Illum previous editions

illum 5 july 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/537303

Contents of this Issue

Navigation

Page 17 of 35

18 illum | Il-Ħadd 05 ta' Lulju 2015 Ġ ew f 'idejja l-Atti ta' konvenju Nazzjonali tas-Sindakat Liberu tal-awturi Taljani fl-1979 f 'Ruma. Kienu ħadu sehem 31 awtur, tlieta minnhom nisa. Essenzjalment kien espost l-argument li l-kawża tal- valuri morali, li tagħha l-kultura hi portatriċi, qatt m'għandha tkun sottoposta għall-interessi tal-poter politiku. Waħda mill- preżentazzjonijiet l-aktar interessanti kienet dik li ppreżenta Domenico Volpi f 'isem il-Gruppo di Servizio per la Letteratura Giovanile (AGSLG). Kien suġġerit li fl-iskejjel ikunu introdotti serje ta' inkontri mal-awturi fejn jieħdu sehem mhux biss l-istudenti, imma anki l-għalliema, il-ġenituri, il-kritiċi tal-letteratura u l-librara lokali. F'sena waħda biss, din l-esperjenza laħqet 10,000 student/a f 'diversi lokalitajiet fl-Italja. Il- ktieb ħa spinta enormi 'l quddiem u l-qari ma baqax biss xi ħaġa "episodika." L-esperjenza tal-ktieb ma baqgħetx waħda formali iżda l-animazzjoni wasslet lill-awturi biex jagħtu tifsira ġdida lill-idea tal-"pont letterarju", b'lingwaġġ u kontenut validu, għaż-żgħar, għall-kbar u għall-anzjani. Mhux diffiċli li Malta tinvesti f 'esperjenza kulturali bħal din. Teħtieġ, madankollu, fidi u rieda tajba. Il-qari m'hemmx għalfejn imut, lanqas fl- epoka elettronika. PILOTAĠĠ KONTRA L-KORRUZZJONI Fil-ftuħ tal-Assemblea tal-Isqfijiet Taljani f 'Ruma f 'Ġunju, il-Papa Bergoglio reġa' kkundanna l-pjaga tal- korruzzjoni u ħeġġeġ biex l-isqfijiet jagħmlu l-istess. Ħeġġeġ biex ikunu sensibbli għall-immoralità tal-poter f 'idejn il-politiċi u dawk qrib tagħhom. Bħalissa, fil-perċezzjoni taċ-ċittadini komuni, Malta qed tegħreq fil-korruzzjoni. Il-klassi politika tinsab magħluqa fit-torrijiet rispettivi tal-battalja bi- partitika. Ħalli ma ninħbewx wara subgħajna: Malta għandha l-mafja tagħha u teħtieġ il-piloti morali biex jerfgħu l-pajjiż mill-korruzzjoni, mis-sintomi tal-imgħoddi u tal-lum. Imma l-appell tal-Papa Arġentin biex l-Isqfijiet jikkundannaw il- korruzzjoni, għal Malta ma tgħoddx: għall-Arċisqof Charles Scicluna qisu mhu qed jiġri xejn. L-unika ħaġa li qal hi li m'għandux isir stupru tal-art fil-ponta taż- Żonqor. Imma nesa jsemmi n-narrattiva kollha dwar kemm saru sfreġji fil-passat. L-Arċisqof ta' Malta żgur mhux il-vescovo pilota. Minflok joħroġ jgħajjat kontra l-korruzzjoni, jippreferi joqgħod jiekol bil-kwiet kollu t-torti li tagħmillu ommu. MHUX L-ODZ BISS Hemm overkill fil- media dwar l-ODZ. Hemm sfigurament fil- kampanja imma hemm dak ukoll li ħadd mhu jsemmi. L-iżviluppaturi u l-esplojtaturi ħonqu lil Malta b'torrijiet-monstri forma ta' kaxxi bla gost ta' xejn, basta jagħmlu investimenti finanzjarji enormi u bla rażan. Gżira tal-kruhat. Ma jistgħux jaraw dar qadima f 'inħawi bħal Tas-Sliema li ma jdaħħlux il-gafef u l-bawsers tal-konkrit. Malta nbidlet f 'ġungla tal- konkos u l-planki bil-barka tal-MEPA. It-triqat fgati bir-riħa tal-fjuwil. Ipprova asal minn Tas-Sliema sal- Gżira. Għandek tal-inqas nofs siegħa. Tilħaq tasal Sqallija. Il-ħmieġ u t-tniġġis mill-ekżost jifgak. Ipprova għaddi minn Rue d'Argens jew Triq tas-Sliema. Imma għid lill-Front ODZ iħallu l-karozzi privati tagħhom warajhom u jużaw tal-linja u tara xi jkun ir- riżultat. IL-MISSJONI U L-BANALITÀ Il-Maltin u l-Għawdxin reġgħu wrew il-ġenerożità tagħhom meta nġabru eluf ta' flus biex jinxtraw jerry cans speċjali u ġeneraturi għall-iskejjel tal-missjoni mmexxijin mis-sorijiet Maltin. Is-solidarjetà ntweriet ukoll permezz ta' xandir koordinat bejn it- tliet stazzjonijiet ewlenin. Iżda żgur li l-ġbir ta' flus mit-telefonati ma kellux jispiċċa f '"konkors" bejn in- Nofsinhar u t-Tramuntana ta' Malta. L-entużjażmu tal- preżentatur Joseph Chetcuti spiċċa biex ibbanalizza x-xandira li suppost kellha tqanqal il-kompassjoni tat- telespettaturi, mhux tiċċajta bl-ammonti ta' flus li bdew jagħtu dawk tal-Kottonera u dawk tal-Mosta. Għaliex f 'kollox għandu jintilef is-sens ta' dinjità għall-popoliżmu? Xi ħaġa hekk żgur mhux se taraha fil-maratoni tar-RAI. MEDIASPOT MINN MARIO AZZOPARDI KULTURA, POTER U LIBERTÀ

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 5 july 2015