Illum previous editions

illum 5 july 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/537303

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 35

Il-Ħadd 05 ta' Lulju 2015 | illum 27 SPORTSillum SPORTSillum Hamilton jirbaħ it-8 pole position minn 9 ġewwa pajjiżu l-Ingilterra LEWIS Hamilton rebaħ il-pole position li saret ilbieraħ ġewwa pajjiżu, l-Ingilterra. Rimarkabbli huwa l-fatt li din kienet it-tmien pole position minn disgħa li s-sewwieq bravu Brittaniku rnexxielu jirbaħ matul dan l-istaġun. Din kienet ukoll is-46 pole position li rnexxielu jirbaħ Lewis Hamilton, fil-karriera formidabbli tiegħu fil-Formula 1. Bħalissa s-sewwieq Brittaniku jinsab fil- quċċata tal-klassifika tas-sewwieqa b'169 punt, 10 punti vantaġġ fuq sieħbu fuq Mercedes, Nico Rosberg. Madankollu, f 'kummenti li għadda lill-media sportiva fil-jiem li għaddew, Hamilton saħaq li tabilħaqq l-akbar rivali tiegħu fil-Kampjonat tal-Formula 1, mhuwa ħadd ħlief Nico Rosberg. Hamilton kompla li jekk huwa ma jkunx qed jirbaħ it-titlu finali, jippreferi li jirbħu xi sewwieq ieħor, iżda żgur li mhux sieħbu fuq Mercedes, Nico Rosberg. Kollox qed jindika li l-battalja biex jintrebaħ il-Kampjonat ta' dan l-istaġun se tkun bejn dawn iż-żewġ sewwieqa ta' Mercedes. Intant, dawn huma l-pożizzjonijiet li minnhom se jkunu qed jibdew is-sewwieqa rispettivi tal-F1, illum, fil-GP tal-Ingilterra, fiċ- ċirkwit ta' Silverstone, kif ukoll il-ħin li huma rnexxielhom jiksbu fil-pole position, fl-istess ċirkwit: Lewis Hamilton jifraħ wara li rnexxielu jikseb is- 46 pole position fil-karriera tiegħu f 'Silverstone British Grand Prix Qualifying Positions Pożizzjoni Sewwieq Tim Ħin 1 Lewis Hamilton (Gbr) Mercedes GP 1min 32.248secs 2 Nico Rosberg(Ger) Mercedes GP 1:32.361 3 Felipe Massa(Bra) Williams 1:33.085 4 Valtteri Bottas(Fin) Williams 1:33.149 5 Kimi Raikkonen(Fin) Ferrari 1:33.379 6 Sebastian Vettel(Ger) Ferrari 1:33.547 7 Daniil Kvyat(Rus)Red Bull 1:33.636 8 Carlos Sainz(Spa) Scuderia Toro Rosso 1:33.649 9 Nico Hulkenberg(Ger) Force India 1:33.673 10 Daniel Ricciardo (Aus) Red Bull 1:33.943 11 Sergio Perez(Mex) Force India 1:34.268 12 Romain Grosjean(Fra) Lotus F1 Team 1:34.430 13 Max Verstappen(Ned) Scuderia Toro Rosso 1:34.502 14 Pastor Maldonado(Ven) Lotus F1 Team 1:34.511 15 Marcus Ericsson(Swe) Sauber-Ferrari 1:34.868 16 Felipe Nasr(Bra) Sauber-Ferrari 1:34.888 17 Fernando Alonso(Spa) McLaren 1:34.959 18 Jenson Button(Gbr) McLaren 1:35.207 19 Will Stevens(Gbr) Manor Marussia F1 1:37.364 20 Roberto Merhi(Spa) Manor Marussia F1 1:39.377 Lewis Hamilton fl-azzjoni fiċ-ċirkwit ta' Silverstone, fl-Ingilterra

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 5 july 2015