Illum previous editions

illum 5 july 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/537303

Contents of this Issue

Navigation

Page 32 of 35

Il-Ħadd 05 ta' Lulju 2015 | illum 33 SPORTSillum It-tim nazzjonali tal-volleyball -Italja NHAR it-Tlieta li għadda, it-tim nazzjonali Malti tal- volleyball li se jieħu sehem fil-logħob tal-FISEC ħalla Malta għal kamp ta' taħriġ li qed isir fil-villaġġ ta' Bobbio Pellice fl-inħawi ta' Torino, fil-fruntiera ma' Franza. It-tim Malti jinsab mmexxi minn Melissa Chevron. Dan it-taħriġ huwa parti minn programm intensiv ta' taħriġ li l-Malta Volleyball Association ippjanat għat-tim Malti li ser jieħu sehem fis-67 edizzjoni tal-logħob tal- FISEC li ser isiru Malta bejn it-8 u l-14 ta' Lulju. It-tim nazzjonali tal-volleyball li qed jieħu sehem fil-kamp ta' taħriġ fl-Italja Kunsill Eżekuttiv ġdid għall-Malta Volleyball Association ILLAQGĦA Annwali Ġenerali reċenti tal-Malta Volleyball Association rat l-elezzjoni ta' Kunsill Eżekuttiv ġdid fit-tmexxija tal-isport tal-volleyball f 'Malta. Il-Kunsill il-ġdid huwa magħmul minn Jesmond Saliba bħala President, Dr James Galea bħala Viċi President, Tony Sammut bħala Segretarju Ġenerali, Dalton Caruana bħala Kontrollur Finanzjarju, u David Bonnici u Leonard Zammit Munro bħala Membri. F'kumment dwar l-amministrazzjoni ġdida u l-għanijiet tagħha, il- President tal-MVA Jesmond Saliba qal li konformi mal-'mission statement' imħabbar reċentament mill- Assoċjazzjoni, l-għan ewlieni ser ikun li din "tixpruna t-tkabbir fil-parteċipazzjoni, fil-prestazzjoni, u fil-profil tal-volleyball f 'Malta." Il-Pjan Strateġiku tal- MVA, li se jiġi diskuss mal-klabbs matul il-ġimgħat li ġejjin, se jkun ibbażat fuq numru ta' prinċipji mfassla sabiex jiżguraw governanza adatta u spirtu ta' tmexxija kollaborattiv, "li għandu l-għan li jinvolvi lil dawk kollha li jħobbu l-logħba". Saliba spjega li l-Assoċjazzjoni se tkun attiva fl-iżvilupp ta' kowċis, plejers, referees u staff tekniku ieħor assoċjat mal-logħba, filwaqt li ser tkun qed tappoġġja l-iżvilupp ulterjuri tal-klabbs kollha eżistenti affiljati mal-Assoċjazzjoni, kif ukoll il-ħolqien ta' oħrajn ġodda. "L-Assoċjazzjoni hija impenjata wkoll sabiex issaħħaħ il-lat kummerċjali ta' dan l-isport, sabiex jiġbed aktar investiment mill-Gvern u mis-settur privat, u b'hekk tiġi żgurata l-vijabbiltà finanzjarja tal-volleyball f 'Malta", żied jgħid. Il-President tal-MVA qal ukoll li l-iżvilupp tas- settur taż-żgħażagħ fil- volleyball, il-parteċipazzjoni ta' Malta f 'avvenimenti internazzjonali, kif ukoll it-tisħiħ tal-kompetizzjonijiet lokali kollha, se jkun fil- quċċata tal-aġenda tal- Assoċjazzjoni. Il-Kunsill il-ġdid tal-Malta Volleyball Association immexxi mill-President, Jes Saliba Duncan Bezzina jirbaħ il-fi nali FTIT tal-jiem ilu, intlagħbet il-Finali tar-4 Ranking Tournament tal-iSnooker, organizzat mill-MBSA ġewwa l-147 Snooker Hall il-Ħamrun, fuq l-aħjar minn 9 frames, bejn Duncan Bezzina, ta' La Vincitrice B.C. Senglea, u Brian Cini li qiegħed jilgħab l-Ingilterra. Il-pubbliku li attenda żgur li ħareġ sodisfatt bil-logħob ta' klassi li wrew iż-żewġ plejers, tant li saru bosta breaks fosthom break sabiħ ta' 101 punt, minn Duncan Bezzina, li ħareġ rebbieħ bl-iskor ta' 5-4. Dawn kienu l-iFrame Scores tal-logħba: Bezzina l-ewwel 0-101 (88), 37-68, 63-34, 74-44, 74-40, 2-58, 13-92 (50), 101-31 (101), 77-18. Din il-finali kienet ikkontrollata mir-Referi, Joe Debono. Wara l-logħba, il- President tal-MBSA, Frans Bugeja, irringrazzja lil dawk preżenti, fosthom lill-plejer professjonali Malti, Tony Drago. Wara l-President stieden lil Żaren Coleiro, dilettant kbir tal-logħba biex jippreżenta t-trofew, lil Bezzina, bħala rebbieħ. Is-Sur Żaren Coleiro jippreżenta t-trofew lir-rebbieħ tal-4 Ranking Tournament tal-iSnooker, Duncan Bezzina

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 5 july 2015