Illum previous editions

illum 5 july 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/537303

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 35

10 illum | Il-Ħadd 05 ta' Lulju 2015 GĦARB, kelma semitika li tfisser Punent, raħal Għawdxi qadim, mimli tradizzjonijiet u kultura. Għandu karattru sabiħ u akkoljenti li jinsab fil-Punent tal-gżira ta' Għawdex. Ir-raħal tal-Għarb sar parroċċa fl-1679 u l-bini tal-knisja l-ġdida ttella' bejn l-1699 u 1729. Il-knisja Parrokkjali hija waħda mill- knejjes l-aktar arkitettoniċi Barokk perfetta fil-gżejjer Maltin, tixbah ħafna lill- knisja ta' Sant'Agnese Francesco Borromini ta' Agone fil-Pjazza Navona f 'Ruma. Il-Pjazza tal-Għarb hija waħda mill-isbaħ attrazzjonijiet u fil-fatt tinsab f 'kartolini ewlenin li juru l-gżejjer Maltin. F'din il-pjazza hemm ukoll Mużew tal-Folklor affaxxinanti li jkun fih kull xorta ta' memorji relatati max-xogħol f 'diversi oqsma. Fil-periferija tar-raħal, insibu s-Santwarju tal- Madonna Ta' Pinu, li nbena bejn l-1920 u l-1931. Dan huwa santwarju internazzjonali li jżuruh eluf ta' pellegrini. L-Għarb hu post ta' sbuħija naturali speċjalment iż-żona madwar il-kappella antika ta' San Dimitri u Wied il-Mielaħ. F'dan il-wied tinsab tieqa fil-blat bħal dik fiż-żona tad-Dwejra li saret b'mod naturali kif ukoll żona ta' rikreazzjoni għall-familja li ġiet ikkreata wara li l-Kunsill b'tant ħidma wettaq xogħol ta' riabilitazzjoni tal-wied permezz ta' fondi Ewropej. Il-festa liturġika ta' dan ir-raħal tiġi ċċelebrata fil- 31 Mejju ta' kull sena iżda l-festi esterni jinżammu fl-ewwel weekend ta' Lulju. Attrazzjoni unika fil-gżejjer Maltin waqt il-festi esterni tal-Għarb hija l-kreazzjoni tal- "Infiorata". Din tikkonsisti f 'tapit magħmul minn fjuri friski u weraq li meta jiġu mqattgħin f 'biċċiet żgħar jitpoġġew fuq dan it-tapit u jiffurmaw disinn tematiku. Din hija inizjattiva li jieħu l-Kunsill Lokali tal-Għarb bil-parteċipazzjoni ta' ħafna voluntiera flimkien mal- parroċċa. Din l-inizjattiva ttieħdet wara l-iffirmar ta' ftehim ta' ġemellaġġ mar- raħal ta' Gerano (Provinċja ta' Ruma, l-Italja) fl-2002. Din hija l-erbatax-il sena konsekuttiva li qed tittella' u għal din is-sena t-temi huma għas-sena dedikata lill-ħajja kkonsagrata, l-Emblema tal-Arċisqof il-ġdid ta' Malta, 150 sena ta' Djoċesi ta' Għawdex. L-"Infiorata" titqiegħed fuq iz-zuntier fil-pjazza ewlenija biex il-purċissjoni flimkien mal-kleru jgħaddu minn fuq dan it-tapit speċjali. Wara li tgħaddi l-purċissjoni minn Il-viżitazzjoni tagħmel raħal pittoresk tal-Għarb illum@mediatoday.com.mt John Busuttil • L-unika knisja medjevali fil-gżejjer Maltin • L-uniku festa li ssir l-in orita Il-Kelma tas-sindku TKELLIMNA mas-Sindku David Apap Agius dwar il-festa tar-raħal u xi tfisser għas-sindku, "Il-festa hi ċelebrazzjoni kbira għar- raħal u jien mhux biss bħala sindku imma bħala wild ta' dan ir-raħal hi ġurnata partikolari għalija fejn infakkru l-għeżież patruni tagħna li aħna devoti ħafna lejhom. Apparti dan din hi okkażjoni li kulħadd jingħaqad ma' xulxin fil-pjazza tar-raħal, sew residenti, dawk li jżuruna u emigranti li jiġu jżuruna għall-festa. Inħoss li dan hu mezz ta' kif il-volontarjat jispikka ħidmietu u l-għaqda." Apap Agius qal li bħala sindku u kunsill ikollhom diversi impenji biex il-festa tkun tista' tittella bħalma huma l-ħruġ ta' permessi, l-għeluq tat-toroq, indafa qabel u wara l-festa u manutenzjoni ħalli r-raħal ikun fi stat tajjeb u fl-istess waqt ir-residenti ma jintlaqtux minn xi inkonvenjenti żejda. "Apparti dan ir-raħal tagħna fuq inizjattiva tal- Kunsill wara ffirmar ta' ġemellaġġ ma' Gerano (Ruma), ilna għal dawn l-aħħar 14-il sena ntellgħu l-infjorata li hi attrazzjoni unika u ta' impenn kbir li anke l-ispiża għall-kunsill hi waħda sostanzjali. Iżda wara tant ħidma kontinwa matul is-sena minn kull għaqda tar-raħal u bl- għajnuna ta' kull resident inkun sodisfatt ferm meta kollox imur kif mixtieq u ma jweġġa' ħadd." Il-pjazza pittoreska tal-Għarb Is-Sindku David Apap Agius

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 5 july 2015