Illum previous editions

illum 5 july 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/537303

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 35

8 illum | Il-Ħadd 05 ta' Lulju 2015 "Lil ibni ridt kollox, anke Mill-Qorti RAĠEL li kien allega li ssawwat mill-Pulizija minħabba li kien qiegħed ipejjep ġo bar ingħata sentenza sospiża wara li ammetta li l-allegazzjonijiet ma kinux vera. Etienne Caruana mill-Iklin kien imressaq quddiem il- Maġistrat Ian Farrugia iżjed kmieni din il-ġimgħa, akkużat li attakka pulizija, għamel rapport falz fuq il-pulizija, m'obdiex ordni leġittima ta' pulizija u li kkommetta sperġur. Kien ukoll akkużat li kiser il-paċi pubblika u pejjep ġo stabbiliment pubbliku. Irriżulta li l-investigazzjoni tal-Pulizija bdiet wara li omm Caruana kienet kitbet ittra lill-Kummissarju tal-Pulizija Michael Cassar, fejn allegat li binha kien issawwat, bi ħruxija kbira, mill-pulizija ġo Paceville fl-Ewwel tas-Sena. Fl-ittra, l-omm spjegat kif Caruana kien avviċinat minn pulizija barra bar f 'Paceville għall-ħabta tal-5am nhar l-1 ta' Jannar u talab id-dettalji tiegħu "għax kien qed ipejjep." Ir- rakkont ikompli billi jiddiskrivi kif f 'daqqa waħda l-pulizija kienu tefgħu lill-ġuvni ġo vann fejn sawtuh u wara tefgħuh f 'nofs ta' triq. Caruana qal li kien sofra laċerazzjonijiet f 'rasu u tbenġil fil-kustilji, fost ġrieħi oħra. L-omm sostniet li kienet tkellmet ma' diversi xhieda, li kollha kienu qalulha li kien hemm diversi persuni li kienu qed ipejpu dak il-ħin u li l-pulizija kien għażel li jaqbad miegħu għax "sabuh fis-sakra, ta' statura żgħira u riedu jagħmlu eżempju bih." Iżda inkjesta maġisterjali kienet stabbiliet li kien Caruana li aggredixxa l-pulizija u li kien gideb lil ommu xħin saqsietu fuq il-ġrieħi li kellu. Biex ma jinkixifx, kellu jkompli jigdeb tant li saħansitra spiċċa jigdeb taħt ġurament fil-Qorti. Caruana ammetta l-akkużi u ngħata sentenza ta' sentejn ħabs sospiżi għal erba' snin, kif ukoll ġie mmultat €1,200. Flimkien ma' dawn, il-Qorti poġġiet lil ħati taħt ordni ta' interdizzjoni ġenerali għal ħames snin. Allegazzjonijiet foloz ta' swat Mhux ħatja li serqet ħames kameras tar-ritratti MATTHEW AGUIS ALBERT GAUCI CUNNINGHAM F'DAWN l-aħħar snin saru ħafna diskussjonijiet dwar liġijiet għal aktar ugwaljanza u biex persuni omosesswali jkunu jistgħu jifformalizzaw ir-relazzjoni tagħhom bl-istess mod li tista' tagħmel koppja eterosesswali. Il-pajjiż tela' fil-quċċata tal-lista ta' pajjiżi li għandhom leġiżlazzjoni favur iktar ugwaljanza u kontra d-diskriminazzjoni lejn persuni LGBT. Imma lil hinn miċ- ċelebrazzjonijiet u l-listi u l-gay prides hemm realtà ta' mijiet ta' ġenituri li matul is-snin għaddew jew qed jgħaddu minn martirju emozzjonali għax qed isibuha wisq diffiċli li jifhmu kif it-tifel jew it-tifla tagħhom hija gay. L-ILLUM tkellem ma' Josianne Peregin li f 'dan il-qasam żgur illi kapaċi sservi ta' dawl għal dawk il-ġenituri li forsi bħalissa huma wisq imtaqqla b'weġgħat u dubji biex jifhmu li fil-verità l-esperjenza li għaddejjin minnha tista' ssaħħaħhom mhux tkissirhom. Għal Peregin it-triq ma kinitx dejjem faċli u f 'mumenti partikolari waqt l-intervista l-emozzjoni kienet evidenti. Iżda ddeskriviet kif meta binha qallha li kien gay, hija nsiet il-preġudizzji li taqqlulha moħħha dwar persuni LGBT, u minn dak il-ħin bdiet taħseb il-ħin kollu dwar il-ġid ta' binha. Minn dak li qalet lil dan il-ġurnal huwa ċar li minkejja, kif stqarret hi stess, li qabel kienet tħares lejn l-omosesswalità bħala xi ħaġa "diżgustanti" meta din is-sitwazzjoni ġiet f 'ħoġorha hija libset il-kappell ta' omm u qagħdet maġenb it-tifel tagħha, f 'kull sens. "Tlabt ħafna u bkejt ħafna u ftit sigħat wara li qalli t-tifel lanqas norqod ma stajt għax bdejt naħseb kif se ngħid lil żewġi. Iżda mbagħad iddeċidejt li jiġri x'jiġri jien irrid inkun maġenb ibni f 'mument daqshekk diffiċli għalih. Ridt nipproteġih akkost ta' kollox, anke jekk dan kien ifisser li nitlef iż-żwieġ tiegħi", sostniet Peregin. Kif saret taf li binha gay? Iżda minkejja l-mumenti xejn feliċi u diffiċli fil-bidu Peregin tispjega kif il- mument li binha qalilha li huwa gay fil-verità saħħaħ ir-relazzjoni tagħhom it-tnejn daqs kemm qatt kienet b'saħħitha qabel. Hija titkellem dwar kif darba marret tiġbor lil binha biex tieħdu lura d-dar u fil- karozza, bagħtilha messaġġ fuq il-mowbajl li fih qalilha li huwa gay. Josianne tiftakar kif dak il-ħin, hekk kif kien maġenbha, hija ħassitha xi ftit ixxukkjata imma qaltlu li forsi dan kien perjodu li kien se jgħaddi minnu u li dak li kien qed iħoss kien sempliċiment temporanju. Iżda xħin waslu d-dar sabet tistenniha ittra li fiha binha jgħidilha u jispjega l-emozzjonijiet tiegħu. "Kienet waħda mill-isbaħ ittri li qatt qrajt f 'ħajti, vera miktuba tajba ħafna, u tatni ħafna kuraġġ" spjegat Peregin li qalet mal-ILLUM kif f 'dak il-mument qisu bdiet tinża l-libsa ta' preġudizzju u tifhem aħjar ir-realtà mhux Omm titkellem dwar l-esperjenza tagħha minn meta binha qalilha li kien gay sa meta waqqfet id-DRACHMA Parents Group. MARA li kienet tkeċċiet mix-xogħol minħabba allegazzjoni ta' serq ta' diversi kameras tar-ritratti mill-post tax-xogħol tagħha ġiet misjuba mhux ħatja tal-istess imputazzjoni fil-qorti din il-ġimgħa, wara li l-maġistrata qalet li l-unika xhud tal- prosekuzzjoni kien gideb lill-qorti. Il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit ħelset lil Amanda Calleja, ta' 29 sena mill-akkużi wara li m'emmnitx ix-xhieda tal- kollega tagħha, Jonathan Psaila, għar-raġuni li ma kienx affidabbli. Ħames kameras tad-ditta Fuji li suppost kellhom ikunu premji ta' lotterija, insterqu waqt festin ġol-lukanda Dragonara, organizzat mit-tmexxija tal-LIDL għall-ħaddiema ta' dak is-supermarket fis-sena 2012. Psaila kien irrapporta lill- organizzaturi li l-oġġetti misruqa kienu jistgħu jinstabu fil-karozza ta' Calleja, u hekk ġara. Psaila kien ammetta, waqt proċeduri kriminali separati, li hu kien seraq l-oġġetti inkwistjoni u poġġiehom fil-bagoll tal- karozza ta' Calleja. Iżda kien allega wkoll li kienet Calleja li talbitu jisraq il- kameras. Min-naħa tagħha, Calleja kienet dejjem sostniet li ma kienet taf b'xejn. Qalet li kienet wasslet lil Psaila għall-festin u li kien ħalla l-ġakketta tiegħu fil-karozza. Hi u tpejjep sigarett barra, ma' xi kollegi, Psaila kien avviċinaha u talabha ċ-ċwievet. L-imputata qalet lill-Qorti li kienet tathomlu għax assumiet li ried jiġbor il-ġakketta. Għandu jingħad ukoll li diversi xhieda li kienu qed ipejpu ma' Calleja kkonfermaw dawn il-fatti. Il-qorti nnutat diversi inkonsistenzi fix-xhieda ta' Psaila. Kien qal li kien fis-sakra waqt il- festin, iżda ftakar ċar li l-imputata kienet talbitu jisraq il-kameras. Osservat ukoll li Psaila qal li kien rebaħ premju fil-lotterija tal-festin, però dan ma rriżultax fl-istħarriġ tagħha. Għal dawn ir- raġunijiet il-Qorti ħasset li ma kienx xhud affidabbli u għaldaqstant m'emmnitx ir-rakkont tiegħu. Fin-nuqqas ta' provi kontra, il-Qorti ħelset lil Calleja mill-akkuża. Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Trevor Micallef, filwaqt li l-Avukat Arthur Azzopardi deher għal Calleja. Josianne Peregin

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 5 july 2015