Illum previous editions

illum 5 july 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/537303

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 35

Il-Ħadd 05 ta' Lulju 2015 | illum 9 ridt nipproteġih akkost ta' anke kieku tlift iż-żwieġ" biss ta' binha imma ta' bosta oħrajn li jgħaddu mill-istess esperjenza. Saħħitna mhux dgħajfitna Li jista' jkun pjuttost sorprendenti għal bosta huwa li fil-fatt, għax ambraċċat din ir-realtà, anke jekk ma kienx faċli għaliha, l-aħbar ta' binha li huwa gay saħħet ir-relazzjoni ta' bejniethom, mhux dgħajfitha. "Il-fatt li ibni stenna u sab il-mument opportun wara li jien stess kont għaddejt minn kriżi f 'ħajti tfisser ħafna għalija. Ammirajt lill- ibni u ħassejtni privileġġjata li kienet inbniet tant fiduċja bejnietna, li ibni ħass li minkejja kollox kellu jistenna sakemm jien inkun f 'sitwazzjoni aħjar qabel ma jiftaħ qalbu miegħi." L-omm qalet li mhux kulħadd jibni din il-fiduċja mat-tfal u għalkemm hija għandha żewġt'itfal oħrajn li tħobb ħafna, għal binha għandha post speċjali ħafna, f 'qalbha. "Kunu ġusti u trattaw l-uliedkom ugwalment" Josianne kellha biċċa xogħol ukoll tipprova tispjega lil żewġha dwar il- fatt li binhom huwa persuna omosesswali u tgħid kif kemm hi kif ukoll żewġha sabu ħafna komfort minn qassis li ggwidahom u fehemhom kif dak li setgħu semgħu jew anke qraw dwar persuni omosesswali huwa kollu "għanqbut tal- passat." Dan il-qassis kien ħeġġiġhom biex jitrattaw lil binhom daqs it-tfal l-oħrajn "u jekk it-tifla ġġib l-għarus, ibnek għandu jkollu l-għażla li jġib l-għarus tiegħu wkoll id-dar." Huwa saħaq dwar l-importanza li l-ġenituri jittrattaw lil uliedhom b'mod ġust u ugwalment hi x'inhi l-orjentazzjoni sesswali tagħhom. Id-Drachma: gwida għall- ġenituri ta' tfal LGBT "Aħna qatt ma konna mħarrġin biex nirreaġixxu għal aħbar bħal din. Qatt ħadd ma qalilna kif niffaċċjaw wild li huwa gay" qaltilna Peregin illi spjegat kif kien proprju dan illi xprunaha biex tibda tiltaqa' ma' numru ta' ġenituri ta' tfal LGBT u titkellem magħhom dwar kif huma ffaċċjaw din ir-realtà. Għall-ewwel kienu jiltaqgħu f 'bar imma mbagħad sabu l-għajnuna tal-Ġiżwiti li kienu iktar milli lesti li jagħtu l-għajnuna biex Peregin flimkien ma' numru ta' ġenituri oħrajn jibnu netwerk bil-għan li jkunu mgħejjunin dawk li forsi ma jafux kif għandhom jilħqu bilanċ ma' wliedhom li għadhom kif qalulhom li huma gay. Permezz tal-Parents Group ta' Drachma, għaqda li tiġbor fiha persuni omosesswali li jixtiequ jkomplu jipprattikaw it- twemmin Nisrani, Peregin jistgħu jagħtu għajnuna lil dawk il-ġenituri li forsi bħalissa għaddejjin minn kriżi ta' fidi, li qed jistaqsu "għalfejn jien Mulej? Għalfejn ibni?" Hija tispjega kif f 'dawn l-aħħar snin hija ltaqgħet ma' ġenituri li saħansitra waqgħu f 'dipressjoni jew li raw iż-żwieġ tagħhom jitkisser hekk kif il-ġenituri kellhom ideat differenti dwar il- futur ta' wliedhom. "Ġieli kelli każijiet fejn il-missier ikeċċi lit-tifla u l-omm tipprova tressaqha lura lejn id-dar. "Ġieli joħloq ħafna kunflitt fil-familja dan" spjegat Peregin li nkoraġġiet lill-ġenituri li għadhom kif saru jafu li t-tifel jew it-tifla tagħhom hija LGBT biex jersqu lejn Drachma Parents Group u jiftħu qalbhom biex isibu dik l-għajnuna u s-serħan li tant ikollhom bżonn". Telefonata 'l bogħod Għal dawk kollha li jixtiequ gwida aħjar ta' kif jibnu relazzjoni b'saħħitha u dejjiema, mibnija fuq ir-rispett u l-fiduċja ma' wliedhom LGBT, Peregin tħeġġiġhom iċemplu lilha fuq in-numru 79442317 jew tibgħat imejl fuq drachmalgbt@gmail.com. "Aħna qatt ma konna mħarrġin biex nirreaġixxu għal aħbar bħal din. Qatt ħadd ma qalilna kif niffaċċjaw wild li huwa gay" AĦBARIJIET ONLINE .cOm.mT "Ġieli kelli każijiet fejn il-missier ikeċċi lit-tifla u l-omm tipprova tressaqha lura lejn id-dar"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 5 july 2015