Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/537303
32 illum Il-Ħadd 05 ta' Lulju 2015 SPORTSillum Tliet atleti Maltin l-Kampjonat tal-Pajjiżi tal-UE l-Weightlifting TIM ta' tliet atleti Maltin irrappreżentaw lil Malta fil-Kampjonat għaż- Żgħażagħ tal-Pajjiżi tal-Unjoni Ewropea fil-Weightlifting, li saret fid-19 u l-20 Ġunju ġewwa Ruma, l-Italja. Total ta' 14-il pajjiż ħadu sehem, u għat-tim nazzjonali Malti kienet l-ewwel darba li ħa sehem f 'dan l-avveniment. Il- kompetizzjonijiet kienu mifruxa fuq jumejn. L-atleti Kieran Mifsud, Owen Bugeja u Sarah Grixti ħadu sehem u ħallew il-marka tagħhom f 'kompetizzjoni ta' livell għoli. Għal Grixti, din kienet l-ewwel kompetizzjoni internazzjonali tagħha barra mill-pajjiż u minkejja l-pressjoni, hija rnexxielha tibqa' kalma u terfa' s-sitt refgħat tagħha b'suċċess, u terfa' t-total ta' 113-il kilo. L-aħjar riżultat ġie minn Kieran Mifsud ta' 15-il sena, li rnexxielu wkoll jagħmel suċċess permezz tas-sitt tentattivi tiegħu, u refa' total ta' 236 kilo u kiseb ir-raba' post fil-klassifika. L-ewwel post intrebaħ mill-Polonja segwit mill- Italja u l-Awstrija. Minkejja li Mifsud refa' 28 kilo aktar mill-eqreb rivali tiegħu li rrappreżenta lill-Awstrija, madankollu kien sfortunat li ma kisibx post fuq il-podju peress li l-atleta Malti kien itqal fil-piż tal-ġisem, u tilef b'6 punti. Mifsud irnexxielu wkoll jikser it-total ta' 18-il rekord nazzjonali fl-iSnatch, Clean & Jerk u Total kemm ta' dawk taħt is-17-il sena u ta' taħt l-20 sena. L-atleti kienu taħt il- gwida tal-kowċ tagħhom Jesmond Caruana. Gayle Caruana kienet magħżula mill-EUWC sabiex tkun Uffiċjal Tekniku waqt l-istess kompetizzjonijiet. Dan l-avveniment seħħ grazzi għall-għajnuna tal-EUWC, il-Kumitat Olimpiku Malti u l-Kunsill Malti għall-iSport. L-atleti Kieran Mifsud, Sarah Grixti u Owen Bugeja li ħadu sehem u ħallew il-marka tagħhom f 'kompetizzjoni ta' livell għoli fil-Kampjonat għaż-Żgħażagħ tal-Pajjiżi tal-Unjoni Ewropea fil-Weightlifting Erbat ijiem taħriġ għat-tim nazzjonali Malti tal-Beach Soccer It-Torok u t-Taljani jirbħu l-Hockey 5's Tournament ġewwa Malta ITTIM nazzjonali tal-Beach Soccer din is-sena se jkun qed jipparteċipa fl-ewwel edizzjoni tal-Mediteranean Beach Games. Dawn il- logħob se jiġu organizzati bejn l-aħħar ta' Awwissu u l-bidu ta' Settembru f 'Pescara, l-Italja. Din se tkun l-ewwel darba li t-tim nazzjonali tal-Beach Soccer se jieħu sehem f 'dan it-tip ta' logħob barra minn xtutna, allura l-kumitat ħaseb biex jorganizza kamp ta' taħriġ ta' erbat ijiem fi Viareggio. Dan il-kamp ta' taħriġ sar bejn is-27 u t-30 ta' Ġunju. Bħalissa, it-tim nazzjonali qed jitħarreġ tliet darbiet fil-ġimgħa fuq il-bajja ta' Għajn Tuffieħa. L-10 plejers li marru għal kamp ta' taħriġ huma Roderick Camilleri, Ivan Cassar, Diego Armando Cucciardi, Julian Briffa, Ronald Spina, George Frendo, Gilbert Martin, Ronnie Celeste, Mark Camilleri and Justin Camilleri. Il-Malta Beach Soccer Association irringrazzjat lill-Kumitat Olimpiku Malti (KOM) u lill- Malta Football Association (MFA), għax flimkien emmnu f 'dan it-tim u dan seta' jseħħ bl-għajnuna tagħhom. It-tim nazzjonali Malti tal-beach soccer li ħa sehem f 'kamp ta' taħriġ fl-Italja LEWWEL tournament tal-Hockey 5's ġie fi tmiemu bit-tim nazzjonali Taljan tat-tfajliet jirbaħ il-kompetizzjoni femminili b'rebħa ta' 3-0 fuq it-Turkija fil-finali. It-tim Kroat tat- tfajliet għeleb lit-tim Malti 4-0 fil-logħba għat-tielet u r-raba' post bil-Maltin ifallu diversi okkażjonijiet ta' skor. Il-Viċi President tal-EHF Carola Meyer ippreżentat il-midalji tad-deheb lit-tim rebbieħ bil-midalji tal-fidda u tal-bronż ippreżentati minn Natalie Busuttil Leaver u Victoria Tabone. L-aqwa plejer femminili tat-tournament kienet it-Taljana Sara Puglisi. Il-finali tas-subien kienet eċitanti ħafna biż-żewġ timijiet jagħtu kollox bil-logħba ssir waħda nervuża lejn it-tmiem. It-Torok ħarġu rebbieħa bl-iskor ta' 7-3 billi skorjaw erba' gowls fl-aħħar sessjoni tal-logħba wara li kienu żewġ gowls minn taħt fil-bidu tal- logħba. Fil-logħba għat-tielet u r-raba' post it-tim Malti ġie megħlub mit-tim Sloven 3-1 biex it-tim Malti spiċċa fir- raba' post. Il-midalji tal-bronż ġew preżentati mill-maniġer tal-Edukazzjoni u l-iżvilupp tal-EHF Norman Hughes waqt li l-midalji tal-fidda ġew ippreżentati mill-maniġer tal-Umpires, Rob Ten Cate. Chris Busuttil Leaver u t-Tournament Director, David Agius, qassmu l-midalji tad- deheb lir-rebbieħa. L-aqwa plejer mis-sezzjoni tas-subien kien Mario Llinovic mill- Kroazja. Dan it-tournament ġie organizzat fuq inizjattiva tal-EHF biex tinkoraġġixxi iktar żgħażagħ jilagħbu din il-logħba ġdida. Il-parteċipanti kollha li ħadu sehem fil-Hockey 5's Tournament