Illum previous editions

illum 5 july 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/537303

Contents of this Issue

Navigation

Page 24 of 35

FI1 ta' Lulju 2015, I-MFSP Financial Management Ltd tal-Imsida nediet strateġija ta' rebranding għal dehra ġdida permezz ta' sit elettroniku u logos ġodda. Dan hu riżultat ta' evoluzzjoni Ii I-kumpanija MFSP ilha tistinka għaliha minn meta twaqqfet fl- 2007. L-MFSP, kumpanija lokali ta' servizzi finanzjarji, toffri prodotti ta' investimenti u assigurazzjoni mingħand kumpaniji stabbiliti u affidabbli. Andre Micallef, Direttur Maniġerjali, għal matul is- snin, il-kumpanija tagħna kibret u evolviet flimkien mal-klijenti tagħna, u għalhekk inħossu Ii logo ġdid u aktar modern jirrifletti aħjar min aħna u dak Ii nagħmlu. Is-sit elettroniku tagħna hu iżjed ħolistiku u joffri lill-viżitaturi tas-sit tagħna diversi funzjonijiet kemm edukattivi kif ukoll prattiċi. Permezz ta' diversi fornituri, kemm barranin kif ukoll lokali, I-MFSP toffri servizzi ta' investiment primarjament f 'bonds u bond funds lokali u internazzjonali. In-negozju tal-assigurazzjoni, Ii jkopri I-assigurazzjoni fuq il-ħajja pprovduta mill-kumpanija ewlenija f 'Malta, l-MSVLife, kif ukoll u I-assigurazzjoni fuq is-Saħħa, Vetturi Kummerċjali, Dgħajjes u Vvjaġġar Ii huma pprovduti mill-kumpanija lokali Mapfre Middlesea plc. L-MFSP ser tkun qed tieħu sehem fil-Fiera ta' Monte Kristo (ll-Fiera l-Kbira) mid-9 sad-19 ta' Lulju. Fi stqarrrija d-Direttur Eżekuttiv Matthew Pace qal "Huwa ferm importanti għall-kumpanija tagħna Ii nattendu l-fieri. Huwa mod tajjeb kif niltaqgħu mal-klijenti tagħna b'mod informali u fl-istess ħin ningħataw l-opportunità Ii niltaqgħu ma' nies ġodda. L-industrija tagħna hi waħda soċjevoli ħafna, ibbażata fuq relazzjonijiet, u għalhekk nemmnu Ii bil-parteċipazzjoni tagħna f 'din il-fiera aħna noħorġu mill-uffiċċju u niltaqgħu personalment man-nies b'mod informali." Il-Ħadd 05 ta' Lulju 2015 | illum 25 Eżerċizzju ta' Rebranding għall-MFSP 1S\b`S>]W\bB`W_2c\9O`[ 0W`YW`YO`O0g^Oaa0W`YW`YO`O 09@'!%;OZbO >V]\S(!#$ ! "!!" ESP(eeeRW[SQVS\bQ][ 3[OWZ(OZO\.RW[SQVS\bQ][ GasanMamo Insurance se tkun qed tinvesti fl-arkitetti tal-futur GASANMAMO Insurance se tagħti l-appoġġ tagħha lill-Assemblea Ewropea tal- istudenti tal-Arkitettura bil-għan li tkompli tinvesti fil-ġenerazzjonijiet futuri. Din l-Assemblea twaqqfet fl-1981 bħala avveniment annwali minn grupp ta' studenti u tutors tal-Università ta' Liverpool bħala mezz biex tiġbor l-aħjar talent ta' studenti u jindirizzaw flimkien il-kwistjonijiet tal-professjoni tagħhom. Mill-bidu tagħha, kull sajf, madwar 500 mill-aħjar studenti tal-arkitettura minn kull parti tal-Ewropa jiltaqgħu u jpartu ideat, kulturi u esperjenzi. Huma jqattgħu ġimagħtejn intensivi ta' workshops, lectures, esebizzjonijiet u avvenimenti. L-assemblea din is-sena se tiltaqa' f 'Malta bejn il-31 ta' Lulju u s-16 t'Awwissu, fil-Foss tal-Belt Valletta. Għal aktar informazzjoni żur is-sit elettroniku www.easalinks. com jew agħmel Like fuq il-paġna tal-Facebook tal- EASA www.facebook.com/ easamalta015

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 5 july 2015