Illum previous editions

illum 5 july 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/537303

Contents of this Issue

Navigation

Page 33 of 35

34 illum | Il-Ħadd 05 ta' Lulju 2015 Kif għażilt il-bodybuilding fost sports ieħor? Ma taħsibx li l-bodybuilding minħabba s-saħħa fiżika li jirrikjedi huwa iktar addattat għall-irġiel milli għan-nisa? Se nibda biex intik ftit fatti storiċi rigward il-bodybuilding femminili. Meta beda l-bodybuilding, dan kien sport iddominat kompletament mill-irġiel. Iżda, gradwalment, tard fis-snin 70, bodybuilders nisa bdew jibdew jipprattikaw il-bodybuilding u f 'kompetizzjonijiet li kienu jieħdu sehem fihom, urew lil kulħadd li setgħu imorru tajjeb daqs bodybuilders irġiel. Qatt ma kelli dubju minna n-nisa li stajna nagħmlu dan. Kien biss każ tagħna n-nisa li nirrealizzaw li aħna nistgħu nkunu b'saħħitna u tabilħaqq nagħmlu differenza. Kollox beda permezz tal-bodybuilding femminili, u mbagħad ġew introdotti l-kategoriji tal-Fitness u l-Figure. Issa għandna l-kategorija tal-Bikini Fitness. Din hija propju l-kategorija li jien għażilt għax kienet l-aktar waħda kompatibbli mat- tip ta' ġismi, karattru u stil ta' ħajja. Din il-kategorija ftit li xejn tagħmel emfażi fuq muskolarità, iżda minflok tisħaq fuq il-proporzjon, simetrija, bilanċ, forma, finezza tal-ġilda, kif ukoll fuq il-wirja overall tal-atleta fuq il-palk, li tinkludi l-istil u l-poise. Rikonoxxuta mill-IFBB bħala kategorija kompetittiva independenti tal-bodybuilding nhar is-7 ta' Novembru, il-Bikini Fitness, kiber b'rata mgħaġġla bħala kategorija fi ħdan l-industrija. Jien ikkompetejt fl-2013 fl-IFBB International East German Championships eżattament 10 xhur wara li wellidt lit-tifel tiegħi! It-tragward tiegħi kien li nkun f 'forma tajba wara t-tqala. Jien temmejt fit-tieni post fl- ewwel kompetizzjoni internazzjonali organizzata mill-IFBB li ħadt sehem fiha fil-Ġermanja, fejn ikkompetejt ma' nisa mill-isbaħ, u li kienu minn tal- inqas 10 snin jew aktar iżgħar minni. Irrealizzjat li din kienet il-kategorija t-tajba fl-isport tal-bodybuilding għalija. Barra minn hekk, kont ukoll ferm kuntenta għax sibt il-passjoni jew id-delizzju tiegħi kompatibbli max- xogħol tiegħi ta' personal trainer. Int tieħu sehem fil-kategorija 'Bikini Fitness'. X'differenzi jgħaddu bejn din il-kategorija u kategoriji oħra fil- bodybuilding? Ġismi huwa aktar addattat għall- kategorija tal-bikini fitness għax jien ma tantx għandi muskolatura evidenti. Jien nieħu gost inżomm ruħi fit u niekol ikel sustanzjuż u tajjeb għas-saħħa. It-taħriġ li int tagħmel biex tieħu sehem f 'din il-kategorija kif jiddeversifika minn taħrig li wieħed irid jagħmel biex jieħu sehem f 'kategoriji u kompetizzjonijiet oħra tal-bodybuilding? Il-Bikini Fitness hija kategorija differenti ħafna mill-oħrajn, u għalhekk il-kategoriji kollha għandhom metodi ta' taħriġ differenti minn xulxin. Dawk li qed jaspiraw biex jibnu l-muskoli jiffukaw fuq il-piż u d-daqs. Fil- kategorija tiegħi, dawn jingħataw inqas importanza, waqt li niffukaw iktar fuq il-forma tagħna u fuq simmetrija. Jien, pereżempju, qatt ma nkun nista' nieħu sehem fil-kategorija tal-Figure, għax m'għandix il-muskolatura u l-istruttura ta' ġismi neċessarji. Għaliex il-Bodybuilding mhuwiex Sport Olimpiku? L-IFBB, li hija l-unika federazzjoni tal-bodybuilding u fitness rikonoxxuta fid-dinja, ilha taħdem bis-sħiħ biex tagħmel l-isport tagħna, sport Olimpiku. Jien naħseb li hija biss kwistjoni ta' meta u mhux jekk, li l-bodybuilding ikun rikonoxxut bħala Sport Olimpiku. Dan għaliex l-IFBB kienet preżenti fil-Logħob Ewropew li saru riċentament f 'Baku, l-Ażerbajġan. Bodybuilders Maltin jieħdu sehem regolarment f 'kompetizzjonijiet importanti tal-bodybuilding madwar id-dinja? Iva, f 'dawn l-aħħar snin, il-Malta Federation of Bodybuilding & Fitness (IFBB Malta), bagħtet timijiet għal diversi kompetizzjonijiet tal- bodybuilding organizzati mill-IFBB barra minn xtutna. Jien, personalment ikkompetejt fl-International German Championships fl-2013 u fil- Kompetizzjonijiet bl-isem ta' Santa Susanna li saru fi Spanja kemm fl-2014 kif ukoll matul din is-sena. Is-sena d-dieħla se nkompli nipparteċipa f 'kompetizzjonijiet internazzjonali organizzati mill-IFBB. Issibu għajnuna finanzjarja mill- Kunsill Malti għall-Isport u mill- Kumitat Olimpiku Malti? Iva nirċievu għajnuna mill-Kumitat Olimpiku Malti (MOC), iżda l-IFBB Malta kibret b'tali mod u manjiera sal- punt li ġiet awto-suffiċjenti. X'tikkummenta fuq l-IFBB immexxija mill-President tant ħabrieki Ralph Decelis u s-Segretarja, Blanche Coppola? Ralph Decelis u Blanche Coppola huma żewġ persuni fantastiċi li tant ħadmu biex ikomplu jaraw lill-isport li tant inħobbu jkompli jikber f 'Malta. Huma jagħmlu dan minħabba l-passjoni li għandhom għal dan l-isport, li hija xi ħaġa li nammira ferm. Konxju wkoll mill-fatt li l-isport tagħkom jinvolvi dieta partikolari. Int kif tqassam id-dieta tiegħek. Tina iktar dettalji. Jien niekol ikel tajjeb għas-saħħa matul is-sena kollha. Nipprova nevita junk food u ikel ipproċessat. Bażikament niekol ħafna ikel li jinkludi karboidrati kumplessi, kif ukoll proteini ta' kwalità, ħaxix u frott. Nipprova nżomm id-dieta tiegħi sempliċi ħafna. Is-sempliċità tħalli l-aħjar riżultati fil-ħajja. X'sagrifiċċji u impenji partikolari jirrikjedi l-isport li int tipprattika? Jien verament ma nqisx dan l-isport bħala sagrifiċċju. Dan l-isport jirrappreżenta l-istil ta' ħajja u l-passjoni tiegħi. Anki qabel bdejt nieħu sehem fil- kompetizzjonijiet (il-bikini class ilha teżisti biss mill-2011), kont napplika l-prinċipji tal-fitness u n-nutrizzjoni f 'ħajti minħabba l-passjoni u l-imħabba tiegħi għal dan l-isport. Li kieku esperjenzajt dan l-isport bħala toqol f 'ħajti, m'hemmx dubju, li kont insib delizzju ieħor! Kif tipprepara ruħek kemm fiżikament kif ukoll mentalment qabel kompetizzjonijiet tal-bodybuilding importanti? Jien inħobb inżomm ruħi fit u niekol ikel tajjeb għas-saħħa - huwa stil ta' ħajja, li fortunatament titrasmetti ruħha fix-xogħol tiegħi. Jien naħdem bħala personal trainer u jien nipprattika dak li nipprietka. Jien ikolli forma atletika matul is-sena kollha u m'għandix bżonn ta' preparazzjoni speċjali, kemm mentalment kif ukoll fiżikament qabel kompetizzjoni tal-bikini fitness. Jien nagħmel biss żgur li 12-il ġimgħa qabel kompetizzjoni li nkun se nieħu sehem fiha, li kemm in-nutrizzjoni, kif SPORTSillum Omm u champion tal-bodybuilding Cristian Antony Muscat Derya Satariano – bla dubju waħda mill-aqwa bodybuilders li pproduċa kemm il-bodybuilding lokali, kif ukoll dak internazzjonali l-kategorija tal-Bikini Fitness. Hija omm u champion ta' din il-kategorija, li kulma jmur qed tikber l-popolarità tagħha, kemm f'Malta, kif ukoll barra minn xtutna.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 5 july 2015