Illum previous editions

illum 5 july 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/537303

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 35

28 illum Il-Ħadd 05 ta' Lulju 2015 SPORTSillum L-ASMK torganizza l-Kungress tal-FIM-Europe f 'Malta BEJN nhar il-Ħamis u lbieraħ, l-Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi, organizzat l-20 edizzjoni tal-Kungress 'FIM-Europe' 2015 f 'Malta fil-Lukanda Excelsior. Dan il-kungress ra l-parteċipazzjoni ta' delegati ġejjin minn 47 pajjiż differenti, kif ukoll rappreżentanti tal- Federazzjoni Internazzjonali tal-Muturi 'FIM'. B'kollox l-Assoċjazzjoni laqgħet f 'Malta 'il fuq minn 260 delegat. Dawn iddiskutew f 'workshops diversi suġġetti fejn jidħol dak kollu relatat mal-muturi, kemm fil- Motorsport, il-Kampjonati Internazzjonali kif ukoll attivitajiet oħra relatati mal-ambjent u s-sigurtà. Il-kummissjonijiet ta' Road Racing, Drag Racing, Motocross, Supermoto, Enduro, Trials, Track Racing, Muturi Vintage, l-Environment, Touring, Motoball iddiskutew u ħadu diversi deċiżjonijiet kif ukoll dwar dawk is-sewwieqa li jużaw mutur bħala mezz ta' trasport. Matul din il-konferenza ġew diskussi materji minn l-iSporting, Non-Sporting u mill-Kummissjonijiet tas-Safety fejn ingħata tagħrif dwar is-sigurtà u l-Edukazzjoni fis-sewqan fejn jidħlu l-muturi. Din kienet id-9 edizzjoni ta' din is-Safety Commission fil-konferenza FIM-E. It-tema magħżula din is-sena kienet l-iżvilupp tal-elettronika fuq il-muturi kemm meta l-mutur ikun qed jintuża fit-triq kif ukoll waqt is-sewqan sportiv. Waqt din il-konferenza Malta rat is-sehem ta' Transport Malta fejn ingħatat veduta tas-sigurtà tal-muturi f 'Malta. Il-qofol ta' kollox intlaħaq ilbieraħ fejn id-delegati kollha ltaqgħu flimkien fil-Konferenza Ġenerali fejn id-delegati vvutaw dwar dak kollu li ġie diskuss u deċiż mill-kummissjonijiet diversi matul din il-konferenza biex jibda jiġi implimentat matul is-sena li ġejja u iktar. Ġew ippreżentati n-nomini għall- Konferenza FIM-E fl-2016. Il-konferenza għalqet l-attivitajiet b'Gala Dinner mal-Uffiċjali FIM-E u FIM fil-Palazz Verdala fil-Buskett bil-permess ġentili tal- Eċċellenza Tagħha Marie Louise Coleiro Preca - President ta' Malta. Wara diversi snin l-ASMK membru affiljat mal-UEM (European Motorcycle Union) li llum hija l-FIM-Europe, fl-2012 l-Assoċjazzjoni ASMK saret membru sħiħ affiljata mal-FIM (Fédération Internationale de Motocyclisme) b'vot unanimu ġewwa Riga, fil-Latvja. B'hekk l-Assoċjazzjoni saret iktar b'saħħitha u fuq kollox hija rikonoxxuta internazzjonalment fil- qasam tal-muturi. Wara dan il-pass bdejna naraw aktar opportunitajiet biex l-ASMK tkompli tavvanza. Dan il-perjodu ma kienx żmien faċli għall-FIM u l-UEM minħabba li dawn kienu għaddejjin minn proċess biex il-FIM tiġbor lill-pajjiżi kollha tad-dinja taħt kappa waħda. Din kienet eperjenza fejn il- pajjiżi Ewropej, Afrikani, Asjatiċi, Amerikani kif ukoll l-Oċeani jingħaqdu kollha flimkien mal-Federazzjoni Internazzjonali tal-muturi - FIM. Fis-sena 2012 l-ASMK bdiet in-negozjati biex il-Kungress tal-2015 isir f 'Malta. Dan beda fil- Konferenza tal-FIM-Europe li saret fis-Serbja bi qbil mal-Kunsill Malti għal- iSport dak iż-żmien immexxi mis-Sur Bernard Vassallo. Il-President tal-ASMK Frans Deguara u s-Segretarju Ġenerali Johann Pace iltaqgħu diversi drabi mat- tmexxija tal-FIM-Europe dak iż-żmien immexxija minn Dr Vincenzo Mazzi bħala President u Sandro Sambuco bħala Segretarju Ġenerali u ma' Federazzjonijiet minn diversi pajjiżi. L-ASMK qalet li ma kinitx faċli li jkomplu iżda fis-sena 2013, il-Kunsill Malti għall-iSport taħt it- tmexxija tas-Sur Jonathan Barbara tal-għajnuna meħtiega lill-ASMK biex fil-Litwanja l-ASMK setgħet tagħmel il-bid tagħha biex il-Konferenza Internazzjonali nġibuha f 'Malta u dan minkejja li pajjiżi oħra riedu jieħdu l-Konferenza tal-2015 f 'pajjiżhom. Wara ħafna preparamenti s-sena l-oħra, l-ASMK ippreżentat lill-Konferenza FIM-E fi Krakow fil- Polonja li Malta hija l-post ideali biex il- konferenza FIM-Europe tal-2015 issir f 'Malta. Wara l-preżentazzjoni viżwali u d-diskors, id-delegati kollha b'vot unanimu appruvaw il-mozzjoni li Malta kellha torganizza l-Kungress tal-FIM-Europe 2015. Dan ġie wkoll issiġillat mill-amministrazzjoni tal-FIM-E ġewwa Riga fil-Latvja, nhar id-29 ta Settembru tal-2014. Dan kien ta' sodisfazzjoni kbir għall- ASMK kif ukoll għal Malta. L-ASMK irringrazzjat lill-Eċċellenza Tagħha, il- President ta' Malta Marie Louise Coleiro Preca, is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport, l-Onorevoli Chris Agius, il-Kunsill Malti għall-iSport, il-Ministru tal-Finanzi, il- Professur Edward Scicluna, il-Ministru tat-Turiżmu, l-Onorevoli Dr Edward Zammit Lewis, Transport Malta, Malta Tourism Authority, Sign-it, Nexos, Catermax, Monster Energy Drink, Delicata, General Soft Drinks u S. Curmi & Sons. Għal iktar informazzjoni wieħed jista' jżur is-sit elettroniku tal-ASMK, www.asmk.org.mt jew fuq is-sit soċjali Facebook bil- paġni 'A.S.M.K. Malta' jew 'Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi' jew permezz ta' email lil info@asmk.org.mt "Cavani biss jista' jieħu post Tevez ma' Juventus" - Nicola Amoruso WARA li ftit tal-jiem ilu Juventus assiguraw is-servizzi tal-attakkant internazzjonali Kroat, Mario Mandzukic, xorta waħda bosta segwaċi Juventini qed isostnu li dan m'għandux il- kwalitajiet neċessarji biex tabilħaqq jieħu post Carlos Tevez ma' Juventus. Fost dawn il-Juventini, insibu lill-eks plejer Taljan, Nicola Amoruso, li saħaq li huwa biss Edinson Cavani li jista' jimla l-vojt li mistenni jħalli Carlos Tevez, wara li jħalli lil Juventus biex jingħaqad mal-klabb Arġentin, Boca Juniors. M'hemmx dubju li dan se jkun qed iħalli vojt kbir ma' Juventus, hekk kif huwa flimkien ma' plejers oħra fosthom Arturo Vidal, Fernando Llorente u Alvaro Morata, jipprovdu magna ta' gowls għat-tim immexxi minn Massimiliano Allegri. Iktar kmieni matul dan l-istaġun, Carlos Tevez, innifsu kien diġà informa lid-diriġenza tal-Bianconeri bil-ħsieb tiegħu li jħalli lil Juventus, hekk kif kien infurmahom li l-kuntratt li jiskadi fl-2016 kien se jkun l-aħħar tim tiegħu mat-tim magħruf bħala 'La Vecchia Signora'. Iżda jidher li issa Tevez qed jikkontempla li jiġi rilaxxat minn mal-club minn Turin sa mis-sajf li ġej. Wara esperjenza mill- aqwa ma' Napoli fis-snin li għaddew, l-attakkant prolifiku Urugwajan, Edinson Cavani, jista' jirritorna fl-Italja, din id-darba biex jilgħab ma' Juventus. Jidher li Cavani xejn m'għandu relazzjoni tajba mal-kowċ Franċiż tal- Pariġini, Laurent Blanc. Fattur ieħor li wassal għal esperjenza mhux daqstant sodisfaċenti u feliċi ta' Cavani ma' PSG, kien dak li huwa kontinwament kien u għadu jinsab fid-dell tal-attakkant kontroversjali iżda ta' kwalitajiet kalċistiċi mill-aqwa, Zlatan Ibrahimovic. Is-somma li qed tissemma' li Juventus se jkunu qed iħallsu lil PSG, dejjem jekk it-trasferiment ta' Cavani ma' Juventus jiġi mmaterjalizzat, hija dik ta' xejn inqas minn madwar €50 miljun. Possibiltà li Cavani jingħaqad ma' Juventus matul il-jiem li ġejjin

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 5 july 2015