Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/537303
Il-Ħadd 05 ta' Lulju 2015 | illum 3 ALBERT GAUCI CUNNINGHAM F'KUMMENTI esklussivi mal-ILLUM Maria Klouvidaki, ġurnalista mill-Greċja li taħdem mal- ġurnal 'Haniotika Nea' qalet li llum hi se tkun qed tivvota LE fir-referendum imsejjaħ mill-Gvern Grieg. Mistoqsija għalfejn se tagħmel din l-għażla hija spjegat kif huwa importanti li l-poplu Grieg jifhem li jekk jgħaddi l-vot LE ikun "vera li l-futur ta' pajjiżi fl-Unjoni Ewropea jkun ipperikolat, imma nibdew nirbħu lura d-dinjità." "Jiena se nivvota 'le' għax inħoss li issa hemm bżonn ta' bidla fil-Greċja. Jeħtieġ li nieqfu lill-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF) għax jekk ma nagħmlux dan u naċċettaw il-pjan tal-kredituri nkomplu ninżlu f 'sitwazzjoni ta' faqar bla preċedent" saħqet Klouvidaki. Hija esprimiet id-dwejjaq tagħha ma' dan il-ġurnal għal dak li ddeskriviet bħala "sitwazzjoni mill-aktar diffiċli li qed jiffaċċjaw il-Griegi," fosthom minħabba li dawn ma jistgħux iħallsu d-djun li għandhom fuq proprjetà jew negozju li tħabtu tant biex jixtru jew jinvestu fih. "Apparti minn dan qed naħdmu biex ta' kuljum qed insibu li s-saħħa tal-paga nieżla, ħafna nies qed jitilfu l-impjieg u mijiet oħrajn lanqas biss għandhom x'jieklu," spjegat il-Griega li wriet ruħha rrabjata għall-fatt li f 'ħajjitha kellha tara lil pajjiżha jibda jaqa' f 'faqar assolut. L-ILLUM staqsa li Klouvidaki jekk taħsibx li l-Prim Ministru Grieg Alexis Tsipras hux qed jaġixxi b'mod korrett mal-UE, bit-tweġiba tagħha tkun li taqbel miegħu li jġib ftehim aħjar "għax jekk xejn Tsipras mhux qed jagħmel bħal Gvern ta' qabel u jaċċetta dak kollu li tbellagħlu l-UE." Hija kompliet tgħid li jeħtieġ li r-regoli jkunu adattati kemm għall-UE imma wkoll għall-poplu Grieg "li ilu jbati l-konsegwenzi tal- awsterità għal snin issa." Hija sostniet li ma jagħmilx sens li tgħid iva għalkollox, speċjalment jekk taf li l-poplu tiegħek se jkun qed ibati u ppuntat subgħajha lejn l-eks- Prim Ministru Samaras talli ma ħarisx biżżejjed l-interessi tal-ħaddiema meta ffirma memorandum mal-UE li fisser snin ta' tbatija għall-poplu Grieg. L-ILLUM staqsa lil Klouvidaki x'taħseb li se jkun ir-riżultat tar- referendum, bil-ġurnalista tgħid li tinsab beżgħana li l-midja Griega, li skont hi "tterrorizzat lill-poplu Grieg mill-vot LE" jista' jkollha effett qawwi fir- riżultat. Hija sostniet li jekk illum jgħaddi l-vot tal-LE, għalkemm il-futur tal-Greċja mal-UE jista' jkun imċajpar, il-Greċja terġa' tirbaħ id-dinjità tagħha u l-poplu jista' jkollu ċ-ċans li jibda jieħu naqra nifs. Il-Griegi inċerti u mistoqsija kumplikata Minkejja li Klouvidaki hija ċerta minn dak li se tagħmel dan ma jgħoddx għal ħafna Griegi li matul din il-ġimgħa kienu inċerti dwar kif se jitfgħu l-vot tagħhom. Is-sit Bloomberg ikkwota diversi persuni fil-Greċja li staqsew x'se jiġri wara l-vot, kemm jekk ir-riżultat ikun favur il-pjan Ewropew u anke jekk ikun kontra. Bosta qed jistaqsu x'jiġri jekk il-Greċja toħroġ miż-żona ewro u terġa' ddaħħal il-munita Drachma. Din l-inċertezza tiġi fiż-żmien ta' biża' li l-pajjiż jista' jfalli u wara li ma ħallasx madwar €1.6 biljun lill-kredituri tiegħu. Ir-riżultat tal-lum jista' jitqies bħala wieħed favur jew kontra l-ewro, jekk mhux ukoll kontra l-UE u jista' jitqies ukoll bħala termometru tat-tmexxija tal-Prim Ministru Tsipras li f 'każ ta' vot IVA jkollu jiffaċċja dilemma dwar jekk jibqax jew le fit-tmun tal-pajjiż. @reportermalta reporterontvm L-aħħar programm ta' Reporter għal din l-iskeda se jagħmel analiżi tal-aħħar disa' xhur u dak li ġara f'pajjiżna. Il-programm immexxi minn Saviour Balzan wasal fi tmiemu u bħala konklużjoni se jagħti ħarsa lejn dak kollu li seħħ f'pajjiżna matul ix-xitwa li għaddiet. Fil-programm ma' Balzan se jingħaqdu Manuel Micallef, Frans Ghirxi, Norman Vella u Andrew Borg Cardona. Reporter, għada t-Tnejn, fi d-20.40 fuq TVM2, b'ripetizzjoni fuq TVM fl -21.45. Analiżi tal-aħħar disa' xhur B'vot LE nipperikolaw il-futur fl-UE imma nirbħu d-dinjità Ċittadina Griega titkellem mal- ILLUM dwar il-ħsibijiet tagħha f 'jum ir-referendum fil-Greċja Is-Soċjalisti lill-Griegi: Tagħtux daharkom lill-Ewropa ILPARTITI Soċjalisti Ewropej ħeġġew lill-Griegi biex illum ma jagħtux daharhom lill-Ewropa u biex jibqgħu jaħdmu fi ħdan l-Unjoni Ewropea sabiex "inkunu aktar magħqudin u aktar sodi fil-ġlieda tagħna għall-Ewropa aħjar." Dan qalu l-President tal-PES Sergei Stanishev li stqarr ukoll kif ix-xeni ta' nies, fosthom pensjonanti, fil-kjus "huma ta' wġigħ għal dawk l-Ewropej ta' veru." Huwa kompla jisħaq li l-ġlieda "kontra l-forzi konservattivi li imponew awsterità'" u għall-bidla fl- Ewropa "hija tagħhom ukoll." L-istqarrija tas-Soċjalisti ttemm tgħid li hija bl-għaqda biss illi l-Ewropej jistgħu jkomplu jakkwistaw ir-riżultati. Lura f 'Malta lbieraħ filgħodu saret dimostrazzjoni ta' solidarjetà mal-poplu Grieg organizzata mill-Moviment Graffiti li esprima kundanna għal dak li sejħu tfixkil mill-Ewropa biex il-proċess demokratiku tar-referendum ikun imxekkel. "Dan ir- referendum għandu jitqies bħala nifs ġdid għall-Ewropej kollha, li ilhom jesperjenzaw impożizzjonijiet ekonomiċi meħuda minn nies u entitajiet mhux eletti demokratikament. Id-deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew li jwaqqaf il-likwidità lill-banek Griegi flimkien mal-istqarrijiet aggressivi minn politiċi u teknokrati Ewropej jindikaw li l-Ewropa qed issir inqas demokratika" sostniet il-Graffiti. Dawk li kienu qed jipprotestaw qalu wkoll illi l-attitudni tal-UE "tindika wkoll li l-ideoloġija neoliberali fejn il-poter jingħata lis-swieq u lil min għandu saħħa finanzjarja qiegħda ssir dejjem iktar dominanti." Il-Moviment Graffiti temm jappella lill-Griegi kollha biex "minkejja r-rikatti jivvutaw LE għal aktar miżuri ta' awsterità." Maria Klouvidaki