Illum previous editions

illum 26 July 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/546402

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 35

€1.00 Nr 458 • 26 ta' Lulju 2015 NEWSPAPER POST www.illum.com.mt mbank.com 2132 2100 FIMBank p.l.c. is a leading provider of trade nance, factoring and forfaiting solutions. Headquartered in Malta and with a global presence in various important nancial and trading centres, the Group is at the forefront of introducing and developing innovative receivable nance techniques in emerging markets. FIMBank p.l.c. is a licensed credit institution regulated by the Malta Financial Services Authority and listed on the Malta Stock Exchange. A Global force in Trade Finance We Make Light Work Of Trade Finance 'QATT MA MISSEJT MAD-DROGA' - CARDONA ILMINISTRU Chris Cardona stqarr illi f 'ħajtu huwa qatt ma miss mad-droga u li saħansitra lest li jagħmel eżami mil- lum għal għada biex jipprova dan. Aktar minn hekk mal-ILLUM huwa stqarr li dejjem tkellem kontra l-użu tad-droga u li "meta nkun naf b' xi ħadd li qed jabbuża mid- droga niftħilhom għajnejhom u nurihom it-triq it-tajba." F'intervista li qed tidher fuq paġni 12 u 13 ta' dan il-ġurnal, huwa jirribatti bil-qawwa kollha l-allegazzjonijiet fil-konfront tiegħu, kemm fil- każ tal-appartament f 'Portomaso kif ukoll dwar il-preżenza tiegħu f 'ħanut tax-xorb li allegatament ikun fih kriminali u attività relatata mad-droga. Huwa jiftaħ baraxx ta'kritika fuq il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista Beppe Fenech Adami, billi jgħid li sar "qisu raġel tat-triq li xogħlu sar li jmexxi l-qlajjiet u jirkeb fuq il-karru ta'ħaddieħor biex imexxi l-qlajjiet." Cardona juri ruħu sorpriż kif qamet din id-diskussjoni dwar l-appartament f 'Portomaso, meta, skont hu, "Fenech Adami għandu ħames proprjetajiet differenti nkluż id-dar fejn jgħix li sa issa għadu ma iddeċċiddiex li jippublika l-kuntratt dwarha ħa naraw naqra minn fejn ġiet." Iktar minn hekk Cardona, fl-intervista mal-ILLUM għamilha ċara illi ż-żejt dejjem jitla' f 'wiċċ l-ilma u b'referenza ċara għal Beppe Fenech Adami qal li dan jiġri "anke għal tfal ta' eks Prim Ministri u eks Presidenti, l-liġi hija ugwali għal kulħadd". Huwa jammetti illi l-familja tiegħu hija qrib dik ta' Silvan Fenech, wieħed min-neputijiet tal-mibki George Fenech iżda li m'huwiex azzjonista tal- kumpanija ta Tumas Group - proprjetarji tal- Portomaso fost oħrajn. Cardona jżid jgħid ukoll li minn dan m'għandux għalfejn jistħi għax "miniex qed niltaqa' ma' Żeppi l-Ħafi taħt il-pont ta' San Ġwann kif għamel missier Beppe Fenech Adami". Huwa jiddeskrivi il-kuntratt ta' kiri tal-appartament f 'Portomaso bħala wieħed "normali ħafna". Dwar l-inkontru tiegħu ma' Daphne Caruana Galizia, huwa jispjega kif dan kien qasir u jinvolvi biss mistoqsija dwar fejn qed jgħix hu. Ara paġni 12 u 13 TM bla sistema biex tagħti ċitazzjonijiet lil vetturi barranin ALBERT GAUCI CUNNINGHAM DAN il-ġurnal huwa informat illi Transport Malta (TM) m'għandhiex is-sistema meħtieġa biex tkun tista tagħti ċitazzjoni lil vettura bi pjanċa barranija. Dan qed iwassal għal bosta lmenti mingħand għadd ta' Maltin, fosthom qarrejja ta' dan il-ġurnal, li qed isostnu kif hija inġustizzja illi filwaqt li jekk huma jipparkjaw ħażin jingħataw ċitazzjoni fil-post, dan ma jgħoddx għal persuni li għandhom vettura bi pjanċa barranija. Dan il-ġurnal huwa infurmat illi l-problema li qed toħloq din id-diskrepanza hija li l-awtorità tat-trasport m'għandhiex sistema illi permezz tagħha tkun tista toħroġ ċitazzjoni għal vetturi barranin. Jiġifieri, jekk xi ħadd jipparkja f 'post ħażin, bħal ngħidu aħna fuq linja doppja safra jew quddiem garaxx 'no parking', u jkollu pjanċa ta' Malta, l-warden jew pulizija jiktbu n-numru li jkun hemm fuq il-pjanċa u awtomatikament toħroġ iċ- ċitazzjoni. Tkompli f'paġna 5

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 26 July 2015