Illum previous editions

illum 5 july 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/537303

Contents of this Issue

Navigation

Page 34 of 35

Il-Ħadd 05 ta' Lulju 2015 | illum 35 SPORTSillum tal-bodybuilding fil-kategorija tal-Bikini Fitness ukoll it-taħriġ tiegħi ikunu ottimizzati. Ma jkunx hemm differenza kbira fid- dehra tiegħi fiż-żmien li fih inkun qed nieħu sehem f 'xi kompetizzjoni u fiż- żmien li ma nkunx! Il-bodybuilding kif jgħin lill-atleta li jkun qed jipprattikkah kemm mentalment kif ukoll psikoloġikament? Ċert li dan l-isport jgħollilek l-istima personali tiegħek kif ukoll il-kunfidenza fik innifsek. Jien nemmen li l-isport tal- bodybuilding jgħallmek id-dixxiplina, il- konsistenza u x'ifisser il-fatt li takkwista t-tragwardi fil-ħajja. Dan jista' jgħinek f 'affarijiet oħra fil-ħajja, għax huwa l-istess prinċipju. Il-kompetizzjonijiet tagħkom kif jintrebħu? Naf li jkun hemm ġurija li tiġġudika r-rebħ ta' dawn il- kompetizzjonijiet. Fuqhiex tgħaddi l-ġudizzji tagħha? Kollox jiddependi mill-kategorija, li l-bodybuilder ikun qed jieħu sehem fiha. Fil-kategorija tiegħi, aħna niġu ġġudikati prinċiparjament fuq definizzjoni tal-ġisem, muscle tone, simmetrija u proporzjon. Fil-kategorija tal-bikini fitness, il-grazzja u l-preżenza fuq il-palk huma importanti ħafna wkoll. Naf ukoll li qabel il-kompetizzjonijiet ma tieklu u tixorbu kważi xejn fejn kważi tiġu 'dehydrated'. Huwa minnu dan? Kull kontestant għandu l-mod tiegħu ta' preparazzjoni. Jien qatt ma napplika metodi drastiċi, li mhumiex tajbin għal ġismi. Jien insegwi dieta tajba għall- ġisem, kemm fiż-żmien li fih inkun impenjata fil-kompetizzjonijiet, kif ukoll fiż-żmien li ma jkollix attivitajiet relatati mal-bodybuliding. Dan nagħmlu billi nipprovdi lil ġismi bl-ammont suffiċjenti ta' kaloriji. Xorta waħda nixrob biżżejjed qabel inkun impenjata f 'xi kompetizzjoni partikolari hekk kif fil-kategorija tal-Bikini Fitness, mhuwiex neċessarju li l-atleta tkun dehydrated. Hemm biżżejjed konkorrenza minn persuni żgħażagħ għal dan l-isport? Iva, din żdiedet ħafna f 'dawn l-aħħar snin. Fil-fatt minn 15-il atleta jieħdu sehem f 'kompetizzjonijiet lokali tal- bodybuilding madwar 5 snin ilu, tlajna għal 62 f 'din is-sena! Kif tqabbel ir-riżorsi li fihom titħarrġu f 'Malta meta kkumparati ma' dawk li nsibu barra minn Malta? Personalment, naħseb li r-riżorsi tagħna f 'Malta huma tajbin daqs kullimkien fid-dinja. Aħna rridu biss li l-atleti tagħna jibbenefikaw minn iktar sponsorships, iżda fortunatament, grazzi għad-distributuri tas-supplimenti tagħna, l-isponsors qed jiżdiedu wkoll. Jien waħda mill-ftit atleti fortunati li niġu sponsorjati mid-ditti Nyoo Destination Wellness u Nanox Neutriceuticals, kemm fl-on-season kif ukoll fl-off-season. Ninsab grata ħafna lejhom għall-appoġġ kontinwu li jtuni. Il-media f 'pajjiżna ttikom biżżejjed exposure u pubbliċità? Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek bħala bodybuilder li tieħu sehem fil-kategorija tal- 'Bikini Fitness'? Ċerti media sportivi lokali jtuna exposure, u aħna ninsabu grati ħafna lejhom. Nixtieq nieħu din l-opportunità, biex nirringrazzja lilek kif ukoll lil Kevin Grech (l-editur tal-isport tal-ġurnal MaltaToday), li dejjem appoġġjaw lill- isport tagħna. Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek bħala bodybuilder li tieħu sehem fil- kategorija tal-Bikini Fitness? Jien għandi passjoni kbira għal dan l-isport. Bħala personal trainer, huwa xogħli li ninkoraġgixxi lill-klijenti tiegħi biex japplikaw stil ta' ħajja san, billi jissettjaw tragwardi realistiċi. Jien se nkompli nikkompeti f 'livell internazzjonali għax inħobb l-eċitament li nissettja tragwardi u naħdem biex nilħaqhom. Huwa stil ta' ħajja u jien insegwi dan l-isport, kemm fl-on-season, kif ukoll fl-off-season. Jien kelli l-unur li nirbaħ il-Kampjonati tal-Overall Bikini Fitness f 'Malta għal darbtejn konsekuttivi fl-2014 u fl-2015, kif ukoll l-International Grand Prix Bikini Fitness li sar f 'Malta iktar kmieni matul din is-sena. Għas-sena d-dieħla għandi tragward eċitanti ieħor. Dan hekk kif se niffoka li nibda nifforma parti mill-ġurija lokali ta' kompetizzjonijiet marbuta mal-bodybulding u li nkompli nikkompeti fid-Diviżjoni tal-Masters Bikini Fitness, barra minn Malta. Għaddi messaġġ lil dawk iż- żgħażagħ speċjalment tfajliet li qegħdin jaħsbuha biex jibdew jipprattikaw il-bodybuilding, fosthom il-kategorija li int tieħu sehem fiha - dik tal-Bikini Fitness. Jekk tħobbu l-fitness, tieklu ikel sustanzjuż u tajjeb għas-saħħa, tagħmlu l-eżerċizzju, għandkom attitudni pożittiva lejn il-ħajja, u tridu tidhru fit u b'saħħitkom, allura l-Bikini Fitness huwa l-isport li għandkom tagħżlu biex tassew tkunu ppremjati! Għandha 38 sena u hija omm ta' Kyle, li għandu sentejn u nofs Hija Certied Personal Trainer u Overall Champion tal-Bikini Fitness Malta tal- 2014 u l-2015 Hija ċ-Champion tal-International Grand Prix Bikini Fitness li sar f'Malta iktar kmeini matul din is-sena Kienet il-Viċi Champion tal-International East German Bikini Fitness li sar -2013 Matul is-sena d-dieħla, se tioka li tibda tiorma parti mill-ġurija lokali ta' kompetizzjonijiet marbuta mal- bodybulding u li tkompli tikkompeti d-Diviżjoni tal-Masters Bikini Fitness, barra minn Malta. Derya Satariano Ritratti: Chris Mangion

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 5 july 2015