Illum previous editions

illum 17 May 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/513063

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 35

4 illum | Il-Ħadd 17 ta' Mejju 2015 Il-bini t'università ġdida fiż-Żonqor . . . Kulħadd jaqbel mal-proġett u kulħadd jaqbel li ma tinħelix art verġni CHRISTA BOFFA AKTAR ma jgħaddi ż-żmien mill-proposta tal-Gvern Laburista għal Università ġdida, proġett li hu ppjanat li jkopri mad- 90,000 metru kwadru ta' art fiż-żona magħrufa bħala taż-Żonqor, liema medda ta' art tinsab barra miż- żona tal-iżvilupp, aktar qed nisimgħu x'inhi l-opinjoni ta' bosta dwar dan il- proġett. Il-gazzetta ILLUM tat ħarsa lejn xi wħud minn dawn l-opinjonijiet. Silvio Parnis Chairman tal-Kunsill Konsultattiv għan-Nofsinhar ta' Malta Università ġdida li ser tħalli mpatt pożittiv fin- naħa ta' isfel ta' Malta. Ma nistgħux inwarrbu dak li qed jgħidu l-NGOs. Nemmen li t-taħlit fl-ideat li ser jkun hemm bejn student Maltin u barranin ser tfisser li ser jkun hemm mentalità edukattiva tal-ogħla livell. Ser ikun hemm tibdil fil-mentalità, ser toħloq l-impjiegi. Żgur li 4,000 student se jagħmel id-differenza u ser inqajmu l-ekonomija fin-naħa t'isfel ta' Malta. In-naħa t'isfel ta' Malta tul iż-żmien ra il-bidu tat-tarzna u tas-shipbuilding, power station, żoni industrijali, Freeport, riċiklaġġ, impjant ta' Barkat u tankijiet taż-żejt fost oħrajn. Illum qed naraw bidu ta diskussjoni fuq università. Fil-ġimgħat li ġejjin ser tkompli l-konsultazjoni pubblika dwar dan il-proġett finalment quddiem il-Mepa. Proġett li ħoloq xi ftit tal- kontroversja, nemmen li bl-ideat ta' xulxin inkunu nistgħu naraw kif nersqu lejn dan il-proġett li grazzi għall- Gvern ser jigi fin-Nofsinhar ta' Malta. Nifhem li huwa proġett sensittiv fejn jidħol l-ambjent u rridu, u hekk qed nagħmlu, nisimgħu dak kollu li qed jgħidu kull wieħed u waħda minnha. Simon Busuttil Kap tal-Oppożizzjoni u tal- Partit Nazzjonalista Ir-rwol tal-MEPA hu li tħares u tipproteġi l-ambjent u mhux li tkun hi stess li tipproponi l-bini f 'żoni meqjusa bħala ODZ – barra l-iżvilupp. B'dan l-atteġġjament, il- MEPA skwalifikat lilha nnifisha milli tkun awtorità indipendenti. Għalkemm aħna favur kull investiment fl-edukazzjoni, din l-università għandha tinbena post ieħor fejn ma ssir ebda ħsara lill-ambjent. Marlene Farrugia Deputat Parlamentari Laburista Fil-kuntest tad-dibattitu fuq iż-Żonqor, jien kull ma qed ngħid huwa illi l-investiment fl-edukazzjoni fin-naħa tagħna għandu jsir fi nħawi diġa żviluppati jew bini eżistenti. Irrid li l-art u l-kosta tibqa' titgawwda fis-sbuħija naturali tagħħa mill-Maltin kollha. Tibilgħux il-lixka li ser jagħtukom biċċa park, għax il-park huwa kollu kemm hu tagħkom kif inhu. Tibilgħux is-sunnara għax jgħidulkom li żdingat, il-Gvern u min għandu l-art obbligat li jindokra l-art , mhux l-inqas bit-taxxi tagħkom. U dan l-aħħar beda jintefa' aktar terrapien biex jidher ikraħ u mgerrfex. Biex taraw il-qerq! La tħallux lil min ibellgħalkom ir-ross bil- labra. Investiment fin-naħa t'isfel ta' Malta rriduh għax jixirqilna bil-kbir meta tqis li aħna c-Cindirella tal- kumplament tal-pajjiż. Imma rridu nvestiment li jsebbħilna dak li għandna, ifejjaq u jaħbilna l-ġrieħi ambjentali li għadna nsofru u fuq kollox iħarsilna l-ġmiel naturali li baqgħalna. Kunsill Studenti Universitarji Il-KSU huwa diżappuntat li l-Gvern Malti ħabbar il-pjanijiet għal dan il-proġett mingħajr konsultazzjoni pubblika wiesgħa mal-entitajiet kollha konċernati, bdiewa u organizzazzjonijiet non- governattivi fost oħrajn. Ta' min jgħid li l-entitajiet imsemmija ġew konsultati biss fl-aħħar fażi tan- negozjati, liema diskussjoni kienet karatterizzata minn nuqqas ta' informazzjoni. Barra minn hekk, il-KSU jistaqsi għalfejn ma jsirx Environmental Impact Assessment (EIA) dettaljat fuq is-sit in kwistjoni wara sottomissjoni ta' Project Development Statement biex wieħed janalizza u jikkwantifika l-impatt ambjentali ta' dan l-iżvilupp fuq s-sit.Agħar minn hekk, il-KSU jinnota ksur flagranti tal-prinċipji u l-policies tal-MEPA bil- barka tal- istess MEPA, organu instituzzjonalizzat propju biex jassigura s-sostenibbilta', u għalhekk jesprimi d-diżappunt tiegħu. Minkejja li l-KSU jilqa' b'sodisfazzjon l-investiment dirett barrani bi tbassir li dan se jkompli jkabbar l-ekonomija ta' pajjiżna, il-KSU jemmen li wasal iż-żmien biex l-aspett ambjentali jibda jingħata l-kunsiderazzjoni li tixraqlu, u dan billi nagħrfu li l-gżejjer tagħna ma jifilħux aktar żvilupp bla kontroll, bosta drabi għad- detriment tal-kampanja limitata tagħna. FKNK L-FKNK tappella lill-Gvern, kif ukoll lill-Awtorità Maltija għall-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) biex jassiguraw li jsir l-assessjar tal-impatt kollu meħtieġ, sabiex l-opportunità għall-iżvilupp fl-edukazzjoni ma jintilfux, iżda mingħajr ma dawn joħolqu dannu rriversibbli lill-ambjent naturali tagħna. Iż-żona fejn hi proposta li tinbena l-università

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 17 May 2015