzjoni. Kull plejer u kull tim avversarju jiġu analizzati bir- reqqa u b'hekk il-plejers ta' Mourinho ikunu ppreparati għal kull eventwalità li tista' tinqala' waqt logħba. M'hemmx sorpriżi. Tajjeb kemm hu tajjeb l-avversarju, il-plejers dejjem ikunu ppreparati. L-akbar sorpriża li kienu ħadu l-plejers ta' Chelsea fl- ewwel sena ta' Mourinho kienet mhux kif jipprepara għal kontra t-timijiet il-kbar imma wkoll għal kontra timijiet minn diviżjonijet iktar baxxi kemm fl-FA Cup kif ukoll fil-League Cup. Ħaġa oħra li jaħdem fuqha ħafna Mourinho hija l-kunfidenza. Iġiegħel lill-plejers tiegħu jemmnu fihom infushom, fi sħabhom, fit-tim u fl- istess manager. B'hekk il-plejers iktar jaċċettaw id- deċiżjonijiet tiegħu u iktar ikun disposti jeżegwixxu l-ordnijiet tiegħu. Fl-aħħar iżda żgur li mhux l-inqas, Mourinho huwa l-ispeċjalista tat- team spirit. Sa mill-ewwel ġurnata li jkunu miegħu, idaħħal f 'moħħ il-plejers l-importanza li jaġixxu bħala grupp. Filwaqt li jagħti importanza kbira lill-individwu, huwa jemmen li jirbaħ dejjem, jew kważi dejjem. Tim tajjeb huwa dak li l-plejers tiegħu lesti li jiġġieldu sal-aħħar minuta għal xulxin. Jekk wieħed jara r-reazzjoni tal-plejers tat- timijiet kollha li mexxa Mourinho wara xi rebħa importanti jinduna li s-saħħa mhix qiegħda biss fil-ħila tal-individwi imma speċjalment fl-għaqda tal- grupp. Meta jgħaqqad dawn l-affarjiet kollha flimkien allura imbagħad ir-riżultat huwa dak li Mourinho ikun jista' joħloq tim dixxiplinat tattikament u flessibbli bizzejjed, biex jaddatta ruħu għal kull ċirkostanza u partita. Faċli wieħed jakkuża li Mourinho hu difensivist imma l-istatistika tat- timijiet li bena tul il- karriera tiegħu jixhdu mod ieħor. Ħafna drabi t-timijiet tiegħu jispiċċaw bħala l-aqwa skorers tal-kampjonat u bl-aqwa differenza ta' gowls. Għall-kuntrarju li jgħidu ħafna, Mourinho, qatt ma ħonoq lill-plejers kreattivi li kellu. Ibda minn Deco miż-żmien meta kien ma' Porto u tista' tkompli b'lista twila ta' plejers li tinkludi lil Frank Lampard, Wesley Sneijder, Michael Ballack, Cristiano Ronaldo, Arjen Robben, Xabi Alonso u Eden Hazard. Bħal ħafna affarjiet is- suċċess huwa frott tax- xogħol iebes u l-plejers ta' Mourinho tul is-snin, kienu f 'liema kampjonat kienu, urew li lesti jagħmlu dan. Is-sigriet tas-suċċess huwa dak li jirnexxielu jipperswadi plejers famużi u stabbiliti li jimxu fid-direzzjoni li jtihom, għalkemm ħafna drabi din ma tkunx l-iktar waħda faċli jew ovvja. AĦBARIJIET ONLINE .cOm.mT Josè Mourinho - bla dubju wieħed mill-aqwa kowċis li pproduċa l-futbol mondjali f 'dawn l-aħħar snin

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 17 May 2015