Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/546402
12 illum | Il-Ħadd 26 ta' Lulju 2015 G ħal Chris Cardona din il-ġimgħa dehret li se tkun waħda bħall-oħrajn. Niddubitaw però kemm stenna li jispiċċa ċ- ċentru ta' akkużi, allegazzjonijiet u insinwazzjonijiet l-konfront tiegħu. Nhar it-Tnejn mal-egħluq tal- Parlament, il-Viċi Kap tal-PN Beppe Fenech Adami talab spjegazzjoni rigward allegazzjonijiet li Cardona qed jgħix f ' appartament f 'Portomaso mingħajr ma jħallas il-kera, u li, aktar minn hekk, kien intlemaħ f 'ħanut tax-xorb allegatment iffrekwentat minn persuni nvoluti fil-kriminalità u mimli droga. Minkejja l-kontroversja u d-dubji li setgħu qamu dwaru, f 'intervista mal-ILLUM, Cardona ddefenda r-reputazzjoni tiegħu bil-qawwa u insista li minkejja li kien fil-bar, huwa ma kienx qed jesponi ruħu politikament u wisq anqas tefa' dawl ikrah fuq ir-reputazzjoni tiegħu u tal-gvern. Matul l-intervista l-Ministru Cardona – deputat Laburista li ilu jiġi elett għal dawn l-aħħar 19–il sena – sostna kif l-allegazzjonijiet miġjuba kontrih fuq bażi personali ħolqu perjodu politiku "bla preċedent u perikoluż." "F'pajjiżna għandna partit li minflok qiegħed jattakka l-politika tal-Gvern qiegħed jattakka persuni fuq bażi individwali. Dan diġà seħħ fil-konfront ta' Manuel Mallia, Konrad Mizzi, u anke kontra il-Prim Ministru u uliedu," huwa qal. Il-Ministru tenna li l-attakki qed isiru "b'mod ikkordinat u li qed ikunu indirizzati biex iniżżlu l-livell politiku iktar baxx minn qatt qabel. Dawn qed isiru mill-Partit Nazzjonalista u mhux minn bloggers." Imfakkar kif bħala ministru u persuna pubblika għandu ħafna attenzjoni fuqu u li għaldaqstant huwa suġġett tal-iskrutinju pubbliku, Cardona sostna li l-kritika għandha tkun waħda kostruttiva u mhux waħda bbażata fuq "allegazzjonjiet infondati." "Beppe Fenech Adami qed joħloq preċedent perikoluż għax qed jattakka fuq livell personali u fuq allegazzjonijiet li ma jeżistux … Nifhem li għandi nirrispondi għal għemili u dejjem se nibqa' nagħmel hekk u nifhem ukoll li l-PN għandu jkun analitiku u janalizza b'mod kostruttiv, iżda l-kritika għandha tkun waħda kostruttiva politika," Cardona tenna. L-inkontru ma' Daphne skont Cardona Mal-ILLUM, id-deputat Karkariż spjega kif ftit jiem qabel id-diskors ta' Beppe Fenech Adami, huwa kien fil-ħanut tax-xorb imsemmi biex jiċċelebra festin ta' għeluq snin kuġinuh. Qal ukoll li fil-bar kien hemm bosta negozjanti, u anke persuni miż-żewġ naħat tal-kamra, fosthom il-Membru Parlamentari Ewropew Nazzjonalista David Casa. "Sussegwentament daħlet Daphne Caruana Galizia. Mill-ewwel irrealizzajt li s-Sinjura Caruana Galizia ġiet hemmhekk b'intenzjoni illi tara li nkun qiegħed hemm u naħseb li kienet taf minn qabel li kont se nkun hemm. Ftit wara ġie wieħed raġel li kien qed jakkumpanjaha u staqsieni jekk għandix pjaċir inkellimha." "Jien ma sibt l-ebda problema u mort ħdejha. Malli wasalt ħdejha staqsietni fejn noqgħod u għidtilha 'din biċċa tiegħek?'." Huwa qal li lill-Caruana Galizia staqsieha l-istess ħaġa, bir-risposta tagħha tkun il-Bidnija. "Jien għidtilha prosit għax il-Bidnija sabiħ ħafna, u l-konversazzjoni waqfet hemm. Dwar il-preżenza tiegħu f 'dan il- bar, il-Ministru Cardona qal ukoll li minkejja l-fatt li ilu iżur dan il-bar matul il-karriera politika tiegħu, huwa jiċħad "b'mod kategoriku" li qatt ra xi atti kriminali jew oħrajn marbutin mad-droga f ' dan il-ħanut. "Jien qatt ma rajt persuni kriminali hemhekk. Li kieku nkun naf li hemm xi tip ta' kriminalità għaddejja, jien inkun l-ewwel wieħed li nirrapurtaha lill-pulizija. L-aktar ħaġa li tweġġa hija li Beppe Fenech Adami prova jagħmel allegazzjonijiet fuq droga meta jaf li jien wieħed mill-persuni li nadvoka li d-droga m'għandha qatt tiġi legalizzata u li ż-żgħażagħ m'għandhom qatt imissu mad-droga." "Jiena personalment qatt ma missejt mad-droga f 'ħajti, nista' nagħmel eżami mil-lum għal għada; m'għandix problema. Jiena tip ta' persuna li meta nkun naf b'xi ħadd li qed jabbuża d-droga niftħilhom għajnejhom u nurihom it-triq it-tajba u Beppe Fenech Adami jaf b'dan," huwa qal. Ma' dan il-ġurnal, il-Ministru tenna li ma jistax jifhem kif il- preżenza tiegħu f 'dan il-bar "qajmet dan il-furur kollu, hekk kif dan sempliċiment post miftuħ għal kulhadd u ffrekwentat minn bosta persuni ta' professjoni." "Il-Belt huwa wieħed mil-lokalitajiet li jagħmel parti mid-distrett tiegħi. Jien nżur dawn il-lokalitajiet b'mod regolari, nżomm kuntatt man-nies u fil-ħin liberu tiegħi nipprova nqatta' l-ħin tiegħi magħhom biex nara x'hemm bżonn isir. Naf li dan il-bar huwa post li fih ikun hemm diversi nies involuti fil-kummerċ, filfatt huwa bil-maqlub ta' dak li qed jallegaw Daphne Caruana Galizia u Beppe Fenech Adami. Huwa post fiċ-ċentru tal-Belt li żgur mhuwiex moħbi fl-għelieqi kif normalment ikunu dal-allegati postijiet," huwa tenna. "Fenech Adami sar qisu raġel tat- triq" Il-Ministru sostna wkoll li l-preżenza tiegħu f ' dan il-ħanut ma tebgħetx ir-reputazzjoni tiegħu jew dik tal-Gvern. Minflok, il-ministru qal li din il-kontroversja qajmet mistoqsijiet dwar l-atteġġjament politiku ta' Beppe Fenech Adami, u li dan tal-aħħar spiċċa qisu "raġel tat-triq u mhux viċi kap ta' partit politiku." "Kont nistenna ħafna aħjar minn persuna li għaddiet minn żminijiet diffiċli minħabba l-involviment politiku ta' missieru. Fenech Adami mhux konxju jew jiġi jaqa' u jqum mill-effetti li jmorru lil hinn mill- ftit punti politiċi u naħseb li b'dak li għamel, Fenech Adami se jibqa' mfakkar għal dan il-preċedent li ħoloq u li se jwassal għal attakki fuq politiċi oħrajn," "Għandu jitkaża bl-aġir tiegħu għax dawn huma allegazzjonijiet infondati. Misshom jistħu l-politiċi li jaqgħu f 'livell baxx kif waqa' Fenech Adami fejn dan f ' daqqa waħda minn viċi kap ta' partit li qed jaspira li jkun fil-gvern sar raġel tat-triq. Xogħlu sar li jmexxi l-qlajjiet u li jirkeb fuq il-karru ta' xi ħadd ieħor biex imexxi l-qlajjiet." Cardona tenna li din ma kienx jistenna dan l-atteġġjament "iktar u iktar minn persuna li suppost hija Kattolika u temmen ħafna fil-valuri reliġjużi." "Il-malafama hija kerha u ħażina ħafna u għal xejn nipprovaw niġġustifikaw it-tjubija tagħna billi noqgħodu ġejjin u sejrin nħabbtu fuq sidirna fil-knisja," huwa qal. Mistoqsi biex isemmi xi deputat Nazzjonalisti li dakinhar kienu fl- istess ħanut tax-xorb, Cardona tenna li mhux se jaqa' fil-livell politiku "tribali," u li minkejja li ra individwi f ' bars oħrajn, mhux se jaqa għan- nassa tal-Partit Nazzjonalista. Minkejja dan, Cardona qal li bħala politiku bilfors irid ikollok kuntatt mal-kostitwenti inkluż f 'bars u ħwienet oħrajn, u sfida lil Fenech Adami biex jgħid li hu qatt ma daħal f 'bar. Mill-appartament f 'Portomaso għad-dar ta' Beppe Mistoqsi ukoll dwar l-għixien tiegħu f ' Portomaso, Cardona ċaħad bil-qawwa li kien qed jagħmel dan mingħajr ħlas u minflok dawwar l-argument fuq Beppe Fenech Adami u sfida lil dan tal-aħħar biex jagħti spjegazzjoni dwar il-villa tiegħu fil- Għarghur. Huwa sostna li f 'dawn l-allegazzjonijiet kontrih hemm biċċa verità żgħira hekk kif lil hinn mill- fatt li huwa vera jgħix f ' Portomaso u li kien f ' 'The Stables Pub', il-bqija kien kollox gidba. Għaldaqstant Cardona qal li ma setax jifhem kif inħolqot daqshekk diskussjoni pubblika għax l-għixien tiegħu f 'Portomaso huwa ddikjarat, b'kuntratt, bi ħlas u "mhux b'xejn kif kien għamel l-eks-ministru Tonio Fenech meta siefer fuq ajruplan privat b'xejn." "Ma nafx għaliex qed jeħduha bi kbira din għax din hija t-tielet propjetà tiegħi. Ara Beppe Fenech Adami pereżempju għandu iktar minn ħames proprjetajiet differenti nkluż id-dar fejn jgħix li sa issa għadu ma iddeċċiddiex li jippublika l-kuntratt dwarha ħa naraw naqra minn fejn ġiet din id-dar. Għandna informazzjoni dwar dan li qed naħdmu fuqha bħalissa." "Iż-żejt dejjem jitla' f ' wiċċ l-ilma, anke għal tfal ta' eks Prim Ministri u eks Presidenti, l-liġi hija ugwali għal kulħadd. Jekk ikun hemm xi tip ta' allegazzjoni ta' korruzzjoni jiena nkun l-ewwel wieħed li ninżel kontriha bil-qawwa u bis-saħħa." Intant, mistoqsi fuq allegazzjonijiet li qed jgħix f 'appartament f 'Portomaso mingħajr ħlas, Cardona ċaħad dan u fakkar kif it-Tnejn stess 'Iż–żejt dejjem jitla' f 'wiċċ Il-Ministru tal-Ekonomija Chris Cardona jirribatti l-allegazzjonijiet l- konfront tiegħu dwar l-appartament f' Portomaso u l-preżenza tiegħu f'ħanut tax-xorb • Cardona jitlob spjegazzjoni dwar id-dar ta' Beppe Fenech Adami "Il-familji tagħna huma ħbieb m'għandix għalfejn nistħi... m'iniex qed niltaqa' ma Żeppi l-Ħa" Daniel Mizzi dmizzi@mediatoday.com.mt