Illum previous editions

illum 5 july 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/537303

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 35

30 illum Il-Ħadd 05 ta' Lulju 2015 SPORTSillum Meta l-Belġju telgħu t-tieni post tal-klassi ka u ċjali tal-FIFA KIENET sorpriża għal bosta segwaċi tal-futbol mondjali meta semgħu bl- aħbar li tabilħaqq il-Belġju jinsabu klassifikati fit-tieni post tal-klassifiċi uffiċjali tal-FIFA. Din kienet l-ewwel darba fl-istorja li t-tim nazzjonali Belġjan mimli stilel irnexxielu jilħaq din il-pożizzjoni, fejn tajjeb ngħidu li ħa post it-tim nazzjonali tal-Arġentina, iżda meta wieħed jagħti ħarsa dettaljata lejn l-iskwadra li huma jippossjedu, din m'għandhiex tittieħed bħala sorpriża. Bosta jsostnu li biex wieħed jiftakar fi plejer Belġjan ta' klassi jrid iħaddem moħħu ferm u ferm. Iżda f 'dan iż-żmien, nistgħu ngħidu li għandna skwadra sħiħa mimlija bihom! Ftit tax-xhur ilu, il-ġurnal Ingliż The Guardian irrapporta kif il-gazzetta Belġjana La Dernier Heure kkalkulat li meta wieħed jgħodd is-somom ta' trasferimenti kollha tal-iskwadra Belġjana fil-preżent, huma kienu jammontaw għal xejn inqas minn €18-il miljun, liema somma tammonta għat-tielet l-iktar tim nazzjonali li jqum flus fid-dinja kollha wara biss il-Brażil u l-Portugall. Probabilment, it-tim nazzjonali preżenti tal- Belġju huwa l-iktar wieħed ta' klassi fl-istorja. Nibdew minn bejn il-lasti fejn għandhom għażla kbira bejn il-goalkeeper li qed jimpressjona bis-sħiħ ma' Chelsea, Thibaut Courtois, u li ma kinitx sorpriża li ħa post il-goalkeeper ta' esperjenza kbira Petr Cech, li wara li tilef post mal-ewwel 11 tal-Blues, ftit tal-jiem ilu ngħaqad ma' Arsenal. Il-Belgju għandhom ukoll għad-dispożizzjoni tagħhom lill-goalkeeper ferm ikkwotat ta' Liverpool, Simon Mignolet. Id-difiża Belġjana hija mmexxija minn talenti li jġibu l-isem tal-captain dominanti ta' Manchester City, Vincent Kompany, il-plejer ta' Arsenal, Thomas Vermaelen, kif ukoll il- player ta' Tottenham Hotspur, Jan Vertonghen, li kien rivelazzjoni fl-ewwel staġun tiegħu fl-Ingilterra u saħansitra fl-istaġun 2013/14, kien innominat fit-Tim tas-Sena tal-PFA Kampjonat Barclays Premier. U l-kwalità ta' dan it- tim ma tonqosx hekk kif javvanza iktar fil-grawnd. F'nofs il-grawnd ċentrali, għandhom il-preżenza kolossali tal-plejer ta' Manchester United li ngħaqad magħhom mingħand Everton fil-bid tal-istaġun 2013/14 u li sar wieħed mill-aqwa players ta' nofs il-grawnd ċentrali fl-Ewropa bis-saħħa li jippossjedi u l-abilità li jiskorja l-goals, Marouane Fellaini. Jakkumpanjah f 'dan id- dipartiment, insibu lil Axel Witsel, li ngħaqad mat-tim Russu Zenit St Petersburg mingħand Benfica tliet staġuni ilu, u għalkemm forsi għadu ma laħaqx il- kwalità ta' din is-somma, huwa għad għandu biss 26 sena u l-qawwa u l-abilità tiegħu li jattakka jfissru li huwa għad isir plejer mill- aqwa. U mbagħad insibu player li jġib l-isem ta' Eden Hazard, li qed iħalli impatt enormi ma' Chelsea fil- pożizzjoni ta' plejer ta' nofs il-grawnd offensiv. U biex nemfasizzaw il-qawwa ta' Belġju f 'nofs il-grawnd, huma jistgħu jiftaħru wkoll bil-qawwa tal-plejer ta' Tottenham Hotspur fl-Ingilterra li jiswa s-somma ta' xejn inqas minn 15-il miljun sterlina, Mousa Dembele, kif ukoll tal-plejer ta' Everton, Kevin Mirallas. U fl-attakk, il-Belġju jistgħu jagħżlu minn players bħal Christian Benteke li lkoll nafu x'kapaċi jagħmel ma' Aston Villa fil- Kampjonat Barclays Premier fl-Ingilterra kif ukoll l-attakkant Romelu Lukaku li jilgħab ma' Everton fl- istess Kampjonat Ingliż. Fl-istaġun 2013/14, din il-koppja ta' attakkanti waħedha skorjat xejn inqas minn 36 goal. Interessanti huwa l-fatt li dan it-tim nazzjonali Ewropew qatt ma rebaħ unur maġġuri fuq livell mondjali jew Ewropew, iżda b'din l-iskwadra li jipposjedu fil-preżent żgur li għandhom ċans inaqqxu isimhom fl-istorja tal-futbol fil-futur qarib! L-Ewwel 10 Timijiet Nazzjonali r-Rankings U ċjali tal-FIFA Punti Totali 1 Ġermanja 1775 2 Belġju 1509 3 Arġentina 1496 4 Kolumbja 1435 5 Brażil 1392 6 Olanda 1378 7 Portugal 1229 8 Urugwaj 1183 9 Franza 1164 10 Spanja 1147 It-tim nazzjonali Belġjan mimli stilel

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 5 july 2015