Illum previous editions

illum 5 july 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/537303

Contents of this Issue

Navigation

Page 18 of 35

Il-Ħadd 05 ta' Lulju 2015 | illum 19 Editorjal ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IRRIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt L -inċident li seħħ din il-ġimgħa fejn Ungeriż ġie verbalment attakkat minn mara Maltija u wara mitfugħ mal-art minn xi membri tal-Korp tal-Pulizija fetaħ beraħ ferita reali li tħalliet u għadha qed titħalla tiekol minn ġewwa l-bra morali ta' pajjiżna. Dan il-ġurnal iħoss li dak li ġara t-terminus tal-Belt kellu jixxokkja imma mhux li tant jissorprendi għaliex huwa parti minn ħsibijiet u mentalità li issa ilhom magħna għal snin u li dwarhom it li xejn sar. Ħa nibdew mill-ewwel fatt. Ir- reazzjoni tal-Pulizija kienet waħda sproporzjonata. Li tara bniedem mitfugħ mal-art b'dak il-mod daqslikieku wettaq l-akbar att kriminali fil-pajjiż la hija xi ħaġa sabiħa u lanqas dekoruża għall-Korp. Kellu bżonn kull min seraq il-miljuni mill-kaxxa ta' Malta, tħanżer bi flus il-poplu u min għadu jitħanżer u jabbuża, mhux biss mis-sistema imma wkoll minn nies, jingħata l-istess trattament. Ir-reazzjoni tal- Pulizija, anke jekk ġustifikata skont il-liġi, tat lil dawk li kienu xhieda tal-inċident l-idea li dan kien teatrin ta' saħħa biex nintgħoġbu ma' dawk li fl-isfond instemgħu jċapċpu. Iżda jekk inħarsu lejn l-inċident f 'iżolament u nieqfu hemm inkunu qed niżbaljaw. Il-vera marda u l-virus qerriedi li qed ikisser il-valuri li suppost inħaddnu bħala pajjiż imur ħafna 'l bogħod minn dan l-inċident, imur lil hinn minn kwalunkwe stqarrija ta' solidarjetà jew apoloġija. Dak li seħħ, kemm jekk l-attakk verbali jew ir-reazzjoni tal-Pulizija wara, huma sintomi ta' soċjetà li waqfet tħares lejn persuna skont l-abbiltajiet tagħha, skont dak li kapaċi toffri, skont kemm kapaċi tħobb. Insejna li bniedem mhux biss fid-deher imma wkoll fil-qalb, mhux biss fil-wiċċ imma wkoll f 'azzjonietu u mhux biss fil-kulur tal-ġilda imma fil-kulur tal-karattru. Qed ninsew li wara l-faċċata ta' kull uman kapaċi issib l-isbaħ persuna u l-aktar persuna li fiha tista' tafda u li fuqha tista' tistrieħ meta l-ħajja toffrilek l-imrar. Minflok inqisu dan kollu, ħallejna l-biża' tirkibna. Nibżgħu minn persuna, ma nkellmuhiex, noqogħdu 'l bogħod minnha, nistkerrhuha, nkissruha u nċapċpu meta jitfugħha wiċċha mat-trab. U dan għaliex? Għax għandha ġilda sewda. U ejjew nkunu onesti magħna nfusna, dan kollu qed jiġri għax persuna għandha ġilda sewda, għax ara xi mara bjonda jew xi oħra Russa, dik mhux nistkerrhuha. Lil din nidħqulha, inġibuha Malta, imbagħad inħallsuha l-karawett biex fl-aħħar tax-xahar imorru niftaħru bil-profitti li għamilna minn fuq daharha. Imma dan il-ġurnal jagħraf ukoll illi ċ-ċittadin tat-triq ma jaħtix għal kollox hu. Ħafna drabi ssir kritika ġustifikata kontra gruppi estremi tal- lemin li jagħmlu pubbliku l-fehma tagħhom imma ninsew ukoll lil dawk li qed jitimgħu r-razziżmu f 'pajjiżna. Ninsew lil dak li jħaddem persuna Afrikana biex ma jagħtix overtime lill-ħaddiem Malti, ninsew lil dawk li kif żvela dan il-ġurnal qed iħallsu lill- barranin biċ-ċiċri għad-detriment ta' min irid jaħdem bil-ktieb tax-xogħol u jingħata d-drittijiet kollha li huma tiegħu bil-liġi. Ngħattu għajnejna għall-għexieren ta' immigranti l-Marsa jistennew li jieqaf vann u jtihom ġimgħa jew anke ġurnata xogħol għal ftit ewri. Taparsi ma nafux! Taparsi ma rajniex! Taparsi mhux qed nindunaw meta nsuqu minn Triq Aldo Moro li qed insuqu minn ġo nofs l-abbuż ippersonifikat. L-aqwa li wara li ngħajruhom u ngħidulhom biex imorru lura pajjiżhom, nistaqsuhom biex jiżbgħu l-kamra tas-sodda tad-dar għal xi €10. U dik l-€10 fejn qed tmur? Qed tmur f 'ekonomija sewda li minnha mhux qed igawdi l-pajjiż u li qed toqtol il-prospetti tal-ħaddiem Malti jew anke barrani li jixtieq jaħdem f 'Malta skont il-liġi. Imbagħad nistagħġbu għax ir-razziżmu qed jgħolli rasu. Mhux bilfors. Tmajnieh aħna r-razziżmu, bħalma titma' kukkudrill bil-ġuħ li jibqa' ġej għal aktar sakemm ma jsibx aktar ikel u jiekol lilek. U Alla jbierek, ħadd mill-Membri Parlamentari, Nazzjonalisti u Laburisti, ma jistaqsi meta jgħaddi mit-triq x'qed jagħmlu dawn jistennew fuq bankina? Iva possibbli l-Membri Parlamentari tagħna huma kollha daqshekk boloh li jaħsbu li dawn qegħdin hemm fuq xi passiġġata? Din hija l-vera marda li qed teqred il-fibra tal-pajjiż, l-omertà. Li ħadd ma jrid jitkellem dwar l-abbuż ta' madwarna, li bħal dawk fil- parabbola tas-Sammaritan naraw lill-vittma, naqsmu t-triq u nibqgħu mexjin daqslikieku ma rajna xejn. U sadanittant il-biża' tkompli tikber u l-inċidenti bħal dawk fit-terminus jibqgħu jsiru, anke jekk mhux taħt l-għajnejn tal-ġurnalist. L-omertà li qed teqridna

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 5 july 2015