Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/537303
Il-Ħadd 05 ta' Lulju 2015 | illum 11 tagħmel il-festa fir- tal-Għarb unika fuq dan it-tapit ħalli għat- tfal żgħar flimkien mal- adulti jiddevertu jilagħbu bil-fjuri u anke jiġbruhom. L-Għarb joffri wkoll lill- viżitatur numru modest ta' mużewijiet kurjużi. Tnejn minn dawn il-mużewijiet kienu residenzi restawrati ta' żewġ ulied minn dan ir- raħal li kienu persuni twajba u qaddisa. Dawn huma Karmni Grima li bdiet id- devozzjoni lejn il-Madonna ta' Pinu wara li semgħet leħen il-Madonna jkellimha minn ġewwa l-kwadru titulari, u Frenċ Mercieca (1892-1967), magħruf bħala Frenċ tal-Għarb li hu meqjus bħala raġel qaddis u umli u magħruf għall-ħila tiegħu li jfejjaq in-nies permezz ta' ħxejjex aromatiċi li kienu mediċina antika u t-talb u fidi kbira tiegħu li kellu lejn il-Madonna fejn ir- reputazzjoni tiegħu nfirxet malajr madwar il-Gżejjer Maltin kollha u anke barra minn Malta. Il-mużew ta' Karmni Grima ġie restawrat permezz ta' fondi mill- Unjoni Ewropea u l-bibien tiegħu nfetħu mill-ġdid riċentament. Il-Mużew tal- Folklor tal-Għarb (li jinsab fi Pjazza Żjara tal-Madonna) ħu mużew privat fil-qalba tar-raħal. Dan għandu 28 kamra mimlija b'kull tip ta' għodda u affarijiet oħra. Mużew ieħor li jinsab fil-Knisja Parrokkjali hu Ecclesia Mater, mużew li jinkludi fih wirja permanenti ta' arti sagra li tirrifletti l-għeruq qodma tal-komunità tal-Għarb flimkien u artikli oħra reliġjużi. L-esebiti jkopru perjodu mill-Feniċi għall-perjodu Għarbi sal-lum. Fil-fatt fuħħar Puniku għadu jinstab fiż-żoni tal-Għarb u se jkunu fost l-esebiti li jippruvaw l-insedjamenti kmieni fil-parti tal-Punent ta' Għawdex. Il-ġbir ta' diversi muniti li nstabu f 'dawn iż-żoni tal-Punent tal-gżira huma sinjal tan- negozju li twettaq minn dawk li waqfu fuq l-ixtut ta' din il-parti tal-gżira. Fir-raħal jinsabu wkoll numru ta' għaqdiet u kumitati volontarji li jagħtu ħidma kontinwa għar-raħal. Fost dawn insibu: 1. Għaqda Mużikali Viżitazzjoni li ilha mwaqqfa mill-2003 mis-Sur David Apap Agius, li huwa wkoll is- Sindku tar-raħal. Matul is-snin din l-għaqda kibret u stabbilixxiet ruħha tajjeb tant li tagħti s-servizzi tagħha mhux biss waqt il-festa tar-raħal imma f 'festi oħra madwar Għawdex u f 'diversi okkażjonijiet matul is-sena. 2. Għaqda Festi Esterni u Kumitat Briju Għarb li tieħu ħsieb l-organizzazzjoni tal-festa ta' madwar ir-raħal. Din il-festa hija komposta minn għadd ta' żgħażagħ li matul is-sena jaħdmu bi ħġarhom biex l-armar tal-festa kif ukoll il- briju jkun wieħed sena aħjar minn oħra. 3. Kumitat Għarb Rangers FC 4. Kumitat Radju Viżitazzjoni 5. Għaqdiet u Kumitati Reliġjużi oħra Għalkemm ħafna nies jaħsbu fir-raħal tal-Għarb bħala villaġġ żgħir mingħajr ebda riżorsi, il-fatti jitkellmu b'mod ċar, l-Għarb hu rikk fil-kultura, l-ambjent u l-aspetti folkloristiċi, u huwa għal din ir-raġuni li hemm numru kbir ta' barranin u Maltin li jgħixu fil-paċi f 'dan ir-raħal sabiħ. Il-vara titulari tal-Viżitazzjoni tal-Madonna Kif tidher minn fuq l-infjorata li tintrama għall-festa tal-Għarb Ritratt mill-viċin tal-infjorata