Illum previous editions

illum 5 july 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/537303

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 35

2 illum | Il-Ħadd 05 ta' Lulju 2015 SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is-soluzzjoni tkun pubblikata nhar il-Ħadd li ġej. Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda 38 42 24 11 73 9 10 64 REGENT Pharmacy, 70, Triq Merkanti, Valletta LISTER Pharmacy, 678, Triq il-Kbira San Guzepp, Ħamrun DRUGSHOP Dispensary, Vjal De La Cruz, Qormi BROWN'S Pharmacy, 32, Triq Fleur- de-Lys (previously "Fleur de Lys Pharmacy"), Birkirkara BROWN'S Pharmacy, Shop 10, Yacht Marina Apartments, Triq il- Marina, Pietà SPIŻERIJA Kappara, Żbibu Lane, San Ġwann STELLA Maris Pharmacy, 34, Milner Street, Sliema MEDICA Pharmacy, Triq in-Naxxar, Balzan MĠARR Pharmacy, Triq il-Kbira C/W Triq Vitale, Mġarr BROWN'S Pharmacy, 69, Triq George Borg Olivier (previously "Karizia Drugstore"), Mellieħa ST. Monica Pharmacy, 157, Triq Santa Monica, Paola VERDALA Pharmacy, 57, Triq il- Gendus, Bormla FGURA Pharmacy, Triq Il-Koppla, Fgura MEDICAID Pharmacy, 62, Vjal it- Torri, Gudja SALUS Pharmacy, 21, Misraħ ir-Re- pubblika, Żurrieq SPIŻERIJA Ħal-Mula, Triq Dun Salv Ciappara, Żebbuġ IDEAL Pharmacy, 63, Triq il-Kbira, Rabat TAĊĊAWLA Pharmacy, Triq 7 ta' Ġunju 1919, Victoria LAURETANA Pharmacy, 36, Triq l-Imgarr, Għajnsielem L-OGĦLA: 32˚Ċ L-INQAS: 21˚ Ċ TEMP: Sabiħ, lokalment ftit imsaħħab għall-ewwel VIŻIBILITÀ: Tajba RIĦ: Punent għall-Majjistral forza 2 għal 3 li jsir lokalment forza 3 għal 4 wara nofsinhar, u jsir forza 2 għal 3 mill-Majjistral, filgħaxija BAĦAR: Ħafif IMBATT: Ftit li xejn TEMPERATURA TALBAĦAR: 23 °C L-OGĦLA: 32˚Ċ L-INQAS: 21 Ċ TEMP: Sabiħ, lokalment ftit imsaħħab filgħodu VIŻIBILITÀ: Tajba RIĦ: Tramuntana għall-Majjistral forza 2 għal 3 lokalment forza 3 għal 4 għall- ewwel, li jdur mill-Punent Majjistru forza 3 għal 4 BAĦAR: Ħafif IMBATT: Ftit li xejn Domanda kbira għal djar ta' kwalità Ikompli minn paġna 1 DAWN il-kummenti kienu kkonfermati wkoll minn ħaddiem tal-istess kumpanija Aaron Borg li spjega kif bħalissa hemm problema biex tintlaħaq id-domanda fil-qasam tal-kiri, speċjalment f 'ċert żoni bħal Tas-Sliema u San Ġiljan. Ma' dan il- ġurnal Salt qal li llum huwa prattikament impossibbli li wieħed jikri f 'dawn il- lokalitajiet jekk mhux bi prezz għoli ħafna, xi ħaġa li qed twassal biex is-suq tal-bejgħ u kiri qed jinfirex lejn żoni oħrajn bħas- Swatar, l-Imsida, Swieqi u San Ġwann. Borg spjega kif anke fi rħula tradizzjonalment residenzjali qed tikber id-domanda għal proprjetà għall-kiri. Huwa spjega kif bħalissa l-aġenti qed "jibkulhom" biex jirrilaxxaw aktar proprjetà li wara toħroġ għall-kiri. L-iskema tal-Gvern kabbret id-domanda Mill-kummenti ta' Salt jidher ċar illi l-inċentiva tal-Gvern imħabbra f 'żewġ baġits konsekuttivi għal dawk li jixtru proprjetà għall-ewwel darba qed tħalli l-frott mixtieq. Fil-fatt, kemm Salt kif ukoll Borg semmew din l-inizjattiva bħala waħda mill-fatturi li wasslu għal tkabbir fid-domanda għal aktar nies li jixtiequ jixtru proprjetà. Jidher ukoll illi l-fattur ta' ekonomija b'saħħitha u aktar flus fl-idejn qed tgħin biex koppji u persuni Maltin kif ukoll barranin ifittxu li jixtru jew jikru. Mistoqsi minn l-ILLUM x'tip ta' proprjetà qed ifittxu n-nies Borg qal li bħalissa hemm domanda partikolari għal proprjetà "ta' kwalità," li jfisser dik li tkun ta' ċerta daqs u li jkollha ċerta finishings u li minnha hemm numru limitat. Fis-South għandna iktar klijenti minn proprjetà Jidher li din ix-xejra ta' domanda li mhux qed tintlaħaq mhux esklussiva għal ċertu żona tal-pajjiż, fil-fatt f 'kuntatt li dan il-ġurnal għamel mal-maniġer tal-uffiċċju ta' Remax fil-Fgura dan spjega kif is-suq tal-bejgħ u kiri tal-proprjetà għaddej b'ritmu qawwi ħafna. Coleiro spjega kif l-aħħar darba li jiftakar li s-suq kien għaddej daqshekk tajjeb kien lura għas-sena 2000, jiġifieri 15-il sena ilu. L-ILLUM staqsa lil Coleiro biex jindika liema lokalitajiet qed jaraw ħafna negozju ta' proprjetà fin-naħa t'isfel bir-risposta tkun li l-aktar postijiet popolari bħalissa huma Wied il-Għajn, il-Qrendi, l-Imqabba u ż-Żurrieq, fost l-oħrajn. Salt qablu semma' l-Kottonera, b'Coleiro jikkonferma l-interess għalkemm isostni li d-domanda hawnhekk hija l-iktar minn barranin u għadha iktar baxxa minn żoni oħrajn. Domanda għal koki u ħaddiema fit- turiżmu Settur ieħor li bħalissa qed jara riżultati tajbin huwa t-turiżmu fejn din is-sena huwa mistenni li jinkiser ir-rekord tas-sena l-oħra kemm fin-numru ta' turisti li ġew pajjiżna, fl-iljieli li jqattgħu kif ukoll fin-nefqa. F'dan is-settur jidher li mhix il-proprjetà li qiegħda daqshekk f 'domanda iżda l-impjiegi. Il-Lukandier Michael Zammit Tabona meta kkuntattjat minn dan il-ġurnal sostna li bħalissa l-pajjiż qed jipproduċi ftit wisq koki meta tqis kemm il-negozju relatat mat- turiżmu u ristoranti qegħdin jiftħu. Mistoqsi jekk dan hux qed jiġri minħabba pagi baxxi fis-settur huwa ċaħad u fakkar kif il-paga ta' kok professjonali hija tajba ħafna, mhux biss f 'Malta iżda wkoll f 'pajjiżi oħrajn. Fakkar kif persuna tkun trid tattendi kors f 'pajjiżna biex imbagħad ikollha esperjenzi barra mill- pajjiż, anke fl-aqwa ristoranti fl-Ewropa. Ma' dan il-ġurnal huwa saħaq li hemm ukoll nuqqas ta' impjiegi oħrajn f 'dan is- settur fosthom ta' chambermaids u waiters. Indikaturi ekonomiċi fl-ewwel xhur tal-2015 • Żieda 4% fil-GDP • Tkabbir ta' 12% fis-servizzi finanzjarji • €23.6 miljun iktar f'konsum privat • 2,300 aktar nies b'impjieg meta mqabbel mal-2014 • Jonqos b'€139 miljun id-dejn tal-Gvern • B'5,300 l-anqas rata ta' qgħad f'20 sena • Il-qgħad fost iż-żgħażagħ naqas b'4% • Żieda ta' 7.7% fit-turisti • Żieda ta' 12% fl-esportazzjoni lejn pajjiżi barra l-UE • Żieda ta' €29 miljun fl-ispiża kapitali

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 5 july 2015