Illum previous editions

illum 26 July 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/546402

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 35

Il-Ħadd 26 ta' Lulju 2015 | illum 7 Il-proġett tal-power station miexi kif pjanat – Il-Ministeru tal-Enerġija MINKEJJA li l-imsieħeb ewlieni tal-konsorzju magħżul biex jibni il-power station tal-gass f ' Delimara ma baqax fil-konsorzju minħabba problemi finanzjarji kbar, l-Ministeru tal-Enerġija ilbieraħ qal li l-bini tal-power station miexi skont kif ippjanat u mhu ħa jkun hemm l-ebda impatt fuq it-terminu taż–żmien tal-proġett u l-wasla tal-gass f ' Malta. Il-Ministeru qal dan wara li Gasol (Malta) Limited spiċċa mill-konsorzju tal-bini tal-power station minħabba problem finanzjarji, l-ElectroGas. L-ishma tiegħu nqasmu ugwalment fuq it-tliet kumpaniji l-oħrajn, jiġifieri Siemens, Socar u GEM Holdings ElectroGas. B' rabta ma' dan il-Ministeru qal li t-tisħiħ li sar fl-istrutturi tal-konsorzju juri l-impenn tal-kumpaniji. Il-Gvern qal ukoll li l-ispeċjalizzazzjoni, il-ħiliet u l-għarfien meħtieġa biex tiġi implimentata u operata l-Power Stationn ma nbiddlux u għadhom taħt il-kappa tal-Electrogas li għandha fi ħdanha lil Socar u Siemens, żewġ ġganti fl-inġinerija u l-gass. Sostna wkoll li l-kostruzzjoni u l-operat u kwalunkwe kuntratt ieħor baqgħu li kienu u l-konsolidazzjoni tal- Electrogas mhix se jkollha impatt fuq iż-żmien li fih għandu jitlesta l-proġett. Żied jgħid li permezz ta' Siemens, Socar u GEM Holdings ElectroGas għandha qafas finanzjarju sod li għandu jrendi infrastruttura tal- ogħla livell u li se tkompli tikkontribwixxi għall- kompetittività ta' pajjiżna waqt li tnaqqas it-tniġġis. B'reazzjoni għall-kritika tal-Partit Nazzjonalista, li fost l-oħrajn qal li l-proġett tal-power station kien "farsa mill-bidu," l-Ministeru qal li l-Oppożizzjoni ma tistax taċċetta kif il-Gvern irnexxielu jnaqqas il-prezz tal-kontijiet tad-dawl u li l-użu tal-heavy fuel oil qed jiġi mwarrab bil-mod. L-ElectroGas qalet ukoll li minkejja li l-Gasol (Malta) Limited kien l-akbar imsieħeb fil-konsorzju tal-bini tal- power station il-ġdida, hija se tibqa' kommessa li timplimenta l-proġett u li se tintroduċi l-gass naturali. Il-ġbir tal-iskart kummerċjali, il-pass li jmiss – il-Ministru Leo Brincat WAQT il-Local Council Awards 2015 il-Ministru Leo Brincat sostna li l-pass li jmiss fl-immaniġġjar tal-iskart huwa t-tisħiħ fil-ġbir tal-iskart kummerċjali. Huwa qal li meta tħabbar il-pjan għall-immaniġġjar tal-iskart, il-Gvern kien ċar li mingħajr is-sehem tal-operaturi tal-iskemi, il-Kunsilli Lokali u l-pubbliku, pjan bħal dan kien jibqa' biss fuq il-karta. "Jagħtini sodisfazzjon li proprju fl-istess jum li fih ħabbarna għall-ewwel darba sistema pilota ta' ġbir ta' skart organiku f 'ħames lokalitajiet Maltin, illum qegħdin nindirizzaw ukoll din l-attività li ġustament se tippremja lil dawk il-kunsilli lokali li l-aktar iddistingwew ruħhom fil-mod li bih immaniġġjaw l-iskart fil-bliet u l-irħula rispettivi tagħhom. Fil-fatt, dan huwa eżempju ħaj ta' kif l-istakeholders ewlenin kapaċi jagħtu r-riżultati mixtieqa biex dan il-pjan jirnexxi" sostna l-Ministru Brincat. Hu żied jgħid li jinsab kburi wkoll li mill-1 ta' Settembru li ġej se tibda titneħħa l-eko- kontribuzzjoni billi qed jiġi introdott il-ġbir u r-riċiklar ta' prodotti elettriċi u elettroniċi magħrufin fil-qosor bħala WEEE. Sostna li b'din il- miżura mhux biss ser jissaħħaħ l-ambjent u tingħata spinta lill-kummerċ f 'pajjiżna, iżda jkunu poġġew fuq sisien sodi tip ta' skart li missu ilu li ġie regolat minn kemm ilna msieħba fl-UE. Brincat qal li hekk kif jibda jitħaddem il-proġett pilota dwar it-tielet borża – dik organika – il-ħsieb tal-Gvern hu li jinbeda proċess ġdid ta' konsultazzjoni wiesgħa fuq qasam vitali u importanti fl-immaniġġjar tal- iskart, din id-darba dwar il-ġbir tal-iskart kummerċjali. "Qasam li apparti milli għadu jħalli mpatt negattiv fuq l-ambjent minħabba n-nuqqas ta' regolamentazzjoni effettiva li għadha teżisti, ħafna drabi qed iġib fix-xejn l-isforzi tas- separazzjoni tal-iskart mill- familji Maltin minħabba l-mod ta' kif jinġabar u minn min jinġabar," sostna l-Ministru Hu temm jgħid li jekk dawn ir-riformi jirnexxu jemmen li l-ambjent fil-lokalitajiet, speċjalment fejn hemm l-aktar kummerċ, jista' biss jittejjeb," Is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Stefan Buontempo qal li ż-żieda fl- iskart ġenerat mill-poplu Malti juri li bħala pajjiż aħna vittmi tas-suċċess tagħna. Iktar ma l-ekonomija tikber, bħala poplu aktar nikkunsmaw u allura aktar niġġeneraw skart. Huwa qal li bħala pajjiż għandna għażla importanti x'nagħmlu. Nistgħu nagħżlu li narmu bl-addoċċ fil-landfills jew inkella nkunu aktar għaqlin u naraw kif l-iskart tagħna nerġgħu nużawh jew niddisponu minnu b'mod illi nistgħu nagħmlu użu minnu. Dr Buontempo sostna li pajjiżna, l-Gvern u l-k0omunita' kummerċjali għażlu t-triq tal- għaqal. "Jiena kuntent ferm li bħala Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali qed nara din is-sinerġija tirnexxi u tħalli l-frott" temm jgħid Buontempo.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 26 July 2015