Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/537303
4 illum | Il-Ħadd 05 ta' Lulju 2015 ACCESS TO EMPLOYMENT – REMOVING BARRIERS TO EMPLOYMENT – We think you'll like what's coming, because we've changed the rules and made it easier than ever before to qualify for Employment Aid: You open your job doors to those who are more challenged and we will pay you a subsidy of €85 per week per new recruit for 26 weeks or for 52 weeks or for 104 weeks, or a subsidy of €125 per week for as many as 156 weeks in the case of registered disabled persons. Contact us on telephone number 2220 1399 or email address a2e.etc@gov.mt GRANTS TO PROMOTE NEW EMPLOYMENT FOR REGISTERED DISABLED PERSONS: AS FROM 1ST JUNE, 2015. FOR OTHER GROUPS: COMING SOON www.etc.gov.mt Twissija ta' attakk terroristiku fil-Mediterran It-Tuneżija tiddikjara stat ta' emerġenza SKONT sorsi mill-militar Taljan l-Interpol għamlet twissija ta' attakk terroristiku fil-Mediterran. Is-sorsi Taljani qalu li għalkemm qed jieħdu din it-twissija b'serjetà kbira huma għandhom id-dubji serji tagħhom ta' kemm fil- verità se jsir attakk mill-baħar fuq Sqallija. Minkejja dan l-ISIS kienu ddikjaraw li huma mistennija li jibdew gwerra sħiħa u jimlew il-Libja minn fejn jitilqu għall- Mediterran li jwassalhom għall-Ewropa. Huwa mifhum li dawn jixtiequ illi jieħdu l-okkażjoni ta' baħar kalm u t-temp sabiħ tas-sajf biex ikunu jistgħu jaqsmu l-baħar flimkien ma' eluf ta' immigranti oħrajn. Huma kienu indikaw ukoll li ħafna mill-persuni Ġiħadisti li se jkunu qed jaqsmu l-baħar huma ġejjin mill-Iraq u mis- Sirja. Għal dawn l-aħħar xhur kien hemm ħafna inkwiet u tħassib madwar l-Ewropa kollha, mhux l-inqas f 'Malta dwar il-fatt li s-sitwazzjoni fil-Libja tant hija fluwida li tista' twassal biex il-pajjiż b'kosta enormi ssir bejta ta' terroristi, kriminali u estremisti. B'żewġ gvernijiet, wieħed ta' Tobruk u ieħor ta' Tripli, huwa diffiċli ħafna għall- Gvernijiet internazzjonali li jikkomunikaw mal-pajjiż, anke jekk huwa l-Gvern ta' Tobruk li huwa rikonoxxut. Intant f 'pajjiż ieħor qrib il- Libja, it-Tuneżija kien dikjarat stat ta' emerġenza ftit jiem wara li seħħ attakk terroristiku li ħalla lil madwar 38 persuna mejta. B'hekk il-bajjiet Tuneżini dan is-sajf minflok turisti se jkun miksi b'pulizija jagħmlu r-rondi u jgħassu. Il-Prim Ministru Tuneżin Habib Essid ammetta li l-Gvern tiegħu u l-Pulizija ma kinux veloċi biżżejjed biex jieħdu azzjoni u dan minkejja li l-persuna li kienet akkużata li sparat lejn in-nies f 'lukanda issa nqabdet. Seifeddine Regzui li kien akkużat b'dan l-attakk huwa mifhum li ħa l-"edukazzjoni" ta' terrur tiegħu fil-Libja. Din hija t-tieni darba li t-Tuneżija ddikjarat stat ta' emerġenza wara l-2011.